Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mill-impjant ta' Sant Antnin matul l-1999 u 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ipproduċa 1,660,000 metru kubu ta' ilma reċiklat għat-tisqija fl-1999 u 2,008,707 metru kubu fis-sena 2000.
Jista' l-Ministru jara li ssir is-sistema ta' three phase flok dik ta' single phase li hemm fil-Bidnija?
Jista' jara li x-xogħlijiet ikunu awtorizzati bla aktar telf ta' żmien peress li jirriżulta li d-dawl fl-inħawi qed jinqata' regolarment?
Jekk fl-affermattiv meta?
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il darba kienet sospiża l-provista tad-dawl fil-Bidnija matul Diċembru u Jannar li għadda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond ir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta darbtejn biss kien hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahrejn imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan kien fid-29 ta' Diċembru 2000 minħabba ħsara fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli u fid-9 ta' Jannar li għadda minħabba xogħol ipprogrammat biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx.
Sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku hemm bżonn li jsir transformer fl-inħawi. Fil-fatt il-pjanijiet biex dan ix-xogħol isir diġa' nbdew. L-implimentazzjoni ta' dan ix-xogħol għandha ssir flimkien ma' xogħolijiet oħra.
Peress li l-industrija ta' l-ikel titlef il-benefiċċju ta' l-export refund fuq il-materja prima importat mill-EU, bħala laħam aħmar, ċerejali, zokkor, ross, trab tal-ħalib, ġobon, butir, eċċ, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollu fuq il-kompetizzjoni lokali t-telf ta' l-export fuq din il-materja prima mportat f'pajjiżna wara li Malta ssir membru ta' l-UE?
In vista tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista' għadu qatt ma poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi impact assestment li saru fuq l-export refunds fuq il-materja prima mportata għall-industriji lokali ta' l-ikel, minerali u ħelu, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-export refund għal items importati imsemmija f'din il-mistoqsija fil-preżent
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' kelli okkażjoni nsemmi meta weġibt mistoqsijiet dwar l-istess materja, il-kwistjoni kollha tal-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel impurtati ser jiddependi ħafna mir-riżultati tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari dwar it-tħaddim tal-politika agrikola komuni (Common Agricultural Policy) ta' l-Unjoni fil-konfront ta' Malta bħala membru ġdid.
Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fil-preżent f'Malta qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn il-prodotti ta' l-ikel. Huwa mistenni li eventwalment dawn il-levies jispiċċaw u b'hekk ikun hemm impatt l-isfel fuq il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti.
L-export refunds jingħataw mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea direttament lill-esportaturi u għaldaqstant ma jistax jinżamm rekord ta' dawn l-export refunds min-naħa tal-pajjiżi importaturi bħalma huwa l-każ ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li telf ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar importati mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru jkun fil-livelli ta' madwar US$6000 it-tunellata metrika fuq prodotti bħal Irish Origin Beef eċċ, jista' jinfurmani kif dan it-telf se jaffettwa lill-lukandi u restoranti tal-gżejjer tagħna?
Response (REFALO, MICHAEL)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru fis-Seduta numru 493 għall-Mistoqsija tiegħu 23421.
Jikkonferma l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-UE ma jdaħħalx it-TARIC fuq l-ikel importat għall-Maltin u l-Għawdxin mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta Malta ssir membru ta' l-U.E. hija ssegwi l-Istati Membri l-oħra dejjem fil-kuntest ta' dak li jkun ġie negozjat u aċċettat waqt in-negozjati ta' qabel is-sħubija.
Jikkonferma l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-UE, l-Gvern Nazzjonalista ma jdaħħalx it-TARIC fuq il-materja prima ta' l-ikel importat għall-industriji lokali, ta' l-ikel, ħelu u minerali (drinks)
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta Malta ssir membru ta' l-U.E. hija ssegwi r-regoli li jsegwu l-Istati Membri l-oħra dejjem fil-kuntest ta' dak li jkun ġie negozjat u aċċettat waqt in-negozjati ta' qabel is-sħubija.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-Integrated Tarifs of the European Communities - it-TARIC?
Jista' jinfurmani kemm ilhom jiġu pprattikati s-sistemi tat-TARIC mal-pajjiżi li ma humiex ta' l-EU fuq ikel importat għall-popli tal-pajjiżi membri mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-EU?
Response (BORG, JOE)
L-Integrated Tariffs of the European Communities, jew kif inhi magħrufa aħjar it-TARIC, hija l-lista kompluta tal-prodotti kollha li jistgħu jiġu impurtati fl-UE - li hi magħrufa ukol hħala il-Harmonised System - kif ukoll ir-rata tat-tariffa li l-UE timponi fuq kull prodott skond l-oriġinu tiegħu. Dan ifisser li mhux kull prodott għandu l-istess rata ta' tariffa għal kullimkien. Prodott jista jkollu rata ta' tariffa għaliex joriġina min pajjiż wieħed filwaqt li l-istess prodott ikollu rata ta' tariffa mnaqqsa jew saħansitra rata ta' xejn meta joriġina min pajjiżi oħrajn.
