Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22309 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — It-Triq Prinċipali tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2001 jibdew isiru xogħlijiet fuq stallazjoni ta' arbli tad-dawl sabiex 'il quddiem ikun possibbli li tiddawwal it-Triq Prinċipali tal-Baħrija? Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu u jinxtgħelu l-bozoz ma' l-arbli li hemm fit-Triq tal-Fiddien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talbiet ta' l-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22310 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'investiment ġew mitluba jsiru mill-Industrija lokali tal-Fish Farms sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-UE? Kemm se jiswa dan l-investiment f'ċifra ta' flus lill-industrijalisti Maltin? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u ċioe' kemm se jkun is-sussidju tal-UE u tal-Gvern Malti lill-industrijalisti sabiex jwettqu dan it-tibdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22311 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Akwakultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani fejn waslet it-talba tal-Gvern Malti sabiex l-industrija tal-akwakultura tiġi eżentata mid-dazju ta' 15% li timponi l-UE fuq dan il-ħut esportat lejn l-pajjiżi membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li qed jirreferi għaliha fil-preżent qed tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #22312 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Dazji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li pajjiżi oħra applikanti għall-sħubija ġew eżentati mid-dazji li l-UE għandha nkluż dazji fuq il-biedja, Malta ma bbenefikat xejn minkejja li hija pajjiż applikant u pajjiż li għandu ftehim ma' l-UE bħal oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta ilha żmien eżentata mill-ħlas ta' dazju fuq prodotti industrijali esportati lejn il-pajjiżi li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, għadha titħaddem sistema ta' tariffi għal dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti ta' natura agrikola. Is-sena li għaddiet il-pajjiżi tal-lvant ta' l-Ewropa, li qed jaspiraw li jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, irnexxielhom jinnegozjaw ma' l-istess Unjoni tnaqqis sostanzjali fit-tariffi mħallsa fuq prodotti agrikoli. Dan sar bħala parti mill-proċess ta' sħubija ta' dawn il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Ta' min jinnota li l-passi kruċjali f'dan il-proċess twettqu matul l-1997 u l-1998, meta Malta, fi żmien amministrazzjoni Laburista, kienet iffriżat l-applikazzjoni tagħha għal sħubija. Iċ-ċans għal proċess ta' transizzjoni bħal dak tal-pajjiżi tal-lvant ta' l-Ewropa intilef dakinhar. Dan huwa eżempju ieħor ċar tal-ħsara li sofra pajjiżna meta l-amministrazzjoni preċedenti iffriżat l-applikazzjoni għal sħubija u b'hekk iffriżat lil Malta barra mill-proċess ta' l-European Agreement li kien għaddej dak iż-żmien.
Leg 9 PQ #22301 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Għadira — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li ssir latrina pubblika fil-bajja ta' l-Għadira l-Mellieħa, peress li sal-lum għad m'hemmx fejn jisservew il-Maltin u t-turisti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Bajja ta' l-Għadira, Mellieħa diġa' jeżistu żewġ latrini pubbliċi.

Djar — Għajn Qajjied

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-Dipartiment tal-Housing jirranġa l-madum perikoluż li hemm mad-dawra tal-Blokki tal-Flats ta' qasam tad-djar ta' Għajn Qajjied ir-Rabat, Malta partikolarment fil-parti ta' Block D fejn kellhom inċidenti anzjani, persuni b'diżabilita' u tfal li waqgħu kawża tal-istat ħażin ta' dan il-madum? Billi residenti ilhom is-snin jilmentaw dwar din il-problema, jista' jara li d-Dipartiment tal-Housing jirrimedja għal dan il-bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk dan il-madum jinsab barra blokk, ir-responsabbilita' tat-tiswijiet tiegħu hija tal-Kunsill Lokali. Sadanittant ser ngħaddi il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.

