Jista' l-Ministru jinfurmana x'investigazzjoni saret mid-dipartiment tas-sajd dwar ir-rapport li deher fil-ġurnal "l-orizzont" f'paġna 3, nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, dwar ħut mejjet taħt il-gaġġeġ tat-tonn, kif esebit b'filmati, mill-koperattiva nazzjonali tas-sajd?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-filmat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, kien ta' ftit xhur ilu. F'Marzu 2001 sar studju u filmat ieħor fl-istess żona fejn il-qiegħ instab nadif u fejn l-impatt ta' l-attivita' tat-trobbija tat-tonn kien negliġibli (għajr għal xi żewġ biċċiet ħbula tan-nylon li waqgħu fil-qiegħ).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ Rapport ta’ l-istudju imsemmi.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'investigazzjoni saret mid-dipartiment ta' l-ambjent dwar ir-rapport li deher fil-ġurnal "l-orizzont" f'paġna 3, nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, dwar ħut mejjet taħt il-gaġġeġ tat-tonn, kif esebit b'filmati, mill-koperattiva nazzjonali tas-sajd?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga r-rapport ta' ħut mejjet taħt il-gaġeġ tat-tonn f'San Pawl il-Baħar.
L-investigazzjonijiet għadhom sejrin.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li l-produzzjoni tal-majjal għoliet matul l-1997 u l-1998 biex kienet tlaħħaq mad-domanda tas-suq lokali, matul is-sena 2000 bdiet nieża 'l isfel? Meta fil-fatt huwa pprogrammet li l-produzzjoni lokali tal-majjal terġa' tilħaq għad-domanda tas-suq lokali kif kienet din l-industrija sentejn ilu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lilll-Onor Interpellant li l-produzzjoni tal-majjal matul is-sena 2000 kienet iżjed minn dik tal-1999. Kienet fil-fatt tlaħħaq mal-kwota annwali ta' 121,680 ras.
Ma naħsibx li għandi għaliex nfakkar li l-produzzjoni żejda tal-1997 kienet ikkaġunata mit-tentattiv ta' l-Interpellant biex jiġi esportati 10,000 majjal.
It-tabella segwenti turi sena b'sena mill-1997-2000 kemm ġew "tattooed" majjali.
Sena Rjus
1997 141,228
1998 131,065
1999 122,289
2000 126,265
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartiment ta' l-istatistika, kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda full-time u part-time f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għaddej bil-proċess ta' ġbir ta' informazzjoni dwar bdiewa, raħħala u sajjeda. Għaldaqstant dan l-Uffiċċju għalissa ma jistax jipprovdi l-informazzjoni mitluba.
Madanakollu skond il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ in-numru ta' bdiewa u raħħala "full time" huwa ta' 2,201 waqt li dawk "part-time" reġistrati jammontaw għal 1,033. In-numru ta' sajjieda "full-time" huwa ta 410 u dawk "part-time" jammontaw għal 106. Dawn il-figuri huma relattivi kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex. Biex tali nformazzjoni tkun tista' tingħata għaż-żewġ ġżejjer separatament ikun meħtieġ li jsir eżerċizzju apposta.
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartiment ta' l-istatistika, kemm huwa n-numru ta' bdiewa Maltin u Għawdxin li d-daqs ta' l-art tar-raba' li jikkultivaw huwa konformi biex jikkwalifikaw għall-iskemi ta' sussidju li l-Unjoni Ewropea tista' tagħti lill-bdiewa skond id-daqs tar-raba' li jokkupaw wara li Malta ssir membru?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma għandux l-informazzjoni biex tkun tista' tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartiment ta' l-istatistika, kemm huwa numru ta' rziezet f'Malta u Għawdex separatament sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' bhejjem u tjur irabbu u kemm kienet il-produzzjoni annwali ta' kull tip separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 2000 hija kif ġej:
TIP TA' BHEJJEM MALTA GĦAWDEX TOTAL
Bhejjem li jirgħu 206 51 257
Majjal 157 17 174
Ngħaġ u Mogħoż 1223* 831* 2054*
Tjur 346 95 441
*numru ta' "units"
Statistika għas-snin ta' qabel ma kinitx tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartiment ta' l-istatistika, x'kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam abjad f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u x'tip ta' laħam kien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-laħam abjad jista' jinqasam fi tlitt kategoriji - dak tal-majjal, tal-fenek u tat-tjur.
Jiena nfurmat li ma tinżammx statistika dwar produzzjoni ta' tjur, iżda huwa stmat li f'Malta u Għawdex flimkien fl-1999 inqatlu mat-tmint elef tunellata ta' tjur. Stima tal-produzzjoni tal-laħam tal-fenek ma teżistix.
