Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22293 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Biljetti ta' l-Ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm ebda VAT fuq il-biljetti ta' l-ajru, hemm biss fuq il-valur miżjud li jgħamel l-aġent ta' l-ivjaġġar jew kumpaniji ta' l-ajru meta jbiegħu l-biljett. Id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru matul is-sena 2000 mistenni jkun ftit aktar minn Lm1.8 miljun.

Benefiċċji tat-Tfal

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għall-benefiċċji tat-tfal li ntalbu mill-ommijiet xebbiet matul is-sena 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22295 fejn in-numru ta' ommijiet xebbiet li jirċievu l-Allowance tat-Tfal kien ta' 1357. Dan in-numru jinkludi 296 li applikaw matul is-sena 2000.
Leg 9 PQ #22283 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru tal-kolluzjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000 u preferibilment xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu inċidenti fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 kien hemm 12,644 kolliżjoni tat-traffiku rrappurtati lill-Pulizija li 12 minnhom kienu fatali fejn tilfu ħajjithom 15-il persuna. Dawn il-kolliżjonijiet seħħew kif ġej:- 2000 Kolliżjonijiet ta` traffiku Kolliżjonijiet fatali Jannar 1,024 xejn Frar 979 2 1* Marzu 1,031 xejn April 1,068 1 Mejju 1,076 xejn Ġunju 1,063 xejn Lulju 1,234 3 Awissu 1,079 1* Settembru 953 1 Ottubru 1,011 xejn Novembru 985 1 Diċembru 1,141 1 1* TOTAL 12,644 12 * 2 vittmi
Leg 9 PQ #22284 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġet il-Pulizija, inkluż dawk tat-traffiku matul is-sena 2000? Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu u kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija għamlet 102,998 ċitazzjoni. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-ħlas ta` multi jew ammendi inflitti mill-Qorti ma jsirx għand il-Pulizija, ħlief għal dawk depenallizati bħal ma huma traffic offence tickets. Fil-każ ta` dawn ta` l-aħħar ninsab infurmat illi tħallsu għand il-Pulizija 4,119 ċitazzjoni li jammontaw għal Lm51,400.00
Leg 9 PQ #22285 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq, Qtil u Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq, qtil u kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000? Kemm min n dawn il-każijiet ġew solvuti, kemm qed jiġu investigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-Qrati ta' Malta.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal matul is-sena 2000 fuq każi ta` serq, qtil u kuntrabandu hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22286 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi Sesswali fuq Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' kazijiet ta' abbużi sesswali fuq it-tfal taħt l-eta' rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti, kemm qed jiġu nvestigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-Qrati ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20569. Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` bejn Ottubru u Diċembru, ninsab infurmat illi f`dan il-perijodu l-Pulizija kellha 4 każi ta` abbuż sesswali fuq persuna taħt l-eta`. Ninsab infurmat ukoll li dwar 19 mill-każi kollha li seħħew matul is-sena 2000 tressqu persuni quddiem il-Qorti, fejn każ minnhom ġie konkluż. L-investigazzjonijiet fil-każijiet l-oħra għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #22287 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Swat fuq Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq l-anzjani matul is-sena 2000? Kemm minn dawn kienu fatali u kemm qed jittellgħu persuni l-Qorti akkużati b'dawn il-każijiet?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirreferih għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 20024 u Nru. 21064. Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab infurmat illi n-numru ta` każijiet ta` offiża fuq persuni anzjani, inklużi feriti ta` natura ħafifa li ġew irrappurtati kien ta` 4. Ninsab infurmat ukoll li dwar dawn il-każi tressqu quddiem il-Qorti 4 persuni.
Leg 9 PQ #22288 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulzija — Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' traffikar ta' droga rapportati lill-pulizija matul is-sena 2000? X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew irrappurtati lill-Pulizija 128 każ ta` traffikar ta` droga. Il-persuni nvoluti f`dawn il-każijiet kollha tressqu l-Qorti u ninsab infurmat illi 121 każ għadhom sub-judice, filwaqt li s-7 każi l-oħra ġew deċiżi u sentenzi mogħtija mill-Qorti kienu kif ġej:- Sentenza tal-Qorti Numru ta` persuni Ħabs 2 Ħabs u multa 1 Sentenza sospiża 4
Leg 9 PQ #22264 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Solar Energy

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk sarx studju matul 1-1999 u sena 2000 dwar il-possibilita' l-iskejjel tal-gvern ikollhom sistema moderna ta' dawl permezz tas-solar energy? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jikkunsidra li jsir dan l-istudju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni s'issa m'għamlet ebda studju tul l-1999 u s-sena 2000 dwar il-possibilita` li l-iskejjel tal-gvern ikollhom sistema moderna ta' dawl permezz tas-solar energy. Inżid iżda li fl-eżekuzzjoni ta' l-ippjanar ta' l-iskola sekondarja tas-subien ġdida fil-Karwija, qiegħdha tiġi konsidrata din il-possibilita`.
Leg 9 PQ #22265 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma sar l-ebda studju fuq il-bini sabiex tintuża sistema ta' enerġija solari. Ninsab infurmat li l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) qed jikkunsidra li jniedi pubblikazzjoni fuq din il-materja. Dawn il-pubblikazzjonijiet isiru minn żmien għal ieħor u jitqassmu lill-periti, inġiniera, studenti u kuntratturi.

