Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23410 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Żejt taż-Żebbuġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima taż-żejt taż-żebbuġa importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23411 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Ross

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tar-ross f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23412 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Corned Beef

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-corned beef importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23413 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni zokkor u trab tal-ħalib u/jew trab tal-bajd u dqiq liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Min se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23414 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni ta' laħam aħmar liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Minn se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23415 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni żejt taż-żebbuġa liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Minn se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23393 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni agrikola Organika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ġew imħarrġa uffiċjali tekniċi tad-dipartiment dwar il-produzzjoni agrikola organika? Fejn tħarġu u xi kwalifiki akkwistaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dipartiment hawn żewġ uffiċjali tekniċi li huma nkarigati li jiġbru u jagħtu tgħarif dwar biedja organika. Wieħed minnhom huwa wkoll membru fil-kumitat tal-Moviment Malti għall-Biedja Organika. > >Dawn l-uffiċjali minn barra l-kwalifiki tagħhom fil-biedja konvenzjonali attendew ukoll xi course jew konferenzi fil-biedja organika.
Leg 9 PQ #23405 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Zokkor

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima taz-zokkor importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim ieħor ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 22630 waqt is-Seduta numru 476 ta' l-24 ta' Jannar 2001, liema mistoqsija titratta l-istess materja ta' dik attwali.
Leg 9 PQ #23406 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Laħam Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-laħam aħmar importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23407 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Ġobon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-ġobon importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23408 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Butir

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tal-butir importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #23409 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund — Trab tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-export refund li jgawdu l-importaturi u l-industrija lokali fuq il-materja prima tat-trab tal-ħalib importat f'Malta mill-pajjiżi ta' l-UE? Kemm se jkun it-telf tal-export refund fuq l-importazzjoni annwali ta' din il-materja prima wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Minn se jagħmel tajjeb għat-telf ta' dawn il-miljuni ta' liri kemm-il darba l-Gvern ma jilħaq ebda ftehim oħra ma' l-UE wara li nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #21875 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23387 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' laħam taċ-Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga f'Malta minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xhur ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001? Mill-liema pajjiżi u xi kwantitajiet ġew importati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23388 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni tal-Corned Beef

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi ta' l-UE matul Diċembru 2000 u f'Jannar 2001? Mill-liema pajjiżi u f'kemm kwantita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23389 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni tal-Corned Beef

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23390 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRL — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet tal-MRLs li saru fuq il-laħam abjad li nipproduċu lokalment fil-laboratorju tal-biċċerija matul is-sena 2000? X'riżultati nkisbu u x'rakkomadazzjonijiet addizzjonali saru? Kemm minn dawn il-testijiet kienu fuq il-laħam tal-fniek, tiġieġ, dundjan eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues (mhux MRL) li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi: Laħam Abjad (Tjur) Anticoccidials 15 il-kampjun: riżultati għadhom ma waslux*. Sulfanamidi 5 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux* Quinolones 10 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux* Antibiotiċi 20 kampjun: riżultati kollha negattivi. * Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet ikunu magħrufa għal-ħabta ta' Marzu 2001.
Leg 9 PQ #23391 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat matul l-1999 u 2000 mal-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom dwar produzzjoni agrikola organika? X'suġġerimenti saru min-naħa ta' uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura lill-bdiewa dwar l-importanza li jintroduċu l-produzzjoni agrikola organika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru diversi laqgħat mal-kumitat tal-Moviment Malti għall-Biedja Organika. Wieħed mis-suġġerimenti li saru waqt dawn il-laqgħat kien li jsiru korsijiet dwar is-suġġett. Korsijiet ta' din ix-xorta bdew isiru.
Leg 9 PQ #23392 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti Organiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jew minn bdiewa privati biex ikun stabilit il-livell ta' kwalita' ta' prodott organiku lokali li fuqu saru l-provi matul is-sena 1999 u 2000? F'liema laboratorji saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li f'ebda żmien ma kien hawn lokalment xi produzzjoni organika ċertifikata. Għaldaqstant ma setgħu isiru l-ebda testijiet fuq prodotti organiċi.
Leg 9 PQ #23228 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Eġittu/Malta — Protocol ta' Kooperazjoni

Question

Fid-dawl tal-protocol ta' kooperazjoni bejn Malta u Eġittu fl-oqsma tal-biedja u sajd, kemm il-darba l-Ministru żar il-Eġittu u l-Ambaxxata Eġizzjana f'Malta matul 1999 u 2000 sabiex imexxi dan il-ftehim 'il quddiem? Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-oqsma ta' prijorita' għall-iżvilupp ta' din il-kooperazzjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista u/jew rakkomandati f'dan il-perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saret l-ebda żjara minni ġewwa l-Eġittu jew fl-Ambaxxata Eġizzjana f’Malta matul 1999 u 2000. Madankollu, ninforma l-Onor. Interpellant li fid-dawl ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Egittu ġie mistieden f’Malta il-Professur Mazen mill-Universita’ ta’ Assiut fl-Eġittu. Dan kien Malta bejn l-14 u il-21 ta’ Jannar 2001, fejn saru diskussjonijiet dwar il-koperazzjoni fil-qasam fitopatoloġiku bejn il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd u l-Universita’ ta’ Assiut. Fl-ispirtu ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi delegazzjoni Maltija fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u Sajd ġiet mistiedna sabiex iżżur il-Kajr. Hu mistenni li din iż-żjara issir f’qasir żmien. It-taħdidiet ser jittrattaw dwar dawn l-aspetti: 1. Pjanti a. bdil ta’ esperjenzi u nformazzjoni xjentifika, b. twaqqif ta’ bank taż-żrieragħ fir-reġjun tal-Mediterran, c. koperazzjoni teknika dwar maniġġ ta’ ilma u fertilizzanti. 2. Annimali a. bdil ta’ tagħrif dwar il-fniek, mogħoż u baqar. 3. Sajd u Akwakoltura a. bdil ta’tagħrif dwar riċerka xjentifika fl-oqsma tas-sajd u akwakoltura.