Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li supervisors u WTO f'Mount Carmel Hospital qed jiddaħlu bl-overtime, jagħmlu xogħol ta' fattigi, imbagħad ħaddiem b'inqas grad mhux jiddaħlu jagħmlu l-overtime huma?
Jista' l-Ministru jara li ma jħallix din l-inġustizzja ssir mal-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ewwel impjegati li jitqabbdu jagħmlu s-sahra fuq xogħol ta` tindif huma dawk l-impjegati li jagħmlu x-xogħol ta` fattiga. Meta l-fattigi jkunu daħlu kollha, warajhom jidħlu impjegati oħra skond kif imisshom.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja li l-parti mill-bankina fi Vjal il-Ħaddiem li tagħti għal triq ta' Għar Barka r-Rabat, twessgħet xhur ilu, it-traspost pubbliku ma ġiex estiż għall-komunita ta' Għar Barka?
Jista' jara li jsiru l-arranġamenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-sidien tal-karozzi tal-linja għadhom qed isibu numru ta' diffikultajiet biex igħaddu minn dawn l-inħawi.
Peress li anzjan ta' 80 sena li joqgħod Blk 3 Għeriexem H E ilu ġimgħat jirrapporta bozza maqtugħa, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jara li tiġi rimedjata urġentement qabel iweġġa' serjament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-bozza li qed issir riferenza għaliha diġa nbidlet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestewx it-testijiet tal-BSE fuq il-merħla tal-baqar? Jista' jgħid x'irriżulta f'dawn it-testijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet validati fid-dinja jsiru biss fuq il-karkassi. Fil-fatt id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji diġa għamel arranġamenti biex jibdew isiru dawn it-testijiet. Dawn mistennija jaslu Malta fil-bidu ta' Frar. Ninfurmah ukoll illi diġa intbagħtu tekniċi l-Irlanda biex jiġu mħarġa fuq dawn it-testijiet.
Fid-dawl tal-fatt li l-marda tal-BSE u CJD qed tinfirex, jista' l-Ministru jara li jiddaħħlu miżuri immedjati ta' kontrolli fuq il-beef importat, bħal barcoding fuq kull qatgħa tal-beef, sabiex ikunu provduti d-dettalji ta' l-istorja tal-prodott sa mit-twelid u l-qatla għall-assigurazzjoni tal-konsumaturi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?
Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-snin imsemmija hija kif ġej:
Dipartiment 1997 1998 1999
Lm Lm Lm
Ministeru ta' l-Edukazzjoi }
Segretarjat Parlamentari } 364,610.00 197,235.00 204,250.00
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni}
Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1,657.00 241.00 214.00
Dipartiment tal-Libreriji u
Arkivji 8,671.00 9,554.16 10,293.94
Dipartiment tal-Mużewijiet 13,429.00 19,279.00 17,926.00
Dipartiment tal-Kultura 9,332.00 135.00 1,840.00
Dipartiment taż-Żgħażagħ u
Sport 2,061.81 9,167.07 (bejn Jannar '98 u Ġunju '99)
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' tabakk importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' ross importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' laħam aħmar importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' laħam abjad importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta numru 477.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien il-bejgħ tad-djar, appartamenti, djar antiki, maisonettes, eċċ li separatament f'Malta u f'Għawdex ġew reġistrati fir-reġistru pubbliku matul sena l-2000?
Kemm minnhom kienu mibjugħa mill-Awtorita' tad-Djar, kemm mill-privat?
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-sena 1999 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-sajjieda li riċentement ħadu l-għajnuna finanzjajra mid-dipartiment tas-sajd? Jista' jinfurmana mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġejjien dawn is-sajjieda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma tingħata l-ebda għajnuna mid-Dipartiment tas-Sajd. L-għajnuna li tingħata mill-Ministeru tingħata fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Għoti u Self u tkopri kemm bdiewa, kemm raħħala u kemm sajjieda. Din il-Kummissjoni tikkonsidra talbiet għal għajnuna f'żewġ forom -
Sussidji ta' imgħax fuq self
Għotja ta' flus skond formola u kriterji pre-stabbilita
Fl-aħħar xahrejn tas-sena l-oħra ingħatat għajnuna lil 7 bdiewa u lil 11-il sajjied għal ammont totali ta' Lm 75,134.