Dwar il-majjal, il-figuri f'kilogrammi għall-laħam ipproċessat fil-Biċċerija tal-Gvern matul l-aħħar ħames snin kienu kif ġej:
SENA MALTA GĦAWDEX
1996 8,325,599 489,621
1997 9,659,783 533,169
1998 9,848,169 549,138
1999 9,805,744 452,426
2000 9,069,085 449,707
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt saru testijiet fuq il-laħam tal-baqar u l-għoġġiela f'Malta u Għawdex xahar b'xahar minn Jannar l'hawn dwar il-BSE?
Kemm -il test sar fil-laboratorji lokali u kemm fil-laboratorji barranin u meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu l-ġimgħa l-oħra għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24507.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma ttunellaġ tal-laħam taċ-ċanga lokali li mistennija jsiru testijiet fuqhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin? X'metodu se japplika l-Gvern sabiex il-konsumaturi jkunu assigurati li laħam taċ-ċanga lokali huwa ħieles mill-marda tal-BSE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet sejrin isiru fuq mill-inqas 3000 ras (madwar 750 tunnellata laħam taċ-ċanga). L-Onor. Interpellant jaf li l-bovini Maltin ma jiġux mogħtija għalf bil-Meat and Bone Meal. Jaf ukoll, li għalkemm f'Malta qatt ma kien hawn każi tal-BSE, xorta waħda qegħdin jitneħħew l-SRM's min fuq il-linja biex żgur ma jkunx hemm xi kontaminazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li minkejja li l-Ministru qal li l-produzzjoni lokali tal-majjal kellha tiġi għan-normal f'Marzu tas-sena l-oħra, s'issa għadna nirrikorru għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal minn barra minn Malta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill Onor Interpellant li minħabba r-raġunijiet tal-BSE, id-domanda żdiedet konsiderevolment u s-supply mhux bizzejjed biex taqdi d-domanda. Bħalma jaf kulħadd, id-domanda għal dan il-prodott żdiedet tant illi ma hawnx produzzjoni biżżejjed sabiex inlaħqu mad-domanda tas-suq.
Suppost l-Onor. Interpellant jaf li dan il-każ ma jseħħx spiss, u jaf ukoll li f'ċirkustanzi normali, il-produzzjoni dejjem laħqet mad-domanda tas-suq.
Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija parlamentari nru. 24452?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġetti li qed isiru bi ftehim mal-Kunsilli Lokali huma:
i) Xoghol ta' upgrading fiz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali Mġarr, Malta (valur ta' offerta ta' Paving - Lm17,151);
ii) Xogħol estensiv ta' upgrading fil-Ġnien King George V, Floriana (valur Lm100,000) (sena 2001 - Lm40,000 u sena 2002 - Lm60,000);
iii) Upgrading fil-Car Park f'Għar Lapsi l/o Siġġiewi (valur Lm21,000);
Barra dan għaddejin xogħlijiet fuq lokalitajiet turistiċi i.e. Sliema u San Ġiljan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta' mobile phones li ntużaw mill-Ministeru matul l-1999 u s-sena 2000 kien 13 u 10 rispettivament. L-ispiża globali għas-sena 1999 kienet Lm 9,569.62 fil-waqt illi l-ispiża għas-sena 2000 kienet Lm 6,884.67.
Fl-istess perjodu, l-Ambaxxati Maltin għamlu użu minn 18-il mobile phone bi spiża ta' Lm6,825.43 matul l-1999 u 28-il mobile phone bi spiża ta' Lm13,688.79 fis-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta' l-Ġustizzja matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tat-Trasport matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' mobile phones għas-sena 1999 huwa 8 u l-ispiża tammonta għal Lm2582 u għas-sena 2000 in-numru huwa 9 u l-ispiża tammonta għal Lm4603.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonjiet li ngħataw lill-persuni li kienu qed jarmu skart bl-addoċċ fil-kampanja matul l-1999 u 2000? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex ngħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal matul is-snin 1999 u 2000, dwar ċitazzjonijiet lil persuni talli rmew skart bl-addoċċ fil-kampanja hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li għamlet fl-irzizet f'Malta l-ALE matul din is-sena? X'tip ta' rzizet kienu, x' kienu r-riżultati u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta` l-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija ma tagħmilx spezzjonijiet f`irziezet, imma tassisti lit-Tabib Veterinarju tal-Gvern fuq dawn l-ispezzjonijiet. Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-raħħala u l-biċċiera privati ma ġewx imħallsa l-flus dovuti lilhom tal-BIS sa' minn April tas-sena l-oħra? Kemm fil-fatt jammontaw dawn il-pagamenti sal-ġurnata ta' llum?
Jista' jara li se jitħallsu bla aktar telf ta' żmien lir-raħħala u l-biċċiera privati sabiex dawn jtaffu ftit mill-ispejjes kbar li għandhom kawza ta' l-effetti kawżat mill-marda tal-BSE?