Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23753 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Karozza self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni? Jista' jinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Jista' jagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta’ karozzi self-drive li fil-mument għandu mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huma 23. Dawn huma mqassma kif ġej bl-ispiża tal-fuel għas-sena 2000 fejn kull karozza. Ministeru (Segretarjat) Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 diversi Lm569 diversi Lm570.33 Anthony Mifsud - Ass. Private Secretary Lm427 Ministeru (Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti) Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 diversi Lm286.14 Dipartiment tal-Policy and Planning Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 Dr Nicholas Bonanno (Direttur) Lm243.10 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 diversi Lm608.74 Konsulent Lm500.58 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 diversi Lm441.32 diversi Lm92.00 Sezzjoni (Poultry) Din bdiet tinkera mill-25/1/01 Dipartiment ta’ l-Agrikoltura Sewwieq Spiż a totali għ as-sena 2000 George Carbone (Officer in Grade 4) Lm1063.81 Sezzjoni Animal Husbandry Lm237.49 Sezzjoni Animal Husbandry Lm266.58 Sezzjoni Urban & Rural Landscaping Lm460.30 Sezzjoni Urban & Rural Landscaping Lm685.92 Sezzjoni Urban & Rural Landscaping Lm830.37 Sezzjoni Maintenance Lm478.62 Sezzjoni Maintenance Lm443.11 Sezzjoni Maintenance Lm571.06 Sezzjoni Land & Water -G.I.S. Agricultural Survey Lm375.87 Sezzjoni Plant Health (PBC) Lm345.58 Sezzjoni Plant Health (Lab.) Lm93.13 Sezzjoni Potato Export Lm275.33 Il-karozzi li huma allokati fis-sezzjonijiet jintużaw fil-weekends skond il-ħtiġijiet tas-servizz li jistgħu jinqalgħu. Fil-każijiet fejn l-uffiċjali kkonċernati għandhom id-dritt għall-użu tal-karozza anke fil-ħin personali tagħhom, din qed tiġi nkluża bħala fringe benefit.
Leg 9 PQ #23754 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerriji — EU

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-arranġamenti li saru bejn il-Gvern Malti u l-EU dwar min se jħallas l-ispejjeż tal-biċċerriji lokali kif rapportati fil-ġurnal The Times of Malta, il-Ħames 15 ta' Frar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku li jimmarka dak il-paragrafu fejn qiegħed jallega dak li ddikjara f'din il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #23755 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trasport Allowance

Question

Jirriżultalu l-Ministru li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, filwaqt li titħallas transport allowance , għandha karozza self-drive u tieħu l-petrol minn flus tad-dipartiment konċernat? Jekk huwa l-każ, kemm kien il-ħlas tat-transport allowance u kemm kien f'ċifra il-petrol li ntuża abbużivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Le ma jirrizultalix hekk. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant huma konformi ma’ l-informazzjoni li diġa tajt fir-risposta parlamentari numru 11536, skond id-dokument “Engagement of Staff for Private Secretaries”. Il-karozza li jagħti d-dettalji tagħha l-Onorevoli Interpellant hija waħda minn żewġ karozzi li mikrija għall-użu ġenerali tas-segretarjat tiegħi, dejjem skond il-proviżjonijiet tad-dokument imsemmi hawn fuq.
Leg 9 PQ #23801 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Karozzi self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni? Jista' jinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Jista' jagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent jikri l-karozzi self-drive fuq bażi ta' perjodu twil li jkopri wkoll ħlasijiet għall-użu ta' l-istess vetturi matul il-weekend. Jista' jkun awtorizzat li dawn il-vetturi jintużaw barra l-ħinijiet tax-xogħol. In-numru ta' karozzi mikrija jammonta għal 63. Matul is-sena 2000 in-nefqa fuq il-fuel għal dawn il-karozzi kienet ta' Lm49107.
Leg 9 PQ #23802 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Karozzi self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni? Jista' jinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Jista' jagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra
Leg 9 PQ #23803 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karozzi self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, tista' l-Ministru tinfurmani bil-pożizzjoni? Tista' tinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Tista' tagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dawn il­karozzi jintużaw biss skond l­esiġenzi tas­servizz. Tajjeb li jingħad li d­Direttur tal­Proġetti u Żvilupp kien ħareġ ċirkulari fejn ta struzzjonijiet biex barra l­ħin tax­xogħol il­karozzi mikrija jinżammu magħluqin f'postijiet tal­Gvern indikati minnu u jinħarġu biss fuq xogħol. Id­Direttur tal­Customer Services għandu joħroġ ċirkulari simili. Jiena nfurmata li d­dipartimenti tal­Ministeru għal Għawdex krew b'kollox 12­il karozza self­drive matul is­sena 2000. In­nefqa għall­fuel ta' dawn il­karozzi kienet ta' Lm4940.94,3.
Leg 9 PQ #23706 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Fosos tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23428 dwar l-estensjoni ta' fossa ġdida ta' drenaġġ għar-raħal tal-Bidnija, jista' l-Ministru jara li jinħarġu t-tenders relattivi li jitlestew ix-xogħlijiet u li preferibilment ix-xogħlijiet jitlestew kollha matul din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tenders imsemmija għandhom jinħarġu fil-futur qarib sabiex eventwalment dawn ix-xogħlijiet isiru aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #23707 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari nru. 23583 peress li l-impjant ta' Sant Antnin ilu wieqaf għall-aktar minn 20 ġurnata b'detriment għall-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar u Żejtun li qed ibatu l-konsegwenzi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m'għandi xejn xi nżid mar-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23583 fis-seduta tas-16 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #23708 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' Lamb