Dawn ġejjin min dawn il-lokalitajiet :
Post
Bdiewa
Sajjieda
Balzan
1
B'Bugia
1
Għawdex
1
Ħaż-Żebbuġ
1
Mġarr
3
M'Xlokk
7
Rabat (Malta)
1
Siġġiewi
1
Żurrieq
2
Ma huwiex il-każ li jiġu ppubblikati ismijiet ta' individwi u s-somom li rċevew. Pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li fost dawk li rċevew l-għajnuna riċemtement kien hemm min kellu t-talba tiegħu approvata iktar minn 4 snin ilu, u xorta din l-għajnuna kien għadu ma rċevijiex.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant ukoll li l-provenjenza ta' dawk il-bdiewa u sajjieda li kienu intitolati għal għajnuna ma għanda l-ebda relevanza fuq il-proċess tad-deċiżjoni kif tixhed l-informazzjoni li qed nagħtih. L-ammonti li jingħataw jinħadmu fuq kriterji perċentwali fuq l-ammont li ħallas l-individwu fuq ċerta xogħlijiet u tagħmir.
Infakkar li l-Onor. Interpellant li spiċċa ż-żmien meta kienu jiġu mgħejjuna bdiewa/raħħala/sajjieda li jkunu ġejjin minn xi distrett elettorali partikolari.
Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-export refund fuq il-materja prima tat-trab tal-bajd importat f'Malta għall-industriji lokali li jipproduċu għas-suq lokali, gallettini, ħelu eċc mill-pajjiżi ta' l-UE fil-preżent?
Jista' jinformani x'impatt se jkollu fuq il-konsumaturi u l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni tat-trab tal-bajd, ġej mill-pajjiżi tal-EU?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar dan l-impatt li se ġġib il-politika tal-UE fuq l-industrija lokali u l-konsumatur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476
Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-export refund fuq il-materja prima tat-trab tal-ħalib importat f'Malta għall-industriji lokali li jipproduċu għas-suq lokali, gallettini, ħelu etc mill-pajjiżi ta' l-UE fil-preżent?
Jista' jinformani x'impatt se jkollu fuq il-konsumaturi u l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib, ġej mill-pajjiżi tal-EU?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar dan l-impatt li se ġġib il-politika tal-UE fuq l-industrija lokali u l-konsumatur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476.
Peress li fuq ħafna prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għall-konsumatur lokali se jintilef il-benefiċċji ta' l-export refund wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropa, jista' jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan it-telf ta ' benefiċċji fuq l-importazzjoni tal-pakketti ta' għaġin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistosija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' ġobon importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tariffi mħaddma mill-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni, jinħadmu skond il-prezz tal-mument fuq is-swieq internazzjonali tal-prodott konċernat. Għaldaqstant mhux realistiku li llum isiru kalkoli dwar taxxi li ser jiġu applikati fil-futur.
Barra minn hekk, anke li kieku dan it-tip ta' kalkolu kien viabbli, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tiddependi wkoll mir-riżultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
Tajjeb jingħad ukoll li fil-preżent f'pajjiżna qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn it-tipi ta' prodotti. Hu mistenni li wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn il-levies jispiċċaw.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' butir importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa mportat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22642 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li saret dwar il-petizzjoni li ġiet preżentata fil-Parlament għan-nom tar-residenti Mostin tal-Qasam tad-Djar ta' Mlit u tal-madwar?
Jista' jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi tat-talbiet tar-residenti peress li r-residenti Mostin qed jiffaċjaw inkonvenjent kbir? Peress wkoll li f'seba snin l-kunsill tal-Mosta ma għamilx embellishment f'dawn l-inħawi minkejja li hemm djun kbar ta' flus akkumulati ta' xogħlijiet li saru fl-inħawi oħra tal-Mosta f'dan il-perjodu u cioe jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tad-dekasteru tiegħu sabiex titwettaq ix-xewqa tar-residenti Mostin u l-qasam residenzjali ta' Mlit ma jkomplix jitħalla abbandunat.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li fl-inħawi ta' Ta Qali u partijiet fil-Mosta qed jittajru ajruplani tal-model aircraft li għandhom ħsejjes ta' livelli għoljin ħafna aktar minn oħrajn li ilhom jittajru snin f'dawn fl-inħawi, jista' l-Ministru jinvestiga dan l-abbuż sabiex tiġi regolata s-sitwazzjoni ħalli ma jkomplix jinħoloq aktar inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għal nofs Diċembru li għadda, il-Pulizija kienet diġa` ħadet il-passi meħtieġa u d-diriġenti tal-Malta Model Aircraft Flying Association ġew avżati sabiex ma jippersistix l-inkonvenjent lir-residenti tal-viċinanzi. Infurmat ukoll illi minn naħa tagħha, l-Assoċjazzjoni għarrfet lill-Pulizija li kienet qedha tagħmel kontroll fuq il-membri tagħha, kemm sabiex ma jkunx hemm titjir ta` dawn il-mudelli qabel it-8.30am kif ukoll dwar il-ħsejjes li dawn jagħmlu. Minn dakinhar l`hawn il-Pulizija ma rċevietx aktar ilmenti.