B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24185, jista' l-Ministru jgħid minn kien l-uffiċjal jew ta' lanqas jinfurmani jekk l-ilment li tressaq lili mis-sajjieda jirriżultax lill-Ministru wkoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24185 fejn diġa spjegajt kif taħdem is-sistema fuq kull miżura li tittieħed għall-konservazjoni tat-tonn. Dawn il-miżuri dejjem ikunu adottati mill-GFCM u mwettqa mill-membri kollha inkluża Malta. L-osservazzjoni ta' dawn il-miżuri jridu jsiru fl-ispirtu tad-doveri internazjonali, sabiex jitħarsu l-istocks tat-tonn u tkun garantita is-sostenibilita ta' dan is-sajd.
Jista' l-Ministru jinfurmani fjen waslet it-talba tad-deletanti Mostin sabiex jiżviluppaw range tal-plattini għalihom? Liema siti qed jiġu proposti fil-fatt u x'progress sar dwarhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret xi talba lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar mid-'dilettanti Mostin', jew minn xi għaqda oħra mill-Mosta, sabiex jiżviluppaw range tal-plattini għalihom. L-anqas ma saru rappreżentazzjonijiet għal ranges tal-plattini fit-tħejjija tal-Pjan Lokali fir-rigward tal-Mosta. Fil-fatt m`hemm l-ebda proposta li saret lill-Awtorita` jew mill-Awtorita` għal range tal-plattini f`din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jara li f'Orthopaedic 2, fl-Isptar San Luqa, jkun hemm biżżejjed silġ skond il-bżonn tal-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fl-Orthopaedic Ward II għandna "Ice Making Machine" li tagħmel is-silġ kontinwament. Qatt ma kien hawn nuqqas ta` silġ ħlief għal meta kienet bil-ħsara jew id-domanda tkun eċċessiva, f'liema każi dejjem provdejna s-silġ minn swali oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 1999 u 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` persuni li attendew iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat kien hekk:
Jannar 2001: 5016
Frar 2001: 4407
Jannar 2000: 6092
Frar 2000: 5851
Jannar 1999: 5416
Frar 1999: 5008
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġi ma' pajjiżi Mediterranji? Liema huma dawn il-kunsilli? Kemm ilhom jeżistu dawn il-ġemellaġġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġ ma pajjiżi membri ta' l-UE?
Liema huma dawk il-kunsilli u kemm ilhom jeżistu dawn ir-rabtiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24460.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur fi flus tax-xogħlijiet / proġetti li qed isiru fil-mument mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Ambjent fuq talba tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur fi flus tax-xogħlijiet / proġetti li qed isiru fil-mument mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Ambjent fuq talba tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur fi flus tax-xogħlijiet / proġetti li qed isiru fil-mument mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Ambjent fuq talba tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 22265 u jpoġġi xi kopji ta' rivisti relattivi mal-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proċess sabiex titlesta l-pubblikazzjoni fuq l-enerġija hu fi stat avvanzat u dalwaqt ikun imressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħati b/down (kunsill kunsill) tal-kontijiet pendenti li għandhom il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li ma applikax l-użu tal-vaċċina bħala miżura ta' prevenzjoni?
Jista' jgħid meta saru laqgħat mat-tobba, veterinarji u l-kooperattivi tar-raħħala u/jew rappreżentanti tagħhom sabiex tiġi diskussa din il-posizzjoni ta' miżura ta' protezjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer fil-ġżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif diġa ġie spjegat fi Press Release No. 376, il-vaccin kontra l-Foot and Mouth jintuża biss jekk epidemioloġikament ikun hemm raġuni.
Ninsab infurmat illi mbarra laqgħa ġenerali li saret għal kull min hu kkonċernat fis-19 ta' Marzu 2001, saru ħafna laqgħat oħra u kuntatti regolari ma gruppi jew individwi.
Jista' l-Minstru jinfurmani kemm u meta saru laqgħat bejn il-ko-operattivi u dipartiment tas-servizzi veterinarji sabiex jingħataw linji ta' gwida lill-kooperattivi u l-produtturi lokali tal-majjal u ħalib frisk?
Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji gwida?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika xi jrid ifisser "b'linji ta' gwida".
Jista' l-Ministru jgħati b/down (kunsill kunsill) tal-kontijiet pendenti li għandhom il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tal-Ambjent?
Jista' l-Ministru jara li ssir l-estensjoni tad-drenaġġ għar-residenti ta' Pimbrel Hour, Sunrise u Tresor li jinsabu fi Vjal il-Qalbiena Mostin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li saru arranġamenti mad-Dipartiment tat-Toroq biex il-Kuntrattur li bħalissa qiegħed jagħmel xoghol ta' asfaltar fi Triq il-Qalbenin Mostin, jestendi s-sistema tad-drenaġġ ukoll quddiem id-djar imsemmija, fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fuq il-proġett ta' Triq Ħtrajriet, il-Mosta qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Mosta?
Jista' jara li x-xogħlijiet jitkomplew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 seduta 392.