Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hu l-export refund fuq prodotti tal-ikel tal-poplu Malti importati f'Malta li huma magħmula mill-kompożizzjoni ta' zokkor, trab tal-ħalib u trab tal-bajd eċċ bħal gallettini, ċikkulata, ħelu fil-preżent?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt tat-telf tal-export refund fuq dawn il-prodotti importati mill-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?
Jista' jgħid wkoll kemm se jkunu t-tariffi li timponi fuq il-poplu Malti, l-UE, fuq dawn il-prodotti importati minn barra l-pajjiżi membri tal-UE ward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fl-Unjoni Ewropea kemm l-"export refunds" kif ukoll l-"import levies" fuq prodotti agrikoli jinħadmu skond il-prezz tal-mument fis-swieq internazzjonali. Għaldaqstant ma jkunx realistiku li llum isiru kalkoli dwar sussidji u taxxi li jistgħu jiġu applikati fil-futur.
Barra minn dan, anke li kieku dan it-tip ta' kalkolu kien vijabbli, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi ħafna mir-riżultati tan-negozjati bejn pajjiżna u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari dwar it-tħaddim tal-politika agrikola komuni (common agricultural policy) fil-konfront ta' Malta bħala membru ġdid. It-tweġiba għall-mistoqsija tiddependi wkoll mit-tibdil li mistenni jkun hemm fl-istess politika komuni agrikola ta' l-Unjoni bħala riżultat ta' l-istess tkabbir.
Tajjeb jingħad ukoll li fil-preżent f'pajjiżna qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn it-tipi ta' prodotti. Hu mistenni li wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn il-levies jispiċċaw.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hu l-export refund fuq prodotti tal-ikel tal-poplu Malti importati f'Malta li huma magħmula mil-laħam abjad fil-preżent?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt tat-telf tal-export refund fuq dawn il-prodotti mportati mill-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?
Jista' jgħid wkoll kemm se jkunu t-tariffi li timponi fuq il-poplu Malti, l-UE, fuq dawn il-prodottii mportati minn barra l-pajjiżi membri tal-UE ward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tjt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinfuormani kemm hu l-export refund fuq prodotti tal-ikel tal-poplu Malti importati f'Malta li huma magħmula mil-laħam aħmar fil-preżent?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt tat-telf tal-export refund fuq dawn il-prodotti importati mill-pajjiżi tal-UE wara li Malta ssir membru?
Jista' jgħid wkoll kemm se jkunu t-tariffi li timponi fuq il-poplu Malti, l-UE, fuq dawn il-prodotti importati minn barra l-pajjiżi membri tal-UE ward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-export refund fuq il-materja prima taz-zokkor importat f'Malta għall-industriji lokali li jipproduċu għas-suq lokali, minerali, gallettini, ħelu eċċ mill-pajjiżi ta' l-UE fil-preżent?
Jista' jinformani x'impatt se jkollu fuq il-konsumaturi u l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni taz-zokkor, ġej mill-pajjiżi tal-EU?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji l-istudji li saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar dan l-impatt li se ġġib il-politika tal-UE fuq l-industrija lokali u l-konsumatur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?
Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Peress li minkejja li r-residenti ta' Triq Barjol, ta' Mlit, il-Mosta, ilhom is-snin li ħallsu r-road contribution iżda x-xogħlijiet ta' asfalt u tarmac għadhom ma sarux, jista' l-Ministru jara li din it-triq, inkluż il-bankini, jiġu rranġati din is-sena?
Jekk fl-affermativ, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed jitfassal il-programm tax-xogħol kollu li ser jitwettaq fl-inħawi msemmija, iżda x-xogħol ikun jista` jsir wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jkunu fil-post.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jara li jiġi rranġat it-telefon li n-numru tiegħu qed jintbgħat separatament peress li l-anzjan jeħtieġ dan is-servizz urġenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ħsara fil-linji tat-telefon imsemmi diġa' ġiet irranġata.
