Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22210 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija tal-Marsa — Chillers

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex iċ-chillers fil-biċċerija tal-Marsa ma tlestewx matul 1999 u l-2000 meta l-flus kienu vvotati? Jista' jgħid fiex intnefqu l-voti ta' dawn iċ-chillers matul l-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-refurbishment tac-Chillers kellu jiġi staggered biex il-qatla tal-majjal ma tiġiex affetwata. Fil-Business Plan dan l-istaggering, jewaħjar skedar ta' xogħlijiet, kien indikat, u l-flus intefqu kif kien pjanat.
Leg 9 PQ #22211 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21900?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f'seduta numru 465.
Leg 9 PQ #22213 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21897?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab informat li l-ammont ta' sigħat ta' "overtime" li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fil-perijodu msemmi huwa kif ġej: 1. Dipartiment tat-Turiżmu 2726 siegħa NOTA: Hemm arranġamenti mal-"beach cleaners" li peress li dawn jaħdmu s- Sibtijiet u l-Ħdud kif ukoll festi pubbliċi s-sigħat żejda li jaħdmu jittieħdu bħala "Time off in lieu". L-ammont ta' dawn is-sigħat huwa ta' 16,320. Dan it-"Time off" jittieħed fix-xhur ta' Novembru/Diċembru. 2. L-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi (I.T.S.): 14,120 siegħa. 3. L-Awtorita' tat-Turiżmu (M.T.A.): 18,273 siegħa Dan l-"overtime" tħallas kollu.
Leg 9 PQ #22214 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Overtime

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21896?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant rigward id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi L-ammont ta’ sigħat overtime li saru bejn Jannar u Novembru 2000 kien ta’ 3280 li minnhom tħallsu 2802. Il-bilanċ ta’ 478 sigħat se jittieħed bħala time off in lieu. Dipartiment tal-Customer Services F’dan id-dipartiment inħadmu b’kollox 15553 siegħa overtime matul il-perijodu msemmi. Minnhom tħallsu 8070 siegħa u sa l-aħħar tas-sena 2000 kien baqa’ 7483 siegħa pendenti u t-talbiet rigward dawn is-sigħat qegħdin jiġu vverifikati. Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp L-ammont ta’ sigħat li nħadmu matul l-istess perijodu mill-impjegati ta’ dan id-dipartiment kien ta’ 2620 u dan l-ammont kollu tħallas matul is-sena 2000.

TARIC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani liema huwa dak il-ministeru li qed jagħmel l-istudju dwar l-impatt li jkollhom fuq il-poplu tagħna u fuq it-turiżmu l-integrated tariffs of the European Communittees (TARIC) wara li Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea? Jikkonferma li, per eżempju, l-importazzjoni tal-laħam aħmar minn ġew New Zealand ikollu jirdoppja kawża tat-tariffi li l-UE timponi fuq il-poplu tagħna wara li Malta ssir membru? Jekk le, għaliex? Jekk iva, kif dan l-għoli tal-prezzijiet se jaffettwa l-poplu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21736 li jien tajt f'Seduta Numru 449.
Leg 9 PQ #21900 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta' sigħat ta' overtime maħduma bejn Jannar u Novembru 2000 mill-ħaddiema/uffiċjali fid-diversi Dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, huwa kif ġej: Dipartiment Numru ta' sigħat Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 7313 Dipartiment tal-Informazzjoni fuq is-Saħħa 180 Dipartiment ta' l-Isptarijiet 435,795 Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa 232 Dipartiment tal-Policy u Ppjanar 394 Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni 13,305 Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern 3,962 TOTAL 461,181 Dan l-Overtime tħallas kollu fis-sena 2000.
Leg 9 PQ #22129 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21879?

Response (BORG, JOE)

Matul is-sena 2000 kien hemm żewġ tenders, wieħed għall-provvediment ta' transport bix-xufier u l-ieħor għall-bejgħ tale quale ta' vetturi unserviceable. Għar-rigward ta' l-ewwel wieħed tħallset is-somma ta', Lm 4,319.10 għall-użu tas-serviżż li l-Ministeru għamel matul il-perjodu minn Awissu sa Novembru 2000. Dan it-tender huwa validu sa l-aħħar ta' Lulju 2001 u ħlasijiet oħra jiddependu minn kemm il-Ministeru jagħmel użu mis-serviżż skond it-termini tat-tender. Dwar it-tender l-ieħor il-Ministeru rċieva l-ħlas ta' Lm 112.50 għall-vetturi mibjugħa.
Leg 9 PQ #22130 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tenders