Question

Jista' l-Minstru jinfurmani kemm huma l-kwoti u dazji li l-UE timponi fuq Malta wara sħubija kif ikkonfermat fil-mistoqsija parlamentari nru. 23514?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23514 hemm dazji fuq il-'lamb' u hemm ukoll kwoti li japplikaw għall-pajjiżi fornituri speċifiċi li taħthom id-dazji jkunu sospiżi. Fil-preżent ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 2808/00 jagħmel dan għas-sena 2001. Għalhekk wieħed ma jistax joqgħod jispekula xi tkun eżatt is-sitwazzjoni tad-dazji u kwoti meta Malta tissieħeb fl-U.E.
Leg 9 PQ #23709 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazju ta' l-Importazzjoni

Question

B'riferenza għaż-żieda ta' 600% fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-corned beef ġej mill-pajjiż non-EU, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan il-prodott importat mill-pajjiżi li ma jkunx suġġett tal-marda tal-BSE, ikun eżentat minn din ż-żieda ta' 600% fuq id-dazju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m'hemmx ħsieb li jsir xi tibdil fir-rata tad-dazju.

Radio Frequency Electromagnetic Field

Question

Peress li r-radio frequency electromagnetic field li ġie stallat fil-Baħrija huwa kbir għaliex x'aktarx irid jitrasmetti għal Għawdex, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kapaċita ta' radioattivita li jilħaq u livelli tagħha? Jista' jinfurmani jekk din il-kapaċita radioattiva li jilħaq dan ir-radio frequency electromagnetic field taffettwax saħħet il-bniedem? Jekk le, jista' jispjega għaliex? Jekk iva, jista' jieħu l-passi neċessarji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uniċi stallazzjonijiet riċenti fil-Baħrija huma ta' żewġ transmitters tat-telefonija ċellulari. Wieħed huwa repeater b'saħħa ta' 2 Watts u l-ieħor huwa base station b'saħħa ta' 20 Watts. Jiena ġejt infurmat li dan ta' l-aħħar ġie nstallat fuq talba tar-residenti. L'ebda wieħed minn dawn ma huwa ntenzjonat li jkopri Għawdex. Id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili kien kejjel il-livelli ta' electromagnetic field strength f'diversi postijiet fir-raħal, kemm ġo djar kif ukoll barra, u rriżulta li fl-ebda każ il-kejl ma eċċeda il-5% mill-limiti stipulati fir-Report on Recommendations for Limiting Exposure to Time-Varying Electric, Magnetic and Electromagnetic Fields in the Frequency Range from 0Hz to 300GHz li kien ippreparat minn Kumitat Inter Dipartimentali u li hu bbażat fuq il-linji ta' gwida ta' l-ICNIRP (International Commission for Non-Ionizing Radiation Protection).
Leg 9 PQ #23711 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Radio Frequency Electromagnetic Field

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'effett fuq il-bniedem jista' jkollhom il-livell ta' radioattivita li jilħaq ir-radio frequency electromagnetic field li ġie installat fi Triq Thomas Xerri l-Baħrija? Jista' jinfurmani x'inhija l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar l-impatt ta' radioattivita fuq ir-residenti li jista' jkollu dan l-apparat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23711, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal 'mobile phone antenna' installata fit-Triq Thomas Xerri l-Baħrija, jien infurmat li din l-antenna hija liċenzjata mid-dipartiment tal-Wireless & Telegraphy. Biex tiġi żgurata s-Saħħa Pubblika, kien ġie rakkomandat li 'Antennae' simili għandhom joperaw skond ir-rakkomandazzjonijiet indikati fil-kodiċi tal-prattika li huma bbażati fuq studji xjentifiċi. Għaldaqstant dwar livelli ta` 'radio frequency fields', tali parti tal-mistoqsija tista` tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli mid-dipartiment tal-Wireless & Telegraphy.
Leg 9 PQ #23656 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Corned Beef

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23389 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Diċembru 2000 u Jannar 2001 ġew impurtati 83,217 kilos ta' 'corned beef' minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-U.E.

