Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21984 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM/President tar-Repubblika — Kiri ta' Private Jets

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' private jets li nkrew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika ta' Malta matul l-1999 u 2000? Kemm swew f'ċifra ta' flus dawn l-ajruplani u x'kien il-bżonn u l-urġenza għal dawn il-kirjiet tal-private jets mill-Istat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-2 ta’ Diċembru 2000 “private jet” inkera ħames darbiet mill-Uffiċċju tiegħi u darba waħda mill-Uffiċċju tal-President. In-nefqa totali f’dawn is-sentejn kienet ta’ Lm27,612. L-għażla ta’ dawn it-titjiriet kienet dejjem dovuta għall-eżiġenzi ta’ żmien flimkien ma konsiderazzjonijiet finanzjarji.
Leg 9 PQ #21987 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Annimali

Question

Jista l-Ministru jgħid x'ikkawża l-mewt tal-ostrich fil-farm esperimentali tal-Għammieri matul din is-sena? Kemm kien fil-fatt in-numru ta' annimali li jintużaw proġett 'Ngħożżu l-Biedja' li mietu u jew ġew mibjugħa matul din is-sena? Matul l-istess perjodu kemm kien n-numru ta' annimali ġodda li nġiebu fil-farm sabiex iżidu n-numru ta' annimali ta' dan il-proġett hekk għal qalb it-tfal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ostrich miet b'attakk f'qalbu. Dwar annimali li mietu, ma kienx hemm imwiet oħrajn minn dak il-programm wara li tajt risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17657. Inxtraw ukoll tlett iħrief suwed sabiex jintużaw f'dan il-programm.
Leg 9 PQ #21988 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk humiex vera l-UĦM ordnat lill-ħaddiema tal-Farm sabiex ma jidħlux fis-serer għaliex dawn huma perikoluż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, illi l-UHM tat xi direttivi lill-ħaddiema tal-Farm. Fost dawn kien hemm li peress li s-serra numru 3 u dik numru 6 huma tal-ħġieġ, jista' jkun hemm xi perikoli jekk tinkiser xi ħġieġa waqt li l-ħaddiema jkunu jaħdmu fihom. Filwaqt li qegħdin jittieħdu passi biex isir il-maintenance neċessarju sabiex l-perikolu jitnaqqas, huwa fatt li serra tal-ħġieġ dejjem toffri xi perikolu għal min jidħol fiha. Pero inżid ngħid illi f'dawn l-aħħar sentejn saru tiswijiet neċessarji u l-maintenance ta' rutina fuq l-istess serrer Ta' min jgħid li dawn is-serrer għandhom aktar minn 25 sena u għalhekk kunsidrati qodma. Jagħmel aktar sens li dawn is-serer jiġu mibdula minflok nibqgħu nonfqu flus f'maintenance temporanju. Din hi l-istess sitwazzjoni li kien hemm għal dawn l-aħħar snin, inkluż fiż-żmien meta l-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #21989 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex meta ntnefqu tant flus sabiex jiġu rranġati uffiċini u ħwejjeġ oħra, ma ġewx irranġati s-serer tal-farm esperimentali f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru: 21988.
Leg 9 PQ #21923 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21924 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tinghata f'xi seduta ohra
Leg 9 PQ #21925 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt: 1997 1998 1999 Pendenti Lm Lm Lm Lm ___________________________________________________________ Ministeru għall-Ambjent* 4009.82 3092.23 2957.79 Finance and Administration 20020.23 55488.21 13127.23 Construction and Maintenance // // // 11716.92 Manufacturing and Servicing 21510.52 18886.15 20930.78 Building and Engineering // // 4152.78 Drainage 23747.83 44596.76 28099.07 Waste Management 10838.00 111324.66 80742.34 Building Construction Industry // // 1054.65 Districts/Robba Quarry 17732.52 5208.24 // B.I.C.C. // // 550.40 Environment Protection 4265.09 3175.57 9,154.96 * Kontijiet tad-dawl.
Leg 9 PQ #21926 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont imħallas mid-dipartimenti, inkluż il-Ministeru, li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għall-konsum ta' dawl u ilma matul is-snin 1997, 1998 u 1999 kien kif ġej 1997 Lm 16, 549 1998 Lm 27, 594 1999 Lm 17, 695 Il-kontijiet kollha tħallsu minbarra l-ammont ta' Lm2,914 relattiv għas-sena 1998.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21928 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