Jista' l-Ministu jara li jiġi rimedjat l-iżball li jirriżulta fil-kontijiet li qed nibgħat separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma irriżulta li kien hemm żball fil-kont għal dak li għandu x'jaqsam ma' konsum ta' elettriku. Fil-fatt kont rivedut għall-ammont ta' Lm25.72 ser jintbagħat lill-konsumatur konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li saret dwar il-petizzjoni li ġiet preżentata fil-Parlament għan-nom tar-residenti Mostin tal-Qasam tad-Djar ta' Mlit u tal-madwar?
Jista' jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi tat-talbiet tar-residenti peress li r-residenti Mostin qed jiffaċċjaw inkonvenjent kbir? Peress wkoll li f'seba snin l-kunsill tal-Mosta ma għamilx embellishment f'dawn l-inħawi, minkejja li hemm djun kbar ta' flus akkumulati ta' xogħlijiet li saru fl-inħawi oħra tal-Mosta f'dan il-perjodu u cioe jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu sabiex titwettaq ix-xewqa tar-residenti Mostin u l-qasam residenzjali ta' Mlit ma jkomplix jitħalla abbandunat.
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni ma kienux qed jistennew l-ebda petizzjoni biex jiġu analiżżati l-ħtiġijiet ta' l-inħawi msemmija. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien diġa' ssottometta talbiet dwar ix-xogħol fl-inħawi msemmija, iżda kif ingħad diversi drabi, tali xogħol jista' jsir biss bħala parti mill-programm sħiħ tax-xogħol tat-toroq.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li saret dwar il-petizzjoni li ġiet preżentata fil-Parlament għan-nom tar-residenti Mostin tal-Qasam tad-Djar ta' Mlit u tal-madwar?
Jista' jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi tat-talbiet tar-residenti peress li r-residenti Mostin qed jiffaċjaw inkonvenjent kbir? Peress wkoll li f'seba snin l-kunsill tal-Mosta ma għamilx embellishment f'dawn l-inħawi minkejja li hemm djun kbar ta' flus akkumulati ta' xogħlijiet li saru fl-inħawi oħra tal-Mosta f'dan il-perjodu u cioe jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tad-dekasteru tiegħu sabiex titwettaq ix-xewqa tar-residenti Mostin u l-qasam residenzjali ta' Mlit ma jkomplix jitħalla abbandunat.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li f'dak li hu xogħol li huwa r-responsbbilita' tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta Djar, f'dawn l-aħħar seba' snin li ilu mwaqqaf id-Dipartiment fiż-żona ndikata fil-Mistoqsija saru 380 biċċa xogħol fosthom tikħil tal-faċċati, tibjid ta' tronob u tiswijiet oħra f'postijiet komuni. Sadanittant bħalissa hemm biss 23 biċċa xogħol pendenti li ġew approvati u għadhom ma sarux. Dawn ix-xogħolijiet għandhom isiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Inżid ngħid li ħafna minn dawn ix-xogħolijiet saru jew ser isiru b'riżultat ta' konsultazzjoni w laqgħat mas-sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li nsista li jsiru dawn ix-xogħolijiet. Naturalment, id-dipartiment ikollu l-limitazzjonijiet prattiċi li ma jippermettux li jsiru x-xogħolijiet kollha mitluba fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li saret dwar il-petizzjoni li ġiet preżentata fil-Parlament għan-nom tar-residenti Mostin tal-Qasam tad-Djar ta' Mlit u tal-madwar?
Jista' jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi tat-talbiet tar-residenti peress li r-residenti Mostin qed jiffaċjaw inkonvenjent kbir? Peress wkoll li f'seba snin l-kunsill tal-Mosta ma għamilx embellishment f'dawn l-inħawi minkejja li hemm djun kbar ta' flus akkumulati ta' xogħlijiet li saru fl-inħawi oħra tal-Mosta f'dan il-perjodu u cioe jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tad-dekasteru tiegħu sabiex titwettaq ix-xewqa tar-residenti Mostin u l-qasam residenzjali ta' Mlit ma jkomplix jitħalla abbandunat.
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20144.
