Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23229 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CHEAM — Protokol

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aġenda tal-Ministeru u tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u CHEAM skond il-protocol ta' kooperazzjoni li jeżisti għal matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim ta’ ko-operazzjoni mac-CIHEAM beda fid-dawl tar-Raba Protocol Finanzjarju bejn Malta u l-Italja. Dan il-Protocol skada fl-aħħar ta’ Dicembru 2000. Il-ftehim bejn Malta u l-Italja għall-Ħames Protocol għadu qed jiġi diskuss u għalhekk fil-preżent ma hemm l-ebda ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd ta’ Malta u c-CIHEAM skond il-Protocol għal matul din is-sena.
Leg 9 PQ #23370 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRL — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet ta' l-MRLs li saru fuq il-laħam aħmar li nipproduċu lokalment? Fuq liema tip ta' laħam u kemm fuq ċanga? X'riżultati nkisbu u x'rakomandazzjonijiet addizzjonali saru sabiex jkun hemm aktar effiċjenza?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi sedta oħra.
Leg 9 PQ #23384 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

H.G.T

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni f'Malta ta' laħam li jkun suġġett tal-H.G.T.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-H.G.T.
Leg 9 PQ #23385 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

H.G.T.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq importazzjoni f'Malta ta' priżervijiet li jkun fihom prodott ta' laħam li jkun suġġett tal-H.G.T fil-kompożizjoni tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-H.G.T.
Leg 9 PQ #23386 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Ġenetikament Modifikata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni f'Malta ta' priżervijiet u prodotti li jkunu suġġett ta' annimali jew tjur magħlufa b'għalfa suġġett ta' produzzjoni ġenetikament modifikata (G.M. Feeds)

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23211 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Lanċa tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda li ftit xhur ilu kellhom l-inċident fejn il-lanċa tas-sajd tagħhom ħadet in-nar, ħadux xi forma ta' assistenza sabiex ikunu jistgħu jirranġaw mill-ġdid l-opra tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 22940 u 19061.
Leg 9 PQ #23212 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-nurseries u f'Tal-Kmand matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta’ l-Unjoni Ewropea f’Tal-Kmand matul 1999 u 2000. Iżda nixtieq inżid li fis-sena 2000, saru żewġ viżti minn rappreżentanti tat-TAIEX aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-viżti saru fi Frar u f’Novembru u ma sarux speċifikament għal tal-Kmand, imma saru bħal viżti oħrajn li saru f’postijiet oħra sabiex tiġi stabbilita’ l-pożizzjoni ta’ Malta dwar is-settur fitosanitarju kollu.
Leg 9 PQ #23214 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-pitkalija matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 1999 u 2000 ma saret l-ebda spezzjoni minn rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-Pitkalija.
Leg 9 PQ #23218 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Pixkerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-pixkerija matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet mar-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea matul l-1999 u l-2000 fil-Pixkerija iżda saru viżti matul Ġunju tas-sena 2000 u r-rapport taż-żjara tagħhom jista' jsibu fuq l-internet web page europa.eu.int/foods.
Leg 9 PQ #23223 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika Ġdida tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-fabbrika ġdida tal-ħalib? Jista' l-Ministru jinfurmani liema art ipprovda lir-raħħala l-Gvern Nazzjonalista għall-bini ta' din il-fabbrika

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġiet identifikata art b'konsultazzjoni mal-MDP u l-KPH. Dawn ta' l-aħħar iridu jġibu l-permessi meħtieġa u jmexxu l-proċess. Għaldaqstant l-art tkun identifikata uffiċjalment meta tkun approvata mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #23226 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Libja/Malta — Protocol ta' Kooperazjoni

Question

Fid-dawl tal-protocol ta' kooperazjoni bejn Malta u Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd, kemm il-darba l-Ministru żar il-Libja u l-Ambaxxata Libjana f'Malta matul 1999 u 2000 sabiex imexxi dan il-ftehim 'il quddiem? Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-oqsma ta' prijorita' għall-iżvilupp ta' din il-kooperazzjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista u/jew rakkomandati f'dan il-perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jitmexxa dan il-ftehim 'il quddiem, ma nħassitx in-neċessita' ta' żjara personali tiegħi la fil-Libja u lanqas fl-Ambaxxata Libjana f'Malta fuq il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd. F'dan il-perjodu ġie kkunsidrat possibilta' ta' kooperazzjoni fuq l-akwakultura, Micropropagation Arab Garden/Avenue kif ukoll donazzjonijiet ta' diversi varjetajiet ta' siġar.
Leg 9 PQ #23121 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tuneżija — Tariffi fuq il-ħut

