Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aħħar żviluppi tas-sitwazzjoni tal-cables tad-dwal mirduma f'erba pulzieri fil-ħamrija li hemm fl-Imtarfa?
Jista' jgħid li l-Awtorita' tad-Djar ma ddumx ma tieħu deċiżjoni dwar is-sitwazzji u tara li tiġi rispettata t-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa, qabel ma' sseħ xi traġedja fatali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-dawl madwar il-barracks blocks fl-Imtarfa ġiet stallata madwar sitt snin ilu. Is-sistema kienet approvata minn inġiniera kif ukoll mill-Enemalta li tat is-servizz tad-dawl u stallat il-meters. Is-sistema kienet taħdem u kemm il-darba saret manutenzjoni fuqha.
Minn dak iż-żmien saru ħsarat kawża ta' vandaliżmu. L-Awtorita' tad-Djar flimkien mal-Kunsill Lokali u l-Enemalta diġa' għamlu diversi laqgħat biex tinstab l-aħjar soluzzjoni biex is-sistema titranġa b'mod li eventwalment tiġi mqabbda mas-sistema tad-dawl tat-toroq u ssir il-manutenzjoni regolarment.
Hu ttamat li jintlaħaq ftehim f'qasir żmien biex jinbdew ix-xogħolijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-snin 1999 u 2000 intużaw tmien mobile phones fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
L-ispiża globali ta' kull wieħed minnhom kienet kif ġej:
Mobile Nefqa fl-1999 Nefqa fl-2000
Phone Lm Lm
1) 1040.60 2005.22
2) 295.55 236.23
3) 280.75 449.23
4) xejn 135.45
5) 104.83 568.35
6) 417.26 633.22
7) 483.55 453.23
8) 1374.16 1626.97
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta' l-Ambjent matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' 'Mobile Phones' li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru għall-Ambjent matul l-1999 u l-2000 kien hekk:
Sena Nru. Spiża
-------------------------------------------------------------------
1999 23 Lm10,174.64
2000 24 Lm16,845.94
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru għall-Għawdex matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul issnin 1999 u 2000 intużaw b'kollox 12il mobile phone millMinisteru għal Għawdex u middipartimenti li jaqgħu taħtu. Qiegħda nagħti hawn taħt lispiża tagħhom għal dawn issnin separatament.
Sena 1999 Lm3,305.02
Sena 2000 Lm5,387,.84
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fl-1999 u 2000 intużaw 8 mobile phones. Fl-aħħar tas-sena 2000 inxtraw 2 minnhom.
1999 - Lm 3,694.26
2000 - Lm 3,360.10*
* Inkluż ix-xiri taż-żewġ settijiet ġodda.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Qawra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Qawra hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Bahar. Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Buġibba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Bugibba hija parti mill-lokalita` ta` San Pawl il-Bahar. Ghalhekk l-informazzjoni rikjesta tifforma parti mit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 24551.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tan-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tal-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Għargħur?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott laħam abjad?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-zokkor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq l-għalf ta' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tar-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta St Paul's Bay?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa fl-Imtarfa m`hemmx Gwardjani Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-posizzjoni tal-Ministru fid-dawl ta' l-informazzjoni li qed nibgħat separatament dwar il-golf course tal-Verdala?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, minkejja dak li hemm miktub fl-informazzjoni li ssottometta l-Onorevoli Interpellant, l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta` korsa tal-golf fiż-żona magħrufa bħala t-tafal ta` l-Imdina taħt il-Hotel Verdala hija suġġetta għal Studju dwar l-Impatt Ambjentali u deċiżjoni dwar dan l-iżvilupp ma tistax tittieħed qabel dan il-proċess jitlesta.
L-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali kien ġie sottomess mill-applikant lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern oħrajn (Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent, id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma). Dawn l-entitajiet qegħdin jevalwaw l-informazzjoni pprovduta u meta l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tirċievi l-kummenti ta` l-agenziji l-oħra kollha tkun tista` tifformola rapport dwar x`emendi jkunu jridu jsiru, jekk ikun hemm bżonn, għal dan l-istudju. Meta l-Istudju jkun approvat fil-kontenut tiegħu, dan jiġi miftuħ għal skrutinju pubbliku. F`dan il-perjodu kulħadd ikollu d-dritt li jikkummenta dwar l-iżvilupp propost u l-impatt ambjentali, ekonomiċi u soċjali tiegħu. Wara dan il-proċess biss tista` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tieħu deċiżjoni dwar il-proposta ta` korsa tal-golf u dan wara li tiżen il-kummenti kollha u l-informazzjoni pprovduta fl-istudju dwar l-impatt ambjentali.