Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24541 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott New Zealand Lamb?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant żgur japprezza li dak mitlub minnu hi informazzjoni ġenerali li jista' jakkwistaha minn diversi sorsi fosthom it-TARIC. Kif bla dubju diġa' jaf, fuq materja ta' din ix-xorta Malta għad trid tinnegozja.
Leg 9 PQ #24542 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-butir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24543 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-ġobon?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24544 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-laħam aħmar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24503 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Wholesalers Area

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk investigax l-ilmenti li jirriżultaw fil-wholesalers area f' Ta Qali kif rapurtati fil-ġurnal l-orizzont ta' nhar l-Erbgħa 14 ta' Marzu, 2001 mil-lat ta' impatt fuq l-ambjent? Jista' jinfurmani x'miżuri ħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga l-kontenut ta' l-ittra msemmija.
Leg 9 PQ #24504 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

X-Ray

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li isima qed jinbgħat separatament ġiet infurmata fir-riżultata ta' l-X-ray li ttieħdulu f'Novembru tas-sena l-oħra qabel l-14 ta' Marzu ta' din is-sena meta ddaħlet mill-ġdid għal kura fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista` l-Onor. Interpellant jispjega eżatt id-domanda numru 24504.
Leg 9 PQ #24505 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress ta' l-applikazzjoni tal-persuna li qed nibgħat separatatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fir-rigward tal-persuna rreferuta separatament, l-applikazzjoni għal sit ta` qabar ġo Burmarrad saret fid-disgħa w għoxrin ta` Diċembru 2000 u għandha numru ta` reġistrazzjoni 451. Fiċ-Ċimiterju ta` Burmarrad jeżistu 234 il-applikazzjoni fil-'waiting list'. Il-pożizzjoni ta` l-istess individwu fil-'waiting list' huwa 222. Hemm intenzjoni li ssir estenzjoni ta` dan iċ-Ċimieterju għal 197 sit ġdid, għaldaqstant il-persuna ndikata tkun tista` tinqgħeda biss, jekk xi persuni ta` qabilna fil-'waiting list' jirrifjutaw id-dritt tagħhom.
Leg 9 PQ #24506 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-Laħam — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm inħarġu liċenzji għall-importazzjoni tal-laħam, majjal matul l-1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000-01 ? Għalkemm kwantita?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: SENA NUMRU TA' EŻENZJONIJIET KWANTITA' EŻENTATA (F'KILOGRAMMI) 1995 44 2,508,644 1996 3 92,000 1997 2 90,000 1998 / / 1999 2 7,000 2000 45 408,890 2001 53 739,562 (sas-16 ta' Marzu) Tajjeb jingħad li l-kwantita' msemmija mhux bilfors hija l-kwantita' ta' majjal li fil-fatt ġiet importata.
Leg 9 PQ #24507 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq il-bhejjem ta' Għawdex u ta' Malta għal-BSE minn Jannar l-hawn? Kemm minnhom saru barra min Maltau kemm saru f' Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet li saru sal-lum f'Malta u Għawdex kien ta' 105 test. Dawn it-testijiet kollha saru Malta.
Leg 9 PQ #24511 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Verdala — Golf Courses

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli dwar il-golf courses tal-Verdala, jista' jinfurmani bil-pass li ttieħdu dwar dawn l-avviżi li qed jintbgħatu separatament? X'inhija l-posizzjoni llum tal-bdiewa u tal-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-avviżi sottometti mill-Onor. Interpellant, jidhru li huma meħuda minn fuq l-Internet. Sal-lum, għadu ma nħareġ l-ebda permess għall-Golf Course mill-Planning Authority.
Leg 9 PQ #24497 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Range tal-Plattini