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex il-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul 1999 - 2000 ma sar l-ebda studju biex tiġi nstallata xi sistema ta' enerġija solari fuq il-bini li huwa responsabbli minnu dan il-Ministeru, u m'hemmx il-ħsieb li s-sena d-dieħla jsir xi studju fuq dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #22267 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dan il-Ministeru ma għamel l-ebda studju sabiex xi bini tiegħu jibda juża enerġija solari. Studju bħal dan isir mill-entitajiet kompetenti bħala parti minn programm imfassal mill-Gvern.
Leg 9 PQ #22268 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Enerġija Solari

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, tista' tikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-snin 1999 u 2000 ma sar l-ebda studju rigward jekk il-bini li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għal Għawdex jistax isir fuq bażi ta’ sistema ta’ enerġija solari. Studju ta’ dan it-tip isir meta jkun iż-żmçn opportun.
Leg 9 PQ #22269 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi ma sar ebda studju dwar il-possibilta' li tintuża l-enerġija solari fil-bini li jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Is-suġġeriment magħmul mill-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat anke jekk fil-preżent l-applikazzjoni normali ta' l-enerġija solari hija ristretta prinċipalment għal impjanti li jsaħħnu l-ilma, liema impjanti għandhom użu limitat fil-kuntest ta' uffiċini.
Leg 9 PQ #22219 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni ta' Awrat u Spnott

Question

Peress li matul l-amministrazzjoni preċedenti kien inxtara chillers għall-MAC biex ikessaħ l-ilma u jżomm it-temperatura ideali għall-ispnott u kien wkoll beda jinżamm brood stock ġdida ta' l-ispnott biex nieħdu bajd aħjar, jista' l-Ministru jgħidli x'kienet il-produzzjoni tal-awrat u spnott f'dawn l-aħħar sentejn fl-MAC?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi c-chiller imsemmi għadu ma jistagħx jiġi utilizzat sakemm jinbena substation għall-NAC. Dan għaliex meta nxtara dan ic-chiller, ma kien sar l-ebda provvediment għal provvista tad-dawl. Barra min dan fil-preżent qiegħed jiġi vverifikat il-kapaċita ta' dan ic-chiller għaliex huwa żgħir wisq biex jaqdi n-neċessitajiet ta' l-NAC. Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22220 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MAC

Question

Jista' l-Ministru jgħidli biex inqatlu tmenin mill-brood stock tal-ispnott li ħalliet warajha l-amministrazjoni preċedenti tal-MAC? X'investigazzjoni saret u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' broodstock ta' l-ispnott miet b'nuqqas ta' ossigenu meta naqas id-dħul ta' l-ilma fit-tank tiegħu. Dan ġara għaliex inbeda esperiment ieħor fuq tankijiet oħra li kien jieħu l-ilma mill-istess sistema u nfetħu il-vitien ta' dawn it-tankijiet li naqqsu d-dħul fl-oħrajn ta' l-ispnott. Twaqqaf board biex jistudja id-dikjarazjonijiet kollha miġbura u jagħmel is-suġġerimenti fuq l-azzjoni li għandha tittieħed.

Djar — Bini perikoluż

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-każijiet irrapportati li għandhom bini perikoluż, ġew offruti akkomodazzjoni alternattiva matul din is-sena? Kemm minnhom ġew rimedjati u ċioe' aċċettaw il-proprjeta' li offrewlhom l-awtoritajiet konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2000, ġew offruti 35 post lill-familji li kienu rrapportati li joqogħdu f'bini perikoluż. Minn dawn, 33 aċċettaw il-propjeta' li ġiet offruta lilhom.

Djar — Bini perikoluż

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrapportat lid-Direttur tal-Akkomodazzjoni Soċjali fejn hemm bini perikoluż u joqogħdu r-residenti fih u wara l-investigazzjoni li saret instab li l-bini mhux f'kondizzjoni perikoluża għall-istess abitanti? X'inhija l-pożizzjoni ta' dawk li l-bini fejn joqogħdu nstab li huwa perikoluż? Meta se jiġu offruti akkomodazzjoni alternattiva sabiex ma jibgħux jgħixu fil-periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju ta' spezzjonijiet għadu mhux finaliżżat. Dawk li jinstabu li joqgħodu fil-periklu jintalbu japplikaw taħt l-Iskema relevanti ta' l-Awtorita' tad-Djar jew jitpoġġew fuq il-lista għal akkomodazzjoni alternattiva tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Mtarfa — Ċentru tal-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi ranġat il-buzzer taċ-Ċentru tal-Anzjani fl-Imtarfa peress li dan ilu ma jaħdem għal dawn l-aħħar xahrejn? Peress li l-kmamar tal-anzjani kollha taċ-Ċentru tal-Imtarfa huma bla buzzer, jista' jara li l-ħsara tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli? X'ikkawża l-ħsara u għaliex ilha pendenti għal aktar minn xahrejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara maltemp qawwi fit-30 t'Ottubru li għadda kien hemm ħsara kbira fis-sistema ta' l-elettriku fid-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa liema ħsara affettwat is-sistema tan-nurse call system. Wara diversi interventi mill-kuntrattur, din is-sistema ġiet irranġata.

Children's Allowance

Question

Peress li mill-1985 'l hawn 'il fuq minn 11,000 familja tilfu l-benefiċċju tac-Children's Allowance, jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm huwa n-numru ta' familji li bil-miżuri tal-Budget 2001 se jiġrilhom l-istess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21778.