Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24365 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Il-Marda ta' l-Ilsien u d-Dwiefer

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji ta' gwida lill-koperattivi tar-raħħala dwar prekawzjonijiet li jeħtieġu li jieħdu fuq l-irziezet tagħhom sabiex jsiru kontroll aktar street għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari, li kienet diġa tqassmet qabel ma' l-Onor. Interpellant għamel id-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #24366 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Il-Marda ta' l-Ilsien u D-Dwiefer

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji gwida lir-raħħala li għandhom il-merħliet tal-mgħoż u n-ngħaġ sabiex jassiguraw li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida għar-raħħala għal dan il-pjan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365.
Leg 9 PQ #24367 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Il-Marda ta' l-Ilsien u d-Dwiefer

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu u jingħataw linji gwida lill-kooperattiva u l-produtturi tal-majjal sabiex jassiguraw li jieħdu l-passi u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida li se jinħarġu biex tkun assigurata din il-prevenzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365.
Leg 9 PQ #24413 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Denunzja — Multa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT 1349-8420 li qatt ma biegħ prodotti agrikoli lil pitkali jew ko-operattivi u qatt ma talab refund, ġiet immultata is-somma ta' Lm 222 għax bagħt id-denunzja tard minħabba f'mard minkejja li oġġezzjona kemm-il darba, s'issa din is-somma baqgħet l-istess? Jista' jara li jiġi rimedjat dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li irrefera għalih qed jiġi trattat u l-persuna ikkonċernata ser tirċievi risposta fi żmien qasir. Ta’ min jinnota, iżda, li kontra dak li ntqal fil-mistoqsija parlamentari, matul il-perjodu Jannar 1995 sa’ Ġunju 1997, il-persuna ikkonċernata kienet iddikjarat ammont ta’ bejgħ u fil-fatt kienet talbet ammont ta’ refund ta’ VAT lura. Ta’ min jinnota wkoll li l-persuna ikkonċernata kienet bagħtet id-denunzja tat-taxxa tard bi ħdax-il xahar u għaldaqstant weħlet multa ta’ Lm222. Dwar dan għamlet żewġ oġġezzjonijiet: l-ewwel oġġezzjoni għamlitha fit-13 ta’ Settembru 1999, fejn il-persuna ikkonċernata sostniet li d-Dipartiment ma kienx avżaha li għandha tibgħat id-denunzja tat-taxxa. Din l-oġġezzjoni ma ġietx milqugħa mid-Dipartiment. It-tieni oġġezzjoni għamlitha fit-3 ta’ Diċembru 2000, fejn il-persuna ikkonċernata iddikjarat li ma kienetx bgħatet id-denunzja minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Fil-fatt il-persuna kkonċernata issottomettiet ċertifikat mediku fis-27 ta’ Frar 2001 inqas minn ħmistax-il ġurnata ilu.
Leg 9 PQ #24414 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Il-Marda ta' l-Ilsien u Dwiefer

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri ta' prevenzjoni u kontroll ittieħdu kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-gzira ta' Għawdex? Kemm-il laqgħa saret għall-produtturi tal-majjal, ħalib frisk eċċ sabiex ikun nfurmati dwar dawn il-miżuri u meta saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-misuri rrikmandati lil produtturi/raħħala Maltin ġew ukoll rrikmandati lil dawk Għawdxin. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant suppost li jaf li mhuwiex il-mument li jitlaqqaw il-produtturi/raħħala flimkien minħabba l-miżuri kontra l-marda tal-FMD. Pero' nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365 fejn poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkulari li ntbagħtet lill-produtturi u r-raħħala.
Leg 9 PQ #24415 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-WSC dwar il-programm ta' manutenzjoni u użu aħjar tar-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma? Jista' fil-fatt jinfurmani x'inhija l-posizzjoni tal-ġibjuni ta' l-Imtarfa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tara kif tista' tgħaddi l-użu ta' dawn il-ġibjuni tax-xita f'idejn il-Kunsilli Lokali. Fejn japplika, il-Korporazzjoni ser iżżomm id-drittijiet tagħha bħala s-sid ta' dawn l-assi, sabiex ma tippreġudikax l-użu ta' dawn il-ġibjuni 'l quddiem. Dan japplika għall-ġibjuni ta' l-ilma tax-xita li waqgħu taħt il-Korporazzjoni in forza tal-Liġi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' l-1992.
Leg 9 PQ #24283 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tagħmel l-arranġamenti u l-manutenzjoni li hemm bżonn f'15, Sqaq il-Ġdid fi Triq San Anton, il-Mosta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jirriżulta li l-indirizz mogħti mill-Onorevoli Interpellant jikkonsisti f'kumpless ta' erbgħa u għoxrin garaxx. Il-kanna ta' l-ilma li twassal is-servizz f'dan il-kumpless għandha bżonn tinbidel peress li tinsab fi stat ta' deterjorazzjoni. Madanakollu din il-kanna ma setgħetx tinbidel għaliex is-sidien ta' dawn il-garaxxijiet irrifjutaw li jinstallaw l-earth electrode sabiex ikunu konformi mas-sistema ta' l-earthing konnessa mal-provvista tad-dawl. L-earth electrode trid tkun installata minħabba li s-servizz ta' l-ilma jinbidel b'pajp tal-polyethelene (plastic) minflok tal-ħadid. Meta l-istess sidien ġew avviċinati biex jinbidel dan is-servizz, huma wieġbu li kienu kuntenti bis-servizz li għandhom u ma xtaqux jinstallaw l-earth electrode. F'każ li l-konsumaturi jibdlu l-ħsieb tagħhom, il-Korporazzjoni tibdel is-servizz fl-aqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #24310 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjant ta' San Antnin