Housing — Ġnien

Question

Peress li d-dipartiment tal-housing responsabbli mill-ġonna tal-housing estates, flimkien mad-dipartiment tal-agrikoltura u l-kunsill lokali tar-Rabat kienu ħejjew pjan sabiex jiġi żviluppat ġnien fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjied, u l-fatt li matul 1999 u 2000 dan l-iżvilupp baqa' ma sarx, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga x'kienu r-raġunijiet li ġara hekk u possibbilment jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett jsiru matul is-sena d-dieħla 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba dwar l-istess suġġett li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20221 f'Seduta 409.
Leg 9 PQ #22304 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Football

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex matul din is-sena ma ġiex organizzat il-programm tal-logħob tal-Football fis-CCF għall-ħabsin? Kemm-il sena kien ilu organizzat? Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li dan il-logħob jkompli jiġi organizzat għall-ġid tal-kondizzjoni fiżika tal-ħabsin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena għadu ma bediex il-programm tal-logħob tal-football għaliex is-sena għada kif bdiet u normalment dan il-logħob jibda għal ħabta ta` nofs Jannar. Ninsab infurmat ukoll illi l-programm ta` logħob tal-ballun ilu jinżamm mill-1996.

Ta' Sawra, Rabat — Temporary Reserved Parking Sign

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi sabiex it-temporary reserved parking sign li hemm fejn id-dar tal-Anzjani ta' Sawra r-Rabat, terġa' ssir mill-ġdid ħalli l-anzjani jkollhom minn fejn jirkbu f'din it-triq hekk traffikuża fir-Rabat? Jista' jara li ma jkunx hemm aktar dewmien sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn urġenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-reserved parking li kien hemm ħdejn l-entratura prinċipali tad-dar ta` l-anzjani Ta` Sawra kien jikkostitwixxi mhux biss ostakolu għall flow tat-traffiku iżda kien ukoll qed joħloq periklu f`din il-parti dejqa ta` Triq Ġorġ Borg Olivier. Għaldaqstant, ma kienx possibli li r-reserved parking jibqa` fejn kien. Ta' min isemmi wkoll li fuq deċiżjoni tal-Pulizija din il-parti ta` Triq Ġorg Borg Olivier ġiet iddikjarata Tow Zone. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku huwa lest biex jagħti spazju alternattiv għall-użu tad-dar ta` l-anzjani fejn dan ma joħloq ebda periklu.

Toroq — Triq Ġorġ Borġ Olivier

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'diskussjonijiet u żviluppi saru mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn dwar it-talba tar-residenti ta' Triq Ġorġ Borġ Olivier ir-Rabat sabiex din issir one way?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12702.
Leg 9 PQ #22296 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħaddiema — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani fejn waslet it-talba għall-allowances tal-ħaddiema li jaħdmu fid-Dump site (l-miżbla tal-Magħtab)? Kemm ilha pendenti din it-talba? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex din it-talba pendenti tiġi rimedjata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fit-Tip Face ta' Dump Site jirċievu allowance (ta' 15%). It-talba biex tiżdied din ir-rata u tinfirex fuq ħaddiema oħra li ma jaħdmux fuq it-Tip Face kienet saret f'Lulju ta' l-1999. Jien infurmat li reviżjoni tal-ħlasijiet ta' l-allowance ġiet diskussa mal-Unions.
Leg 9 PQ #22297 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Triq Prinċipali tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jara li mmedjatament jsir l-kordinament meħtieġ sabiex jiġu rranġati l-ħofor kbar li żviluppaw fit-Triq Prinċipali tal-Baħrija kawża tal-aħħar maltempata, ħalli f'dawn iż-żmenijiet ta' festi almenu n-nies tal-Baħrija jkollhom ftit anqas inkonvenjent mis-soltu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22298 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-kunsilli f'Malta li għandhom pagament pendenti mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fuq xogħlijiet li saru mill-1995 'il hawn? Kemm jammontaw f'ċifra finanzjarja kunsill, kunsill?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Kunsilli u l-ammont li t-Taqsima tax-Xogħlijiet qed jitlob minn għandhom. Nixtieq ngħid li peress li ma kienx hemm struttura tajba kif jinħarġu dawn il-kontijiet, din l-istruttura se tissaħħaħ matul din is-sena sabiex jinġabar dak li hu dovut u jinħafer fejn hu l-każ.
Leg 9 PQ #22299 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Kola — Landscaping bit-turf naturali