Il-manteniment u l-embellishment tal-Housing Estate Ta' Mlit ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Inżid ngħid li mhux il-każ li d-dipartiment jindaħal fl-awtonomija tat-tmexxija tal-kunsill tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Malti ma protestax mal-UE għall-fatt li filwaqt li fl-Lulju tas-sena 2000, l-UE estendiet l-eżenzjoni mid-dazju minn 33% għall-77% fuq il-prodotti tal-biedja esportati lejn il-pajjiżi membri, Malta ma ġietx mogħtija l-istess trattament li tant għandha bżonn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22312
Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament ilha aktar minn sena tirrapporta lil kunsill tal-lokal sabiex jitneħħew it-tankijiet li huwa neħħa minn fuq il-ħitan tar-raba', jista' d-dipartiment tal-ambjent jintervjeni sabiex dan l-iskart jinġabar mill-inħawi Tal-Lunzjata fejn il-Knisja?
Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jsir mil-aktar fis?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-passi meħtieġa biex it-tankijiet miġbura ħdejn il-knisja tal-Lunzjata jinġabru mill-aktar fis possibbli.
Perezz li l-bozza li tinsab quddiem Plot 102 ta' Mlit H.E, Mosta ilha tiġi rapportata mill-14 ta' Diċembru u minkejja l-interventi li saru b'impenn mill-ħaddiema ta' l-Enemalta, baqgħet ma tixgħelx, jista' l-Ministru jara li l-persuna responsabbli jara li jiġu rimedjati l-ħsarat mill-aktar fis possibli?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-tiswija li qed issir riferenza għaliha diġa' saret.
Peress li fuq wara Blk DI Entrance B li jinsab fi Triq Gradiljoli l-Qasam tad-Djar ta' Mlit il-Mosta hemm ħsarat li qed jikkawżaw fawran tad-drenaġġ fl-inħawi, jista' d-Dipartiment jara li jiġu rranġati l-ħsarat mill-aktar fis possibli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-inkonvenjent imsemmi huwa responsabbilta' tal-privat. Fil-fatt, il-foreman tad-distrett spjega dan lir-residenti u dawn qalulu li se jagħmlu tajjeb għall-ħsarat.
Jista' l-Ministru jara li jsiru xogħlijiet ta' tibdil tal-linja tad-dawl fit-Triq Vivaldi (Għar Barka) r-Rabat peress li r-residenti qed jilmentaw li d-dawl qed jinqagħtalhom ta' spiss?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li, kuntrarjament għal dak li qed jintqal fil-mistoqsija, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li kien hemm interruzzjonijiet ta' spiss u dawn ma jirriżultawx li kienu kaġun ta' xogħol fuq xi linji.
Peress li ħafna toroq fil-kampanja tar-Rabat jinsabu mimlija ħofor kbar u qed jikkawżaw inkonvenjent lill-bdiewa u l-familji li jgħixu fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħol immedjatment?Jekk f'affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' spezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament?
X'riżultati nkisbu u x'tagħrif ġie mogħti dwar ir-regoli tal-UE lill-produtturi Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20613.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni li ħa l-Ministeru tiegħu fid-dawl tat-tilwima li teżisti bejn il-poplu Rabti u l-Kunsill Lokali tar-Rabt u l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku dwar il-kwestjoni tat-trasferiment tal-venda tar-Rabat mis-Saqqajja għal Triq Santa Rita r-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kwestjoni tat-trasferiment tal-venda tar-Rabat baqgħet tkaxkar minkejja l-ftehim li ntlaħaq dwar dan is-suġġett, tant hu hekk li riċentament il-Kunsill talabni nintervjeni biex insib soluzzjoni.
Billi din il-kwistjoni twalet iżżejjed ser nara x'nista nagħmel ħalli din il-kwistjoni tinqata', ukoll jekk inhu ċar li l-iktar element li qed jirrenja hu dak tal-pika.
Jista' l-Ministru jara li din is-sena jsiru xogħlijiet meħtieġa sabiex it-Triq tal-Pwales fil-parti li żżomm l-ilma, tiġi rranġata ħalli la tkun ta' periklu għall-bdiewa u r-residenti tal-inħawi u lanqas tkun ta' inkonvenjent għat-turisti?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn mindu parti minn Triq il-Pwales ġiet asfaltata u l-culverts ta' l-ilma nfetħu ma jidhirx li kien qiegħed iżomm l-ilma.