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jingħata kumpens lill-bdiewa li jieħdu l-ilma għat-tisqija tar-raba' mill-impjant ta' San Antnin, peress li dawn tħallew ġimgħat twal bla ilma u ma setgħux isaqqu l-uċuħ tagħhom? Kemm-il tomna raba' fil-fatt tissaqqa minn dan l-impjant?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ma jirriżultax li jkun ġustifikat li jingħata kumpens f'dan il-każ. 2,500 tomna raba tissaqqa bl-ilma msaffi mill-impjant ta' Sant Antnin.
Leg 9 PQ #24322 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Veterinary Services — Rapport

Question

B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 23902, qed nirriferi għar-rapport imsemmi jew rapporti oħra simili?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jkun iktar speċifiku.
Leg 9 PQ #24323 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 23935 u jgħid meta nħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal peress li fit-tweġiba huwa refera biss għall-permess li jingħata propju minħabba li jkunu nħarġu dawn il-liċenzji għall-importazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzji jinħarġu mid-Dipartiment tat-Trade fuq rakomandazzjoni ta' numru ta' dipartimenti. Hija ħaġa ovvja illi jekk iddaħħal majjal f'Malta, daħal taħt licenzja ta' importazzjoni li nħarġet fis-snin imsemmija, jiġifieri 1995, 1996, 1997, 1999, 2000 u 2001.

Casual Cleaners

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 23906 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet referuta lilu u cioe :jista' jgħid kemm kien in-numru ta' casual cleaners li daħlu fl-1992? Fejn qed jaħdmu llum u kemm huwa n-numru tagħhom? Meta se jsiru tal-post dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-1992 daħlu 50 casual cleaners. In-numru preżenti ta' casual cleaners huwa 23. Minn dawn: 16 jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz 5 jaħdmu fid-Djar tal-Anzjani 1 taħdem fid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani 1 qiegħda on loan mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dan il-Ministeru qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni tal-casual cleaners u kategoriji oħra ta' casuals bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-M.P.O. meta jkun il-waqt.

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li d-dipartiment tal-housing u ta' l-anzjani jikkumpensaw għax-xogħlijiet li jeħtieġu jsiru fid-dar tal-kopja anzjana, li dwarha qed nibgħat it-tagħrif separatament? Peress li l-kopja anzjana ma' tiflaħx għall-ispiża tal-ħsarat kbar li kienu kawżati minn nirien li nħolqu b'inċident u qerdu l-għamara, inkluż is-sistemi tad-dawl, ilma, madum eċċ, jista' japprova din l-għajnuna fiċ-ċirkostanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant mhux proprjeta' tal-Gvern. Madankollu rrid ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar għandha skemi għal sussidju fuq xogħolijiet ta' irranġar u titjib għal sidien jew inkwilini fi djar ta' abitazzjoni privati. L-għajnuna li tingħata tista' tikkonsisti f'għotja ta' flus u self sussidjat għax-xogħolijiet approvati mill-Awtorita'. Il-persuni ndikati jistgħu jingħataw il-parir li jikkuntattjaw l-Awtorita' tad-Djar għal aktar informazzjoni dwar il-possibilita' li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna.
Leg 9 PQ #24258 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EUROGEP Protocoll