WSC — Qammieħ, Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21362 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrapportati lill-WSC li l-ispieri tal-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ l-Mellieħa qed ikollhom ilma tad-drenaġġ matul din is-sena? X'passi ttieħdu u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u tal-kwalita' tal-ilma ta' l-ispieri fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien daħal rapport illi l-ispieri tal-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammiegħ kienu ikkontaminati bid-drenaġġ. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ minnufih naddaf il-mini li jiffurmaw il-main tad-drenaġġ u wara li nstab illi parti minnha ikkolassat, din itranġat u s-sitwazzjoni issa ġiet għan-normal f'dak li hu l-funzjoni u l-operat ta' dan il-main tad-drenaġġ.
Leg 9 PQ #21908 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'tip ta' kuntrabandu kienu s-26 każi ta' kuntrabandu rapportati lill-Pulizija din is-sena skond il-mistoqsija parlamentari nru. 21066?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każi msemmija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21066, kienu jinkludu apparat elettroniku, għamara, munizjon, sigaretti, żraben, ħwejjeġ, jewellery, għaġin u vettura.
Leg 9 PQ #21909 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Għalqa għall-Ikkampjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-problemi imsemmija fil-file no. 293/92/11 u l-file 117/76, b'riferenza għal raba' li tinħadem u għammiela u bi żball inħarġet bħala sit għall-ikkampjar, jista' ġentilment jara li tinstab soluzzjoni sabiex din ir-raba'għammiela ma tinqeridx u tkompli tinħadem mill-bdiewa tal-familja konċernata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma sar l-ebda żball meta l-Gvern ħareġ is-sit in kwistjoni bl-offerti għal ikkampjar għaliex meta sar dan, l-art ma kienetx tinħadem. Kien biss wara li nħarġu l-offerti li terzi persuni abbużivament daħlu fuq l-art in kwistjoni u bdew jaħdmuha.
Leg 9 PQ #21910 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta — Ta' Mliet - Karozzi skrappjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21359?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija fil-lokal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, ġew identifikati żewġ vetturi abbandunati. Il-Pulizija ser tieħu l-passi meħtieġa sabiex dawn jitneħħew.
Leg 9 PQ #21920 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fil-biċċerija għas-snin 1997, 1998, 1999 u din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tweġiba li jiena tajt għad-domanda Nru. 21921
Leg 9 PQ #21921 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispejjez tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu: 1997 - (1.12.96 sa 31.12.97 - 13 months) Ministeru u Head Office Lm 3,315.06 Dipartiment Agrikultura Lm 40,123.41 Dipartiment Servizzi Veterinarji Lm 59,331.43 Dipartiment Sajd u Akkwakultura Lm 32,966.85 Total Lm135,736.75 1998 - (1.1.98 sa 31.12.98) Ministeru u Head Office Lm 3,779.11 Dipartiment Agrikultura Lm 38,869.50 Dipartiment Servizzi Veterinarji Lm 88,520.70 Dipartiment Sajd u Akkwakultura Lm 41,062.54 Total Lm172,231.85 1999 - (1.1.99 sa 31.12.99) Ministeru u Head Office Lm 2,304.49 Dipartiment Agrikultura Lm 25,954.19 Dipartiment Servizzi Veterinarji Lm 37,601.60 Dipartiment Sajd u Akkwakultura Lm 24,242.29 Total Lm90,102.57 Dawn il-kontijiet tħallsu kollha ħlief għal tnejn zgħar li bejniethom jammontaw għas-somma ta' LM67.44 Nota: Ghas-sena 2000 din hi informazzoni addizzjonali, izda l-mistoqsija ma tinkludix is-sena 2000. 2000 - (1.1.2000 sa 30.6.2000) Ministeru u Head Office Lm 2.255.34 Dipartiment Agrikultura Lm 16,973.29 Dipartiment Servizzi Veterinarji Lm 29,980.96 Dipartiment Sajd u Akkwakultura Lm 21,058.86 Total Lm 70,268.45 L-uniku kontijiet li ghad fadal x'jithallasu huma: konsum fil-gnien San Luqa, Floriana ghall-perjodu 7 Ottubru 1999 - 18 Frar 2000 - Lm 39.88 konsum fl-Extension Service Office, Siggiewi ghall-perjodu 2 Mejju - 28 Awissu 2000 - Lm 27.56 Dawn il-kontijiet waslulna ftit ilu.
Leg 9 PQ #21922 Sitting 458 2000-12-12 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21902 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21903 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-ammont ta' siegħat/flus maħduma overtime fil-perjodu indikat kien kif ġej: a) Dipartiment tal-Mużewijiet : 14257 siegħa b) Dipartiment ta' l-Eżamijiet : 1294 siegħa c) Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji : LM 872.06 d) Dipartiment Żgħażagħ u Sport : 4187 siegħa e) Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi : 21468 siegħa f) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni : 31607.25 siegħa g) Dipartiment tal-Kultura : 2715 siegħa Informat ukoll li n-numru ta' siegħat maħduma mill-ħaddiema u uffiċjali rispettivi tħallsu kollha mid-dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #21904 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ammont ta’ sigħat ta’ “overtime” li sar mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi bejn Jannar u Novembu ta’ din is-sena huwa kif ġej: Dipartiment Numru ta’ Sigħat Mħallsa Ma tħallsux Prime Minister’s Secretariat 2,736.00 2,568.00 168.00 Permanent Secretary 245.75 245.75 0.00 Directorate General 1,247.75 1,150.00 97.75 Corporate Services 1,608.00 1,509.25 98.75 Central Information Management Unit 383.00 363.50 19.50 Cabinet Office 76.75 70.00 6.75 Management and Personnel Office 928.25 820.50 107.75 Staff Development Organisation 335.75 319.25 16.50 Oil Exploration Department 60.00 60.00 0.00 Department of Information 6,434.25 5,738.75 695.50 Government Printing Press 13,898.00 13,898.00 0.00 Public Service Commission 275.25 275.25 0.00 Employment Commission 180.50 168.50 12.00 TOTAL 28,409.25 27,186.75 1,222.50 L-“overtime” li ma tħallasx huwa dak li sar matul ix-xahar ta’ Novembru li ser jitħallas fix-xahar ta’ Diċembru, kif normalment isir. L-Uffiċċju Elettorali ma tgħax l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21905 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Nqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra t-taghrif mitlub.