Is-sistema tat-TARIC żviluppat b'riżultat ta' l-addottazzjoni tal-Common Commercial Policy tat-Trattat tal-European Economic Community fl-1957 u bdiet topera sa mill-bidu wara r-ratifika.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapporti dwar l-impatt li jġibu magħhom it-TARIC fuq l-industrija tat-turiżmu, li saru matul l-1999 u sena 2000?
Kif se jaffettwaw il-prezzijiet ta' l-ikel tar-restoranti, lukandi, snack bar's eċċ dawn il-forom ta' levies ġodda li timponi fuq pajjiżna l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi ukoll lill-Onor. Membru ghat-twegibiet li tajt ghall-Mistoqsijiet tieghu numru 12283, 16103 u 16104.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huma l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tal-majjal meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni ta' l-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant għandu japprezza li f`dan l-istadju dak li qed jgħid hu bbażat fuq argument spekulattiv. Dan għaliex il-Ministeru fil-preparazzjonijçt tçgħu hu sensibbli għall-kundizjonijçt u ħtiġijçt ta` kull settur, u qiegħed ifassal il-pożizzjoni tiegħu tan-negozzjar abbażi ta' dan.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tal-baqar meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tal-ħalib frisk meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Peress li jirriżulta li fl-inħawi tal-Bidnija l-fosos tad-drenaġġ jridu jfuru biex jitħamlu, jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkawża dan in-nuqqas?
Jista' jinfurmani x'passi ttieħdu sabiex is-sitwazzjoni tal-fawran tal-fosos fil-Bidnija ma tkompliex tkun ta' nkonvenjent għar-residenti u ta' mpatt fuq l-ambjent partikolarment l-ilma ġieri ta' l-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minħabba żvilupp fil-Bidnija, il-fossa tad-drenaġġ li taqdi dan ir-raħal qiegħda kull ma jmur issir żgħira. Għalhekk huwa ppjanat illi titħaffer fossa ikbar biex b'hekk ikun hemm ħażna ikbar u jiġi eliminat l-inkonvenjent ta' fawran.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa kalkulat li jkun it-telf ta' l-export refund li jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel li fihom fil-kompożizzjoni ċikkulati u ħelu liema prodotti jkunu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru?
Min se jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' miljuni ta' liri fis-sena fuq l-importazzjoni kemm-il darba l-Gvern ma jinnegozjax xorta oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23405 waqt is-Seduta numru 491 tat-Tnejn 12 ta' Frar 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kif se jkunu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema fl-industrija tal-minerali lokali wara li Malta tintroduċi t-TARIC fuq il-materja prima importata f'pajjiżna għal din l-industrija mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju li sar mill-Gvern matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt negattiv li se jkollha ssofri l-industrija tal-minerali lokali b'kawża ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22215 f'Seduta Numru 466.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kif se jkunu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema fl-industrija lokali tal-ħelu wara li Malta tintroduċi t-TARIC fuq il-materja prima mportata f'pajjiżna għal din l-industrija mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju li sar mill-Gvern matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt negattiv li se jkollha sofri l-industrija tal-ħelu lokali b'kawża ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23417 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kif se jkunu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema fl-industrija lokali tal-laħam wara li Malta tintroduċi t-TARIC fuq il-materja prima mportata f'pajjiżna għal din l-industrija mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju li sar mill-Gvern matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt negattiv li se jkollha sofri l-industrija tal-laħam lokali b'kawża ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23417 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kif se jkunu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema fl-agro-industrija wara li Malta tintroduċi t-TARIC fuq il-materja prima mportata f'pajjiżna għal din l-industrija mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju li sar mill-Gvern matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt negattiv li se jkollha sofri l-agro-industrija b'kawża ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23417 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapporti dwar l-impatt tat-telf ta' l-export refunds fuq il-prodotti ta' l-ikel u l-materja prima ta' l-ikel importata f'pajjiżna mill-pajjiżi ta' l-UE għal industrija tat-turiżmu wara li Malta ssir membru?
Kemm swew flus dawn ir-rapporti u minn min ġew ikkummissjonati? Kif se jiġu affetwati r-restoranti, lukandi u snack bars b'dan it-telf ta' sussidju fuq l-ikel importat f'pajjiżna wara li Malta ssir membru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif kelli okkazjoni nghid diversi drabi f’din il-kamra mhijiex il-politika tal-Ministeru li jiddupplika xoghol li jsir minn Ministeri ohra.
Infurmat li studju dwar l-impatt ta’ shubija fl-UE fuq il-prezzijiet ta’ l-oggetti ta’ l-ikel gie kummissjonat mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd.