Jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-rapport li s-Segretarju Parlamentari George Hyzler kien ħatar kumitat biex jagħmlu f'awissu li għadda, biex nattiraw aktar kumpanniji biex jinġibdu films hawn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li fit-22 ta' Awissu tas-sena li għaddiet, kien inħatar kumitat kompost minn diversi persuni li jaħdmu fl-industrija tal-films biex jidentifika nuqqasijiet li jeżistu fis-settur u biex jissuġġerixxi tibdil. F'dawn il-ġranet il-kumitat lesta r-rapport u fil-jiem li ġejjin mistenni jippreżentah lis-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr George Hyzler.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ikkunsidrat li jinżamm is-sett kbir tal-film Gladiator, bħalma kien inżamm is-sett tal-film Popeye li kull sena jiġbed madwar 100,000 turist lejh? Jekk ma kienx ikkunsidrat, x'kienet ir-raġuni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li s-sett tal-film "Gladiator" kien jokkupa l-parti l-kbira tal-Forti Ricasoli. Dan is-sett kien intiż biex ikun ta' natura temporanja u, sa fejn jiena nfurmat, la qatt sar xi studju dwar l-ispiża biex jinżamm u jiġi mantenut, u lanqas tal-potenzjal bħala attrazzjoni turistika.
Hemm il-ħsieb li l-Forti Ricasoli tintuża għall-ġbid ta' films sakemm jiġi determinat użu aktar xieraq għalih. Is-sett tal-"Gladiator" kien, xi ftit jew wisq, jillimita t-tip ta' użu li jista' jsir fil-fortizza.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'pożizzjoni uffiċjali ħa l-Ministeru dwar il-ħlas ta' Lm2.10 li l-met office qed jitlob lis-sajjieda Maltin u Għawdxin? Jista' jara li din it-taxxa fuq is-sajjieda tiġi mneħħija immedjatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MIA Met Office ma jaqgħax taħt il-Ministeru tiegħi. Pero' xorta waħda l-Ministeru segwa mill-qrib dan is-suġġett.
Għaldaqstant, ninforma l-Onor. Interpellant illi l-MIA Met Office ħarġet stqarrija fit-30 ta' Marzu 2001, fejn huwa ċar li s-servizz kollu li kienu jingħataw is-sajjieda għadu jeżisti.
L-Uffiċju Meteoroloġiku joħroġ rapport ta' tbassir tat-temp kull sitt siegħat lill-mezzi kollha tax-xandir, lit-turretta tal-palazz il-Belt u lill-Valletta Radio. L-informazzjoni hi ukoll aċċessibli minn fuq il-website tal-MIA kif ukoll permezz ta' short messaging system (SMS) tal-Vodafone. Ir-rapport tat-temp jinkludi previżjoni għal erbgħa u għoxrin siegħa jew tlett ijiem kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-baħar fuq medda ta' ħamsin mil nawtiku madwar il-gżejjer Maltin. Dan jiġi ppublikat darbtejn kuljum fuq il-website tal-MIA kif ukoll fuq l-SMS u jiġi mibdul meta u jekk ikun hemm bżonn. Barra minnhekk rapport tat-temp dettaljat għal matul il-lejl speċifikament għall-baħħara u s-sajjieda jixxandar minn fuq il-mezzi tax-xandir tal-istat kuljum bejn l-erbgħa u l-ħamsa ta' filgħaxija. L-ispiża ta' talba speċifika għar-rapport normali tat-temp issa saret 21ċ minflok il-5ċ ta' qabel.
Rigward is-servizz professjonali dedikat, li jiswa Lm2.10c, dan ma kienx dirett lejn is-sajjieda. Dan is-servizz rarament kien jingħata wkoll bit-telefon mingħand il-Met Office. Il-Met Office kien jirċievi numru kbir ta' telefonati kuljum għal rikjesta tat-temp ta' kull tip min mara tad-dar sa kuntratturi ta' xogħol fuq il-baħar. L-okkażjonijiet fejn sajjieda talbu l-informazzjoni tat-tip tas-servizz professjonali kien negliġibli fl-aħħar snin.
Servizzi Veterinarji — Liċenzji ta' importazzjoni ta' tjur/annimali
Question
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm ddaħħlu f'Malta u f'Għawdex annimali, tjur, għasafar , eċċ. bil-liċenzji u l-permessi tad-dipartiment tas-servizzi veterinarji minn Jannar 'l hawn? Minn liema pajjiżi ddaħħlu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju illi daħlu annimali u għasafar skond it-tabella segwenti:
Belġju Għasafar u Ħamiem sad- 09 ta' Marzu
Olanda Għasafar u Ħamiem sas- 06 ta' Marzu
Italja Fniek sas- 07 ta' Marzu
Spanja Għasafar sas- 26 ta' Frar
Żvezja Żwiemel sa' l-20 ta' Frar
Franza Żwiemel sas- 26 ta' Frar
Renju Unit Għasafar u Ħamiem sas- 07 ta' Frar
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Ġermanja matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u New Zealand matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Awstralja matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru bdiewa oħra matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Matul il-perijodu msemmi, il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kemm 'il darba flimkçn jew permezz tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea għin u assista diversi korpi u ndividwi mis-setturi tal-bçdja u sajd jiffamiljarizzaw ruħhom mas-sistemi tal-Politika Komuni tal-Bçdja u dik tas-Sajd. Fil-fatt fuq viżiti ta' din ix-xorta bbenefikaw membri mill-Farmers' Wine Cooperative (flimkçn ma għassara oħra ta' l-inbid), mill-Assoċjazzjoni tal-Bdçwa, mill-Koperattiva Ċentrali tal-Bdçwa, u mill-APEX. Għajnuna simili tibqa' tingħata kull meta jkun hemm l-opportunita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-majjal li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-majjal oħra matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-laħam abjad li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-laħam abjad oħra matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti tal-kulleġġ tal-biedja li matul l-1999 u 2000 tħarġu fuq programmi ta' żvilupp sostenibli rurali?
Min kien responsabbli minn dan il-programm mill-kulleġġ? X'kien jinvolvi dan il-program bħala tagħlim rigward l-iżviluppi rurali fil-gżejjer tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet segwiti fil-Kulleġġ huma indirizzati lejn dawk l-istudenti li jridu jsiru tekniċi jew assistenti veterinarji jew ortikulisti kummerċjali.
Il-programmi ta' żvilupp sostenibbli rurali ma jaqghux direttament taħt dawn il-korsijiet imma jiġu ttrattati taħt il-programm 'Rural Youth Leadership' li jsir fil-kulleġġ. Huwa dan il-programm li jgħin l-istudenti jippreparaw ruħhom biex isiru t-tekniċi tal-ġejjieni li jieħdu ħsieb l-iżvilupp sostenibbli rurali minn perspettiva holistika.
In-numru ta' studenti li kienu nvoluti matul is-sena skolastika 1999-2000 kien ta' 27 u l-programm kien immexxi mis-Sur M Salerno.
Il-Programm jinkludi "kontrolli bijoloġiċi" u anke "metodi organiċi" (li għalissa għadhom fil-bidu tagħhom u esperimentali) li jkomplu jikkomplementaw mat-tagħlim fuq futur sostenibbli bħall-ambjent għall-gżejjer tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' studenti li jattendu l-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq sistemi ta' żvilupp sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ekoloġija, l-geoloġija u l-hydrology meta applikati fis-settur tal-biedja?
Fuq liema sistemi tħarġu? Min kien responsabbli minn dan it-tgħalim ta' l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti kollha tal-kulleġġ jitħarrġu fuq sistema ta' żvilupp sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ekoloġija, l-ġeoloġija u l-idroloġija. Din is-sena, n-numru ta' studenti li kienu involuti kien ta' 27. Isir studju dwar kif il-'waste' li jħallu l-annimali jew ħxejjex għandu jiġi użat jew mormi mingħajr ma jħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija, l-ġeoloġija u l-idroloġija. Fowt dawn is-sistemi jiġi studjat (a) kif il-'waste' jintuża bħala fertilizzant wara li jiġi ttrattat, (b) jiġi newtralizzat u allura xorta jista' jitħallat mal-ħamrija (c) jiġi maħruq fl-inċinaturi (l-aktar fdalijiet ta' annimali mejtin).
Il-lecturers involuti huma Mr S Vella, Mr J Mifsud u Mr M Salerno.
Peress li fil-parti ta' isfel fi Triq San Silvestru, Mosta, hemm familji li qed jitolbu li t-triq issir one way peress li qed jirriżulta periklu lir-residenti u lill-pedestrians minħabba li t-triq hija dejqa ħafna, jista' l-Ministru jara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jinformana bl-iżviluppi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24149.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati, parastatali li l-ħlasijiet tal-bolla tal-ħaddiema tagħhom ma humiex kollha mħallsa sa Diċembru tas-sena 2000?
Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li l-ħlasijiet tal-bolla tagħhom għad iridu jitħallsu, minkejja li fil-fatt il-ħaddiema jkunu ħalsu dawn il-pagamenti? X'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex jara li dawn il-ħlasijiet isiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Nazzjonali ilu li għadda taħt d-Dipartiment tat-Taxxi Nterni minn Jannar 1998, u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Eġittu matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Ċipru matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Franza matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellent jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjan tal-gvern għal qasam tas-sajd fil-gżira ta' Għawdex għal din is-sena u s-sena d-dieħla? Kemm huma l-flus ivvotati għal dan il-pjan? Kemm hija mistennija li tgħola l-produzzjoni u liema produzzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'follow-up sar dwar il-każ tal-koppja anzjana mill-Qawra li nħarqitilhom id-dar tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Social Worker mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani għamel żjara lill-koppja ndikata fit-30 ta' Marzu. Peress li qiegħed isir xi xogħol fil-flat li nħaraq, din il-koppja qiegħda tgħix temporanjament mad-tifla tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm l-Awtorita' tad-Djar ikomunikat ma' din il-koppja biex javviċinaw l-Awtorita' għal xi għajnuna li tista' tingħata, ma jirriżultax li dan il-parir ġie segwit.