Billi l-persuna li isimha qed jintbgħat separatament qed titlob biex tmur lura fl-impjieg li kellha fl-aħħar ta' Diċembru li għadda mad-Dipartiment tas-Saħħa cioe mar-Rodent Section, jista' l-Ministru jara li jsiru l-arrangmenti meħtieġa medjatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-transfer li ġiet effetwata lill-persuna ndikata saret minħabba esiġenzi tad-Dipartiment u m'hemm l-ebda ħsieb, f'dan il-mument li tinbidel.
Jista' l-Prim Ministru jinfurmana kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata mal-Gvern mill-unions tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti breakdown tal-unions li reġistraw dawn it-tilwimiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Mnistru jgħid kemm-il każ tressaq quddiem il-PSC matul is-sena li għaddiet? Kemm huwa n-numru ta' każi pendenti li nqatgħu matul l-istess sena u kemm huwa n-numru ta' każi pendenti quddiem il-PSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif diġa weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 23009, fl-1 ta’ Frar, 2000 daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk il-każijiet li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi.
Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi ninsab infurmat illi s-sena l-oħra kien hemm każ wieħed ta’ dixxiplina li ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Dwar il-każijiet li nbdew taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi reġistrati ġodda fil-gżejjer Maltin separatament matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jwieġeb bl-istess informazzjoni għall-istess xahar għas-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xahar ta' Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2001 kien ta' Lm602,472 u Lm549,754, filwaqt li d-dħul f'Jannar u Frar 2000 kien ta' Lm102,181 u Lm603,465 rispettivament.
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT mill-kafeteriji, ristoranti, eċċ matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena 1999 u 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-VAT taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud minn kafeteriji (bars) u ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar ta’ din is-sena u fl-istess xhur tas-sena 2000 kien kif jidher hawn taħt.
Dħul mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud
Sena
Xahar
Ristoranti u Stabbilimenti ta' l-ikel (Lm)
Kafeteriji (Bars) (Lm)
Total (Lm)
2001
Jannar
Frar
844,709
72,253
136,401
4,470
981,110
76,723
2000
Jannar
Frar
893,155
80,324
141,041
4,148
1,034,196
84,472
Matul Jannar u Frar tas-sena 1999 ma kien hemm ebda dħul mill-VAT minn dawn l-istabbilimenti peress li l-ewwel denunzji tat-taxxa taħt l-istess Att kienu jagħlqu fil-15 ta’ Marzu 1999.
Peress li żewġ lampi li jixgħelu is-swar ta' quddiem il-pixkerija ilhom żmien maqtugħa, inkluż il-lampi ta' l-inħawi ta' ħdejn Dar il-Mediterranjn fejn kien sar delitt, u l-area tinsab fi dlam ċappa, jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur u l-kwantitajiet ta' ħxejjex u frott li daħlu fil-pitkalija ta' Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal ħames snin li għaddew, sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella segwenti:
2000
Malta Gozo
Prodott
Kgs. Lm
Avr.( c )
Kgs. Lm
Avr. ( c)
Frott
2,309,145 681,150
29.5
25,913 7,983
30.8
Ħaxix
31,580,937 4,569,752
13.5
32,302 52,987
16.54
1999
Malta Gozo
Prodott
Kgs. Lm
Avr.( c )
Kgs. Lm
Avr. ( c)
Frott
2,574,327 722,852
27.3
56,132 12,520
22.3
Ħaxix
31,374,203 4,750,865
15.4
179,998 33,109
18.3
1998 Malta Gozo
Prodott
Kgs. Lm
Avr.( c )
Kgs. Lm
Avr. ( c)
Frott
2,698,142 727,117
26.9
64,131 10,944
17.0
Ħaxix
31,360,744 4,817.622
15.3
203,814 38,783
19.0
1997 Malta Gozo
Prodott
Kgs. Lm
Avr.( c )
Kgs. Lm
Avr. ( c)
Frott
2,613,081 699,316
26.7
88,153 15,978
18.1
Ħaxix
30,616,656 4,477,230
14.6
264,459 48,934
18.5
1996 Malta Gozo
Prodott
Kgs. Lm
Avr.( c )
Kgs. Lm
Avr. ( c)
Frott
2,523,848 755,673
29.9
82,218 14,223
17.3
Ħaxix
28,741,456 4,462,658
15.5
362,331 67,755
18.7
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-varjetajiet ġodda ta' ħxejjex u frott li daħlu fil-pitkalija ta' Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19234, u ninfurmah illi s-sitwazzjoni hija l-istess għall-aħħar 5 snin.
Peress li fi Triq l-Għakkies, Naxxar, hemm partijiet li mhux asfaltati, partikolarment quddiem residenzi 18 u 20, jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel spezzjoni fil-lokalita` u rriżulta li d-djar Nru 18 u 20 huma fit-tarf tat-triq. Jidher li din it-triq kienet kollha asfaltata iżda minħabba li sar xogħol ta` kostruzzzjoni kbir aktar l-isfel minn dawn id-djar, din il-parti tat-triq sofriet brix fil-wiċċ tagħha.