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ il-possibbilta' li jsir landscaping aħjar fl-inħawi tal-Għalqa ta' Kola, Rabat, bħal per eżempju jsir wiċċ bit-turf naturali, ladarba jirriżultaw ħafna problemi biex isir xi forma ta' emeljorament f'din il-parti tar-Rabat li qed tkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-lokal u lill-madwar 800,000 turist li jżuru r-Rabat ta' Malta minħabba s-siti storiċi li joffri? Jista' l-Ministru jikkunsidra li dan it-turf isir qabel il-festa ta' San Ġużepp li ġej nhar id-19 ta' Marzu 2001, ħalli dawn l-inħawi jitgawdew ukoll mill-pubbliku Malti li jitla' jiċċelebra din il-festa popolari fir-Rabat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22300 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtaħleb — Dumps Skips

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru żewġ dump skips kbar fl-inħawi tal-Mtaħleb, peress li reġa' qed jitwaddab l-iskart fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #22289 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kunsilli Lokali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk il-kunsilli f'Malta li għandhom kontijiet pendenti x'jitħallsu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura? Kemm huwa l-ammont u għal kemm-il sena ilu pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella segwenti: 1995 1997 1998 1999 2000 * Attard 582.00 Birgu 368.36 Dingli 463.62 Furjana 304.72 Kalkara 316.66 Kirkop 694.52 697.86 Marsascala 1235.78 Mosta 20034.06 3636.22 5454.33 5454.33 Mtarfa 61.22 Paola 1737.15 Pieta 1424.41 Qormi 201.16 Rabat 903.32 San Pawl il-Baħar 1559.00 Siġġiewi 3.87 Ta’ Xbiex 2759.49 Valletta 113.97 1336.68 Żebbuġ 394.32 Żejtun 2328.58 Nota : 2000 * - l-ewwel disgħa xhur
Leg 9 PQ #22290 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul min taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa fuq il-petrol, lead free petrol u diesel matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa tas-sisa matul is-sena 2000 kien kif ġej: Petrol Lm9,146,700 Lead free petrol Lm5,620,521 Diesel Lm7,178,464
Leg 9 PQ #22291 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT fuq tuck shops tal-iskejjel u l-canteens tal-fabbriki matul is-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2000 il-provvista ta’ ikel, kif imfisser fit-Taqsima Tlieta tar-Raba’ Skeda ta’ l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, minn canteen li jkun jinsab f’area tax-xogħol jew studju u li esklużivament iservi ikel lill-ħaddiema u studenti f’dak il-post, kienet eżenti bil-kreditu. Għaldaqstant, id-dħul mill-VAT minn dawn l-istabbilimenti, li matul is-sena 2000 kien ta’ Lm5,974.48, kien biss fuq il-provvista ta’ xi oġġetti oħra li ma jaqgħux taħt din l-Iskeda.
Leg 9 PQ #22292 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT mill-istabbilimenti tal-ikel, divertiment u kafeteriji matul is-sena 2000? Kemm kien l-istess dħul għall-aħħar 5 snin sena b'sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Dħul mill-VAT u CET Sena Stabbilimenti ta' l-ikel Kafeteriji (Bars) Stabbilimenti ta' Divertiment Total 2000 3,873,986.69 554,374.67 274,978.84 4,703,340.20 1999 2,822,258.27 564,627.14 13,686.67 3,400,572.08 1998 1,936,965.97 537,993.29 230,402.21 2,705,361.47 1997 1,642,596.88 472,642.08 (6,134.83) 2,109,104.13 1996 1,664,731.11 493,143.21 239,374.99 2,397,249.30 1995 959,557.26 189,793.22 (1,307.00) 1,148,043.48 Total 12,900,096.18 2,812,573.61 751,000.88 16,463,670.00