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21878?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li matul is-sena 2000 id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex ħarġu 95 offerti. Minnhom kçn hemm: - 70 offerti li ġew aċċettati/approvati; - offerta waħda li ma ġçtx aċċettata; - 22 offerti li għadhom pendenti; - offerta waħda li ġçt irtirata. Barra dawn kçn hemm offerta oħra li oriġinarjament inħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti iżda aktar tard reġgħet inħarġet bħala offerta dipartimentali wara li nħass il-bżonn li jiġu amendati l-ispeċifikazzjonijçt ta’ l-offerta sabçx dawn jiftehmu aħjar mill-offerenti. Ir-raġuni ta’ l-irtirar ta’ l-offerta li għaliha għamilt referenza aktar ‘il fuq hija li wara li ħarġet din l-offerta ġç deċiż li l-karozza li kçnet se tinbçgħ tinżamm għall-użu tal-Ministeru. Mill-pagamenti dovuti tħallset is-somma ta’ Lm181,541.59 u baqa’ pendenti is-somma ta’ Lm68,477.116.
Leg 9 PQ #22141 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-kont tad-dawl u l-ilma li qed jinbagħat separatament huwiex korrett? U jekk m'humiex korrett, jista' jintbagħat dak korrett lill-persuna in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa fejn għandu x'jaqsam ma' konsum ta' ilma, il-qari u l-kont huma korretti. Kienu konfermati aktar minn darba u l-konsum reġistrat jikkompara tajjeb ma' ta' qabel. Fil-każ ta' l-elettriku, kien hemm dubju dwar il-qari ta' l-arloġġ relattiv, u għaldaqstant ħareġ kont li kien jinkludi biss is-service charge. Issa li ttieħed qari ieħor, l-ammont dovut għall-konsum, kif ukoll ir-rebates, ser jiġu nklużi mal-kont li jmiss.
Leg 9 PQ #22206 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21902?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Novembru tas-sena l-oħra saru 40,206 sigħat sahra fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Is-sahra nħadmet fid-dipartimenti kollha u l-ħlas dovut kien jammonta għal Lm91,310 li sa tmiem is-sena li għaddiet tħallas kollu.
Leg 9 PQ #22209 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm tħallsu flus bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena mid-dipartiment bħala għajnuna tal-Beef Intervention Scheme, BIS? Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu għall-perijodu ta' April u Novembru ta' din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus li trid titħallas għall-għajnuna tal-BIS minn April sa Novembru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġew imħallsa Lm198,540 li jinkludu ħlasijiet dovuti għal parti mill-1999. Jonqos li jitħallsu Lm322,752 għall-perjodu April sa' Novembru, 2000.
Leg 9 PQ #22107 Sitting 464 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tal-11 u 12 id-distrett Elettorali li għandhom kontijiet pendenti mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq xogħlijiet li d-Dipartiment wettaq f'dawn il-lokalitajiet rispettivament? Għal kemm żmien/snin ilhom pendenti dawn il-kontijiet lokal, lokal u kemm huma l-ammont f'ċifra ta' flus li kull lokal separatament jrid iħallas skond dawn il-kontijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsilli Lokali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tal-11 u 12 id-distrett Elettorali li għandhom kontijiet pendenti mad-Dipartiment tat-Toroq fuq xogħlijiet li d-Dipartiment wettaq f'dawn il-lokalitajiet rispettivament? Għal kemm żmien/snin ilhom pendenti dawn il-kontijiet lokal, lokal u kemm huma l-ammont f'ċifra ta' flus li kull lokal separatament jrid iħallas skond dawn il-kontijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22124 Sitting 464 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21880?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li nħarġu 1093 tenders mid-Diviżjoni tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2000. 378 ġew approvati/aċċettati waqt li 569 kien għadhom pendenti. 116 il-tender ma ġewx aċċettati għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet: (1) il-kampjun ma kienx skond l-ispeċifikazzjonijiet; (2) ma kienx hawn aġenti lokali għal prodotti u għalhekk inxtraw dirett mill-manifatturi barranin; (3) nuqqas ta' C.P.P. (Certificate of Pharmaceutical Product); (4) ħadd ma jkun tefa' offerti. Mhux possibbli li tingħata risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija minħabba li din tirrikjedi volum kbir ta' xogħol sabiex tinġabar.
Leg 9 PQ #22126 Sitting 464 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' armi to keep

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien in-numru ta' liċenzji ta' l-armi to keep and carry reġistrati mal-Pulizija f'Malta u Għawdex separatament fil-mument? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` liċenzji dwar l-armi huwa ta` 20,548 to keep u ta` 11,226 to carry. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Toroq — Triq tal-Manikata

Question

Jista' l-Ministru jara jekk qabel tingħata t-tarmac it-triq tal-Manikata jitwessgħux xi partijiet tat-triq fejn ma jgħaddux żewġ karozzi bir-riżultat li qed ikun hemm konġezzjoni tat-traffiku speċjalment fil-Ħdud meta din it-triq tintuża minn ħafna Maltin? Jista' jara li dan l-intervent issir f'waqtu ħalli ma jkunx hemm spalpaljar ta' flus u t-triq issir aċċessibli għal żewġ karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qiegħed isir jinkludi wkoll xogħol ta` tindif mal-ġenb tat-triq u tiswija tal-ħitan li hemm milquta mill-karozzi.
Leg 9 PQ #22128 Sitting 464 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzja ta' arma to keep and to carry

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' persuni taħt il-35 sena f'Malta u f'Għawdex separatament li għandhom il-liċenzja tal-pulizija għall-armi to keep and to carry? X'tip ta' armi huma? Jista' l-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għal ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` persuni taħt il-35 sena li għandhom liċenzji dwar l-armi huwa ta` 3,628 to keep u ta` 2,953 to carry. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #21876 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ħarġu ħmistax (15) il-Tender mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena kif jidhru hawn taħt: Nru ta’ Tenders Aċ ċ ettati/ Approvati Pendenti Irtirati Prezz totali tat-Tender Ammont imħ allas Ammont li fadal jitħ allas Dipart. tat-Turiżmu - 1 - - - - M.T.A. 5* 4 - 55,020 8,298 46,692 I.T.S. 1** 3 - - - - H.C.E.B. N/A N/A N/A - - - * Wieħed minn dawn it-tenders għad irid jinħareġ il-kont, filwaqt li ieħor qed jitħallas. ** Dan it-tender inħareġ biex tintgħażel Ditta minn fejn jistgħu jinxtraw id-drappijiet għall-uniformijiet ta’ l-istudenti. Il-ħlas isir mill-istudenti direttament lid-Ditta.