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm ilha eżentata t-Tuneżija milli tħallas it-tariffa fuq il-ħut tal-fish farms esportat lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti breakdown tal-laqgħat li saru mill-gvernijiet Maltin u l-Unjoni Ewropea dwar din il-kwestjoni?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onorevoli Interpellant tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea u allura hija estranea għal Malta, jiena m'inhiex f'pożizzjoni li nirrispondiha. Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru responsabbli għas-sajd.
Leg 9 PQ #23201 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati x-xogħlijiet li saru fi Triq il-Katakombi, ir-Rabat mill-WSC peress li l-asfalt ġie ogħla mil-livell tat-triq normali u qed jinblokka l-ilma kif ukoll ikun ta' nkonvenjent kbir għar-residenti u anzjani li jiffrekwentaw din it-triq fir-Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #23203 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar Maqtula b'Emergenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' baqar li nqatlu b'emerġenza matul 1999 u 2000? X'kienet il-kawza ta' l-emerġenza f'kull każ? Jista' d-Dipartiment jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 1999 u 2000 daħlu 244 u 243 baqar rispettivament fid-dipartiment ta' l-emergenza. Il-kawżi tal-mard tagħhom kienu kif ġej : 1999 2000 Problemi respiratorji 138 114 Problemi gastro intestinali 61 99 Problemi tat-twelid 28 27 Oħrajn 17 3
Leg 9 PQ #23205 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-biċċerija matul 1999 u 2000? X'kienu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom? Jista' l-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet iżda saru numru ta' viżti minn rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-biċċerija matul l-1999 u l-2000. Dawn kienu fact finding missions u mhux spezzjonijiet għat-tiġdid tal-approval tal-biċċerija.
Leg 9 PQ #23208 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Fabbrika tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-fabbrika tal-ħalib matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda spezzjoni uffiċċjali u l-anqas viżti mir-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-fabbrika tal-ħalib matul l-1999 u l-2000.
Leg 9 PQ #23210 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet min rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fl-Għammieri matul l-1999 u l-2000.
Leg 9 PQ #23080 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Iżrael/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Iżrael? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Iżrael hija kif ġej: Visa abolition 1993 Cultural 1994 DIA 1999 Econ/tech Coop 1994 Legend: DIA -Drug Interdiction Agreement
Leg 9 PQ #23081 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Italja/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Italja? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Italja hija kif ġej: DTA 1981 IGA 1967 non-operational DIA 1991 Trade 1967 Health 1982 non-operational Cultural 1967 Tourism 1997 (Sicilian Region) Travelling ID 1965 Scientific/Tech Coop 1994 Financial 1968 non-operational Financial/Tech. 1972 non-operational Telecom. Services 1974 non-operational Supply of wheat/rice 1979 non-operational Neutrality/Financial Protocol 1980 partly operational Italian Military Mission 1981 Financial Protocol 1986 non-operational Int. Road Carriage of Goods 1987 Financial Protocol 1990 non-operational Exchange of info on DIA 1993 Forecasting/prevention Of natural disaster 1994 MoU Political Coop. 1999, renewed 2000 Customs Coop. 2000 Legend: DTA - Double Taxation Agreement ASA - Air Services Agreement IGA - Investment Guarantee Agreement MoU - Memorandum of Understanding Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 23073.
Leg 9 PQ #23082 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ġermanja/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Ġermanja? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Ġermanja hija kif ġej: DTA 1974 ASA 1985 IGA 1974 Trade 1985 (superceded 1973 Trade Agreement) Health Coop. 1991 (Baden-Wurtenberg Region) Cultural Coop. 1974 Extradition 1960 Maritime Transport 1968 Tech. Coop. 1969 (expired) Financial Assistance 1975 Legend: DTA - Double Taxation Agreement ASA - Air Services Agreement IGA - Investment Guarantee Agreement DIA - Drug Interdiction Agreement