Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' studenti li jattendu l-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq sistemi ta' żvilupp sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ekoloġija, l-geoloġija u l-hydrology meta applikati fis-settur tal-biedja?
Fuq liema sistemi tħarġu? Min kien responsabbli minn dan it-tgħalim ta' l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ghadu qed jingabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23387 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga f'Malta minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xhur ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?
Mill-liema pajjiżi u xi kwantitajiet ġew importati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Diċembru 2000 u Jannar 2001 l-importazzjoni ta' laħam taċ-ċanga minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-U.E. kienet hekk:
New Zealand 72,419 kilos
Australia 16,836 kilos
U.S.A. 15,638
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23388 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi ta' l-UE matul Diċembru 2000 u f'Jannar 2001?
Mill-liema pajjiżi u f'kemm kwantita'?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 ma kienx hemm importazzjoni ta' 'corned beef' mill-pajjiżi li huma fl-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq ix-xogħlijiet tal-proġett tal-moll taċ-Ċirkewwa? Min qed jikri l-mobile unit li hemm fuq il-proġett u jekk huwa d-dipartiment tal-gvern, kemm jitħallas kuljum għal dan il-unit?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq il-phase 1A tal-proġett taċ-Cirkewwa huwa Polidano Bros Ltd. Il-mobile units kollha li hemm fuq il-lant tax-xogħol huma propjeta` ta` l-istess kuntrattur, jiġifieri Polidano Bros Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam f'pajjiżna mid-ditta li tissemma fl-artiklu li qed nibgħat separatament, matul ix-xahar ta' Jannar li għadda?
X'tip ta' laħam għas-suq fil-fatt kien?
Jista' jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-snin 1999 u 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta' Jannar 2001 ġew impurtati 3034 kilogrammi ta' burgers tal-majjal mill-kumpanija msemmija fl-artiklu mehmuż mal-mistoqsija. L-informazzjoni mitluba għall-ewwel xahar tas-sena 1999 u 2000 għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret dwar laħam importat f'pajjiżna mill-kumpanija msemmija fl-artiklu tal-ġurnal it-Times li tiegħu qed nibgħat kopja separatament?
Fil-fatt hawn laħam ta' din il-kumpanija fil-gżejjer Maltin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-ditta msemmija fl-artiklu tal-ġurnal "The Times" tikkonsisti minn group ta' ditti iżgħar li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u distribuzzjoni tal-laħam, kemm majjal u ċanga, kif ukoll ma' katina ta' ristoranti.
Waħda mid-ditti tal-group tieħu ħsieb mit-trobbija tal-annimal, il-qtugħ, preparazzjoni u ppakkettjar tal-laħam. Laħam ta' did-ditta ilu jiġi mpurtat f'Malta għal numru ta' snin.
Id-Dipartiment dejjem segwa miżuri nternazzjonali kif ukoll nazzjonali eżistenti f'dak il-perjodu partikulari, dwar importazzjoni tal-laħam.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq l-analiżi tal-ħamrija u ta' livelli ta' l-ilma matul l-1999 u s-sena 2000? Min ikkordina t-taħriġ tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja li tħarġu fuq il-produzjoni agrikola organika matul 1999 u 2000?
Fuq liema varjetajiet tħarġu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 23385 ninfurmaħ l-H.G.T hija kelma standard li tintuża għall-laħam taċ-ċanga mkabbar b'sistemi ta' trattament ta' żieda fl-ormoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta timporta laħam minn dawk il-pajjiżi li jkollhom programme ta' kontrolli fuq il-hormones.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul Jannar 2001 ingħata trasferiment ta' uffiċċjal midDipartiment talProġetti u Żvilupp għadDipartiment talCustomer Services filħdan ilMinisteru għal Għawdex. Dan ittrasferiment seħħ sabiex timtela vakanza li kienet teżisti fidDipartiment talCustomer Services.
Barra min dan, saru żewġ trasferimenti ta' uffiċċjali oħra middipartimenti f'Malta għaddipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Għawdex. Wieħed minn dawn luffiċċjali intbagħat fidDipartiment talProġetti u Żvilupp filwaqt li lieħor kien trasferit għadDipartiment talCustomer Services. Sar ukoll trasferiment ta' Prinċipal Anzjan midDipartiment għasServizzi Korporattivi talMinisteru għal Għawdex għadDipartiment talInternal Audit flUffiċċju talPrim Ministru peress li millbidu ta' din issena linternal auditors bdew jagħmlu parti misSegretarjat talKabinett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Jannar ta' din is-sena, ingħataw żewġ transfers fid-dekasteru tiegħi:
i) Skrivan mid-dipartiment tad-Dwana mar il-Pulizija fuq talba tiegħu stess; u
ii) Uffiċċjal mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mar il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi wara li laħaq Assistant Direttur hemmhekk.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul Jannar ta' din is-sena ġiet trasferita persuna waħda. Din ġiet trasferita mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi għad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fl-istess Ministeru għall-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?