Nikola Saura — Parking

Question

Fid-dawl tal-parking li tneħħa minn quddiem id-dar ta' l-anzjani Nikola Saura, ir-Rabat, u l-wegħda li għamel li jsib parking flok dak li tneħħa, jista' jinfurmani bil-proġress li sar? Jista' jara li tiġi rimedjata l-kwistjoni mill-aktar fis possibli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi għar-risposta tad-Domanda Parlamentari Nru. 22305 u l-fatt li dik il-parti tat-triq li tmiss mad-dar ta' l-anzjani hija dejqa ħafna u li mhux possibli li jsir reserved parking fiha tant li l-Pulizija ddeċidiet li din il-parti hekk sensittiva tiġi ddikjarata bħala Tow Zone. L-uniku post fejn jista' jsir reserved parking għall-użu tad-Dar ta' l-Anzjani Nikola Saura huwa fejn Triq Nikola Saura tiltaqa' ma' Triq San Frangisk. Peress li hemm distanza ta' xi mija u ħamsin metru, il-Bord qed jikkonsulta mal-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jara jekk dan il-post hux aċċettabli għad-Dar ta' l-Anzjani.
Leg 9 PQ #23692 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marda tal-BSE

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' regolamenti ġodda li l-UE se tintroduċi għall-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiema tal-biċċeriji tal-pajjiżi membri, kawża tal-marda tal-BSE? Jista' jara li dawn ir-regolamenti jiġu onorati wkoll f'pajjiżna għall-ġid tal-ħaddiema lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward is-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija jiġi segwit protokol ta' protezzjoni skond ir-riskji li jista' jkun hemm. Għar-rigward il-marda tal-BSE għandha ssir laqgħa fi Brussels rigward l-azzjonijiet kollha li qegħdin jittieħdu. Din il-laqgħa sejra ssir fit-23 ta' Frar u Malta se tiġi rappreżentata.
Leg 9 PQ #23693 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Malta tkunx suġġetta għat-taxxa tal-VAT fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru? Jikkonferma li Malta fil-preżent hija eżentata milli tħallas il-VAT fuq l-istess importazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li preżentament Malta ma għandha ebda eżenzjoni fuq il-ħlas ta' VAT. Il-pożizjoni tal-Gvern hi kif spjegata fid-diskors tal-Budget għal din is-sena.
Leg 9 PQ #23694 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — BSE

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern Malti għamilx talba lill-UE għall-kumpens, fid-dawl tal-problemi li ġabet f'pajjiżna l-kwistjoni fuq il-marda tal-BSE fuq ir-raħħala, importaturi u bejjiegħa tal-laħam tal-gżejjer tagħna?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern Malti ma jistax jagħmel talba lill-Unjoni Ewropea ta' din ix-xorta peress li Malta mhiex membru fl-Unjoni Ewropea u l-marda ma laqtietx l-annimali f'Malta.

Imtarfa — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23532 dwar dar ta' l-anzjani ta' l-Mtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-anzjani fl-Imtarfa Home huma kkurati u jiġu maħsula regolarment skond il-ħtieġa ndividwali ta' dak li jkun, u dan jiddependi mill-livell ta' dipendenza tal-pazjent. Ninsab infurmat li l-iskip li suppost hu għall-użu tar-residenti tal-Home, qiegħed jintuża wkoll minn nies oħra u f'dan ir-rigward qiegħdin isiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa. Ninsab infurmat ukoll li l-amministrazzjoni tal-Home ma tagħti ebda ġurnal lir-residenti, la lokali u lanqas barrani. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi breakdown ta' l-impjegati ta' l-Imtarfa Home għas-snin 1999 u 2000 u l-lum.
Leg 9 PQ #23650 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

H.G.T

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 23384, ninformah li H.G.T. tfisser laħam taċ-ċanga mkabbar bi trattament tal-ormoni u hija kelma standard fid-dinja li tintuża għal dan it-tip ta' laħam?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju jikkontrolla laħam producut Malta waqt li l-importazzjoni ssir minn pajjiżi fejn ikollhom programme ta' kontrolli fuq il-hormones.
Leg 9 PQ #23651 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti tal-kulleġġ tal-biedja li matul l-1999 u 2000 tħarġu fuq programmi ta' żvilupp sostenibli rurali? Min kien responsabbli minn dan il-programm mill-kulleġġ? X'kien jinvolvi dan il-program bħala tagħlim rigward l-iżviluppi rurali fil-gżejjer tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ghadu qed jingabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.