Question

Fid-dawl tar-regoli tal-EUROGEP Protocoll 2000, jista' l-Ministru jinfurmana bil-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw il-patata għas-suq Olandiż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-EUREPGAP Protocoll 2000. Jekk inhu hekk din hija proposta tal-membri tal-għaqda tan-negozjanti tal-ħxejjex u frott EUREP sabiex bdiewa jiġu approvati li qed jużaw l-Integrated Pest Management u l-Integrated Crop Management, ħalli jkunu jistgħu jikkompetu aktar mal-prodotti tal-bdiewa li huma approvati bħala organic. Il-bdiewa li jkabbru l-patata f'Malta tista' tgħid li diġa jadottaw sistemi tal- Integrated Pest Management u tal- Integrated Crop Management għaldaqstant dan il-Protocol ma jaffetwax il-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw il-patata għas-suq Olandiż.
Leg 9 PQ #24262 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Maria Day School

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana minn liema lokalitajiet ta' Malta ġejjin l-istudenti li jattendu d-day school Santa Maria ta' l-Imsida? Jista' jinfurmana għaliex ma saret ebda konsultazzjoni mal-ġenituri dwar it-trasferiment tat-tfal tagħhom? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' studenti li se jmorru fl-iskola tal-Wardija u minn liema lokalita' se jkunu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lokalitajiet li ġejjin minnhom l-istudenti ta' l-Iskola Santa Marija l-Imsida huma dawn: B'Kara, Bormla, B'Bugia, Fgura, Ħamrun, Kalkara, Kirkop, Isla, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Mrieħel, Msida, Pieta`, Siġġiewi, San Ġiljan, Ta' Giorni, Vittoriosa, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Rigward it-tagħrif dwar konsultazzjoni u trasferimenti, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23689.
Leg 9 PQ #24271 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Suq tal-Belt — Taraġ wieqaf sentejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li t-taraġ tas-Suq tal-Belt ilu wieqaf għall-dawn l-aħħar sentejn? Għaliex matul dan il-perjodu ma' ġiex irranġat? Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-ħsara mmedjatament?

Response (BORG, TONIO)

Ħsarat fi proprjeta` tal-Gvern li mhix użata għal skopijiet residenzjali tissewwa mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru ta` l-Ambjent. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għaddiet il-flus neċessarji (Lm11,200) lil dan id-dipartiment biex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #24277 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Suq tal-Belt — Toilet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-unika toilet li hemm fis-suq tal-belt tħalla daqstant zdingat tant li lanqas jeżisti bieb? Jista' d-dipartiment konċernat jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24271 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #24279 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

R.S Corps — VAT Department

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tar-R.S.Corps li ntbagħtu jaħdmu bħala VAT inspectors mad-Dipartiment tal-VAT, ma ngħatawx l-allowance ta' Lm 60 fix-xahar bħal inspectors oħra? Jista' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex ma tkomplix isseħħ din l-inġustizzja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-membri tar-Revenue Security Corps għandhom kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn dawk ta’ membri fis-servizz pubbliku, fosthom li huma eliġibbli għall-pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz. Ninsab infurmat li l-membri ta’ RSC, li ntgħażlu li jaħdmu ta’ VAT “inspectors” u aċċettaw fuq bażi volontorja, jagħmlu parti u mhux il-firxa tax-xogħol kollu li jagħmlu VAT “inspectors” li huma membri tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #24280 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani għal-liema xogħol professjonali tal-ħaddiema tar-Revenue Security Corps kien qed jirreferi għalih qabel l-elezzjoni ta' l-1998? Jista' jinfurmani kemm mill-ħaddiema tar-R.S.C. ingħataw dan l-impjieg professjonali matul l-1999 u 2000?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Id-dmirijiet li qed jagħmlu l-membri tar-Revenue Security Corps, bħal dmirijiet mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, dmirijiet ta’ “Cash Escorts” mad-Dipartimenti tal-Gvern u sigurta’ mal-banek, huwa xogħol professjonali tal-ħaddiema tar-Revenue Security Corps.

Mosta — San Silvestru

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ kif jista' jkun hemm aċċess aħjar għall-residenti tal-parti ta' fuq fi Triq San Silvestru, l-Mosta, peress li dawn meta jiġu biex jaqsmu t-triq fi Vjal l-Indipenza bieximorru fil-parti ta' l-blat l-għolja qed ikollhom diffikultajiet, inkluż perikolu għat-tfal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

Mosta — Triq Ġilormu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jitħarreġ kif jista' jkun li tiġi rimedjata l-probelma tar-residenti ta' Triq Ġilormu Cassar, l-Mosta peress li saru xi sinjali tat-traffiku fuq ix-xellug tat-triq li huwa ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.