Din it-triq tista tiġi resurfaced mal-parti tat-triq li trid tinbena biex tasal sa ż-żona tal-iżvilupp il-ġdid.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown tan-numru tal-każi separtament, eżempju SKA, children allowane, etċ. li matul Jannar ta' din is-sena intalbu jagħtu lura pagamenti ta' benefiċċji soċjali lid-dipartiment, peress li skond it-tagħrif li għandu d-dipartiment irriżulta li ħadu pagamenti żejda? Kemm minn dawk il-persuni oġġezzjonaw u kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet li għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul Jannar bdew jinħadmu l-każijiet ta' l-Allowance tat-Tfal u dawk ta' l-Allowance Supplimentari li kienu hekk:
Allowance tat-Tfal 193 każ
Allowance Supplimentari 100 każ
Jidher li ħafna minnhom qiegħdin imorru jħallsu għalkemm ma nżammitx statistika ta' dawk li oġġezzjonaw. Min ma jaqbilx ma' l-ammont mitlub għandu kull dritt jiċċara s-sitwazzjoni tiegħu jew ma' l-Uffiċċjal Distrettwali tal-lokal tiegħu jew fl-Uffiċċju Prinċipali ġewwa l-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il jum kien magħluq il-canteen ta' Monte Carmeli matul ix-xahar ta' Jannar? X'passi qed jittieħdu biex isiru arranġamenti aħjar sabiex ikun evitat li l-pazjenti jkollhom joħorġu jixtru minn barra l-bini ta' l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul ix-xahar ta` Jannar il-Canteen ta` l-Isptar Monte Carmeli kien magħluq tnax-il darba. Għal issa mhux possibli li jsiru arranġamenti oħra biex dan il-Canteen jibqa` miftuħ meta jkun hawn xi mpjegat nieqes. Qabel dan il-Canteen kien jinżamm miftuħ billi jsir xogħol b'overtime. Dan ma għadux possibli li jsir billi hemm il-htieġa li jsir kontroll fl-ispiża ta` overtime.
Jista' l-Minisitru jinfurmana bil-progress li sar fl-ewwel laqgħa li organizza l-Ministru tas-saħħa sabiex tiġi evalwata u rimedjata l-problema ta' l-estenzjoni taċ-ċimiterju fir-Rabat ta' Malta?
Jista' jinfurmana bil-proposti li l-awtoritajiet konċernati ressqu sabiex tinstab soluzzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf, peress li ċ-ċimiterju tar-Rabat huwa limitat minħabba l-bini ta' madwaru, kienet studjata l-possibilita' ta' ċimiterju f'post alternattiv. Talba għall-kostruzzjoni ta' Ċimiterju fil-Ħemsija limiti tar-Rabat, kienet intbgħatet lill-Awtorita ta' l-ippjanar. Tali rikjesta ma kienitx ġiet aċċettata w għalhekk tlabna lill-istess Awtorita kif ukoll lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jissuġġerixxu post alternattiv. Infurmajna b'dan ukoll, lil Kunsil Lokali tar-Rabat u tlabna l-għajnuna tagħhom biex jiġi ndikat post adekwat għall-kostruzzjoni ta' ċimiterju fil-lokali.
Għaldaqstant, jekk l-Onorevoli Interpellant qed jiffeferi għal laqgħa li saret dan l-aħħar fil-preżenza tas-Sindku tar-Rabat, id-dipartiment qiegħed jistenna risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt sewa lill-Ministeru r-rapport Veterinary Services and Rendering Plants as per contract of 20th July 2000? Minn liema kumpanija sar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għall-liema rapport qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kwalifiki għandu l-persuna li ntbgħatet titħarreġ fuq it-testijiet tal-BSE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tekniku li ntbagħat l-Irlanda biex jiġi ttrenjat fuq it-testijiet tal-BSE, għandu diploma fi studju ta' l-Agrikoltura, għaxar snin in house training fil-laboratorju tas-Servizzi Veterinarji, u taħriġ ieħor taħt l-International Atomic Energy Agency.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' casual cleaners li daħlu fl-1992?
Fejn qed jaħdmu llum u kemm huwa n-numru tagħhom?
Meta se jsiru tal-post dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-ħaddiema li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant jinsabu fid-Dipartiment
tal-Kura ta' l-Anzjani, nitolbu jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' overdose u alcohol eċċessiv rappurtati fl-isptar ta' San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Novembru 2000 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 197 każ ta' "overdose" u 59 każ ta' xorb eċċessiv. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt:
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)
Sena
Kategorija
Numru
Jan-Nov 2000
A
28
B
0
C
169
Total
197
It-tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji.
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkohol jew intossikazzjoni kkawżata mill-alkohol (ICD-10 code F10.0-F10.9).
Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkohol (ICD-10 code K70).
Sena
Kategorija
Numru
Jan - Nov 2000
A
51
B
8
Total
59
Jista' l-Ministru jinformani f'liema snin ġew approvati liċenzji għall-importazzjoni ta' majjal matul dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' jinfurmani f'liema żmien ġew maħruġa permessi biex jiġi importat majjal fil-ġżejjer tagħna?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħataw dawn il-liċenzji għall-importazjoni tal-majjal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġu permessi għall-importazzjoni tal-majjal fl-1995, 1996, 1997, 1999, 2000 u 2001. Dan sar minħabba fil-bżonn li tinqeda d-domanda tas-suq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji tal-ħxejjex u frott li l-bdiewa daħħlu fil-pitkalija ta' Għawdex u Malta matul is-sena li għaddiet? Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-ħames snin li għaddew, sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba tinsab fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24049.