Response (BORG, JOE)
Matul Jannar ta' din is-sena ma saru ebda transfers lill-ħaddiema / uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet tat-taxxa u tal-VAT li ġew reġistrati f'Jannar ta' din is-sena?
Kemm fil-fatt huwa previst in-numra ta' oġġezzjonijiet li mistennija jiġu trattati matul din is-sena, kemm tal-VAT u kemm tal-taxxi interni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet tat-taxxa mibgħutin minn kumpaniji matul Jannar li għadda kien 115. L-oġġezzjonijiet mibgħutin minn individwi kienu 781.
In-numru tat-taxpayers li huma mistennija li jkollhom l-oġġezzjonijiet tagħhom kollha maħduma matul is-sena 2001 huwa ta' 6000 individwi u 800 kumpaniji. Dawn ifissru bejn wieħed u ieħor 5 assessements kull persuna. Għalhekk b'kollox huwa mistenni li matul is-sena 2001 joħorġu 34,000 assessements tat-taxxa riveduti.
Matul Jannar ta' din is-sena d-Dipartiment tal-VAT irċieva 29 talba għar-reviżjoni ta' stimi proviżorji tal-VAT u 225 oġġezzjoni dwar deċiżjonijiet oħra tad-Dipartiment marbut mat-taxxa tal-VAT.
In-numru ta' oġġezzjoni pendenti fl-aħħar ta' Jannar 2001 kien 398. Dawn l-oġġezzjonijiet flimkien ma' oħrajn li jistgħu jidħlu mistennija li jiġu proċessati kollha matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar li għadda kienx hemm każi ta' CJD jew ekwivalenti rapportati fl-isptarijiet tal-gżejjer tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma kienx hawn każi ta' CJD jew ekwivakenti rapportati f'Malta.
Jikkonferma l-Ministru li l-UE timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha kwota u dazji kbar fuq l-importazzjoni ta' New Zealand Lamb? Jista' jinforma l-Kamra kemm huma l-kontrolli u dazju li timponi l-UE fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott? X'se tkun il-pożizzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-U.E. timponi kwota u dazji fuq l-importazzjoni ta' "Meat of sheep or goats fresh, chilled or frozen" li magħhom jaqa' l-'lamb'. Mill-banda l-oħra hemm kwoti taħt id-W.T.O. illi taħthom ir-rata ta' dazju tkun żero. Wieħed jista' jgħid li bħala pajjiż fornitur, New Zealand għandha madwar 80% tat-total tal-kwantita' taħt il-kwota li hija allokata lill-pajjiżi fornituri.
Fid-dawl tal-fatt li l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar importat fil-gżejjer tagħna mill-pajjiżi ta' l-EU jintilef wara li Malta ssir membru ta' l-EU u dan b'detriment li jisplodi l-prezz għall-konsumatur lokali inkluż għall-industrija tat-turiżmu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan se jaffettwa l-familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali u kif se jaffettwa l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin fil-lukandi u restoranti kemm-il darba dawn ma jibqgħux kompetitivi dejjem kawża ta' l-isplużjoni ta' prezzijiet fuq firxa ta' prodotti ta' l-ikel oħra li jikkawża t-telf ta' l-export refund wara li l-Malta ssir membru ta' l-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16101 f'Seduta 299.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-ilmenti li tqajmu dwar id-djar ta' l-anzjani fl-Mtarfa fil-ġurnal l-Orizzont f'paġna 10 nhar l-Erbgħa 7 ta' Frar 2001?
Jista' jgħati breakdown tal-ħaddiema/staff li kien hemm matul l-1999, 2000 u din is-sena sabiex imexxi d-dar ta' l-anzjani fl-Mtarfa?
Jista' jinfurmani bis-sitwazzjoni llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23532 għada qed tinġabar u din tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf l-impjant Sant Antnin? X'ikkawza dan il-waqfien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ilu wieqaf madwar tmintax-il ġurnata, peress li r-rising main li jipprovdi d-drenaġġ għar-reċiklaġġ mill-pumping station tal-Marsa, żvilluppa ħsarat. Għad baqa ftit ġranet oħra sakemm l-ilma isir ta' kwalita' aċċettabli għat-tisqija minħabba l-proċess bioloġiku biex dan jissaffa.