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'sar matul l-1999 u l-2000 sabiex it-talba tad-dilettanti Mostin biex ikollhom range tal-plattini għalihom tiġi milqugħa? Jista' jgħid x'inhuma l-possibilitajiet li din it-talba tintlaqa b'mod li jinstab rimedju matul din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżulax li saret xi talba lill-Kunsill Malti għall-Isport jew lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-range tal-plattini fil-Mosta. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru ikun aktar speċifiku.
Leg 9 PQ #24498 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 23648 u ċioe fejn waslu ma' min qed isiru l-arranġamenti f'Bologna biex l-istudenti tal-kulleġġ jitħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pjan biex l-istudenti tal-Kulleġġ tal-Biedja jistħarrġu fuq produzzjoni agrikola organika qiegħed isir ma' Dr Antonio Campagnoni, il-PRO ta' l-għaqda Produtturi Organiċi ġewwa Bologna. Dr Campagnoni hu membru tal-Federazzjoni Internazzjonali għal Movimenti ta' l-Agrikoltura Organika. Informat ukoll li t-talba li saret mill-Kulleġġ hi biex l-istudenti jmorru jagħmlu prattika f'irziezet fir-reġjun ta' Vignola, speċifikament ma' koperattiva, biex jakkwistaw esperjenza mhux biss fuq metodoloġija organika imma wkoll fuq maniġġ ta' kif timxi l-assoċjazzjoni tal-produtturi Organiċi. Dan il-pjan ikun jista' jseħħ biss wara li l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer tiġi kkontrollata. L-istudenti tal-Kulleġġ għandhom rappreżentanti fil-Moviment Malti ta' l-Agrikoltura Organika. Il-Moviment jiltaqa' fil-Kulleġġ.
Leg 9 PQ #24499 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Suq tal-Belt — Toilet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 24277 fid-dawl tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 24271?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saru diversi xogħlijiet kemm il-darba, minħabba l-vandaliżmu. Għaldaqstant, ix-xogħlijiet meħtieġa, jiġifieri l-bdil tal-bieb u l-ħġieġ miksur għandhom isiru mill-ġdid. Manutenzjoni tal-plumbing għandha ssir ukoll.
Leg 9 PQ #24500 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Qali — Fruit Wholesalers

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rispettati u approvati l-bżonnijiet tal-wholesalers tal-frott f'Ta Qali? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-bżonnijiet li qed jirreferi għalihom.
Leg 9 PQ #24501 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fruit Wholesalers

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk investigax l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil-ġurnal l-orizzont f'paġna 10, ta' nhar l-erbgħa, 14 ta' Marzu dwar l-inkonvenjent li qed jiffaċjaw il-wholesalers tal-frott? Jista' jinfurmani x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil-ġurnal imsemmi ġie nvestigat u kkonfermat minn uffiċjali ta` dan id-Dipartiment. Komunikazzjoni ntbagħtet lid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd fuq dan ir-rigward, biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis. Għaldaqstant nissuġġerixxi li għal aktar informazzjoni tali mistoqsija tista` tiġi referuta lill-Onor. Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #24502 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fruit Wholesalers

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk investigax l-ilmenti li kienu msemmija mill-wholesalers tal-frott f'Ta Qali fil-ġurnal l-orizzont ta' nhar l-erbgħa, 14 ta' Marzo f'paġna 10? Jista' jinfurmani x'passi ħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għalkemm il-post imsemmi qiegħed f'Ta' Qali, dan ma jagħmilx parti mill-Pitkalija Centrali. Il-Posti tal-frott huma mikrija direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet lil dawn l-individwi. Bħala ġest ta' rieda tajba, u sabiex tinżamm kemm jista' jkun l-indafa f'dan il-post, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura joffri servizz ta' industrial skips li jitbattlu kuljum. Inżid ngħid li ż-żamma ta’ l-indafa fil-post imsemmi hija r-responsabbilta tal-wholesalers.

Karozzi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 24066?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ġew irreġistrati ġodda hu hekk: Jannar Frar 1997 1,371 872 1998 833 920 1999 1,116 987 2000 1,356 1,377 2001 1,007 918

Mosta — Triq Ġilormu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 24188?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħa l-inizjattiva biex jimmarka parking slots fuq in-naħa tax-xellug ta' Triq Ġilormu Cassar. Dan għamlu wara li kellu talba mir-residenti għax kien qed isir parking fuq il-bankina. Rappreżentanti tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, għamlu survey fuq il-post u kkonfermaw li s-sinjali u l-markings huma regolari.
Leg 9 PQ #24486 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Suq tal-Belt — Taraġ Wieqaf Sentejn

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24271 u tweġiba ċioe il-Lm 11,200 li d-Dipartiment ta' l-Artijiet għadda lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni biex jiġi ranġat it-taraġ tas-suq tal-belt, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi? Meta se jiġi rranġat dan it-taraġ sabiex ikun hemm aċċessibilita' aħjar partikolarment għall-anzjani?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kuntratt biex isiru dawn it-tiswijiet diġa' ġie mogħti u għandu perjodu ta' tmien ġimgħat biex dan ix-xogħol jitlesta.