Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25156 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta' dik li saret lili.
Leg 9 PQ #25158 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi jridu ċ-ċittadini biex jimpurtaw żwiemel mill-pajjiżi ta' l-UE fil-mument? Mill-liema pajjiżi hija awtorizzata l-importazzjoni ta' żwiemel fil-mument?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żwiemel, bħal klieb u qtates, ma jinfettawx ruhom bil-virus tal-FMD u għalhekk ma jistgħux jgħadduh lill-animali oħra. Filwaqt li l-importaturi taż-żwiemel qegħdin jiġu mitluba li ma jimportawx żwiemel, ingħatat derogazzjoni għal dawk iż-żwiemel li kienu diġa nxtraw u kienu fl-istalel għall-esportazzjoni. Dawn iż-żwiemel inżammu kwarantina u fil-perjodu ġew imnaddfa u ddisinfettati. Nirreferi ukoll l-Onor. Interpellant għal Stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni Numru 566 .
Leg 9 PQ #25159 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Flooding Water System

Question

Peress li sistema tal-flooding water system qatt ma tnadfu mindu saru fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #25160 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tindif tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-tindif tat-toroq fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed fir-Rabat mhux isir kull ħmistax mindu tela' l-kunsill il-ġdid tar-Rabat? Jista' jestendi l-għajnuna tad-dipartiment sabiex dan il-bżonn tar-residenti jiġi rimedjat.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #25161 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbla

Question

Fir-rigward tal-miżbla li hemm fil-parti ta' Għajn Tuffieħa Road li tmiss ma' Triq Sir Themi Zammit, l-Imġarr u ċioe in-notice li twaħħlet fil-miżbla f'dawn l-aħħar jiem, jista' l-Ministru jinfurmani dwar is-sitwazzjoni? Fid-dawl li din il-miżbla qed tkun ta' inkonvenjent kbir u ta' detriment għas-saħħa tar-residenti u tal-bdiewa ta' l-inħawi, jista' jinfurmani għaliex din il-miżbla se tiġi estiża mid-Dipartiment ta' l-Ambjent? Jista' jara li jsib inħawi oħra għal dan l-iskop u preferibilment barra l-konfini ta' l-Imgarr

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25151 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #25162 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24570?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi s-somma tal-BIS dovuta lir-raħħala u l-biċċiera privati sa' l-aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm268,645.

Ta' Sawra — Rabat - Temporary Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 22305 dwar il-parking sign tad-dar ta' l-anzjani ta' Sawra, Rabat, Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jinstalla sinjal fil-junction ta` Triq San Franġisk ma' Triq Borġ Olivier biex wieħed mill-parking bays li diġa' hemm immarkati f`dan is-sit jiġi riservat għad-dar ta` l-anzjani.
Leg 9 PQ #24977 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Xkumat

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jerġa jirrevedi d-deċiżjoni li ħa dwar il-ħalib xkumat peress liċ-ċittadini qed isibu inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.

Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ix-xogħlijiet f'Santa Margerita, l-Mosta bħal fil-każ ta' toroq Il-Qalbiena Mostin, Ġanniveda u Dun Mikiel Azzopardi ma tkomplewx? Jista' jara li x-xogħlijiet jitkomplew minnufih sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq il-lantijiet imsemmija għadu għaddej u nispera li jkun jista' jitħaffef matul ix-xhur li ġejjien. Dwar Triq Dun Mikiel Azzopardi jidher li qatt ma kien hemm tenders għax-xogħol, filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jindikali Triq Ġanniveda f'liema parti tal-Mosta qiegħda.
Leg 9 PQ #25153 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta’ dik li saret lili.
Leg 9 PQ #25154 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien personalment kelli l-opportunita` niltaqa' ma' delegazzjoni tal-Boy Scouts, Rabat, fejn iddiskutejt il-proposti għal sit ta' uffiċċju adattat. Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett ukoll qed jagħti attenzjoni lit-talbiet tal-Boy Scouts. Informat li l-problema ta' nuqqas ta' premises tar-Rabat Scout Group ilha tinħass. Fil-fatt talbiet għal premises għal dan il-grupp saru anke fi żmien il-Gvern preċedenti u jidher li f'dawk is-sentejn ma sar ebda progress. Aħna konxji mill-ħtieġa ta' premises adegwati għal gruppi ta' l-iscouts fid-diversi lokalitajiet u fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn anke ġew allokati faċilitajiet adegwati lil diversi gruppi meta dan kien possibbli. Saru laqgħat mar-rappreżentanti tar-Rabat Scout Group fejn dawn setgħu jenfasizzaw il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom u anke ressqu proposti għal siti biex jiġu żviluppati għall-użu tagħhom. Ser inkomplu ninvestigaw dawn is-siti biex jekk ikun possibbli l-ħtiġijiet tar-Rabat Scout Group jiġu milqugħa.

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta' dik li saret lili.

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq Qalet Marku

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana dwar l-iżviluppi ta' mistoqsija parlamnetari nru. 24073 u cioe dwar is-sitwazzjoni ta' Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti l-kbira mit-tarf tat-triq Qalet Marku għadu ma ġiex żviluppat u peress li t-triq taqleb lejn din id-direzzjoni, it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.
Leg 9 PQ #24930 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm hija l-ħażna tal-laħam tal-BIS fil-biċċerija fil-mument? Jista' jgħid kemm huwa l-valur tal-ħlas li jrid isir sal-lum lir-raħħala u l-biċċiera privati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Marzu, fil-cold stores tal-biċċerija, kien hemm 118-il tunellata ċanga, li kollha hija mibjugħa b'tender. Is-somma dovuta lir-raħħala u l-biċċiera privati sa l-aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm 268,645.
Leg 9 PQ #24931 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħatt ta' Felu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-investigazzjoni li saret dwar il-każ rapportat mill-ġurnal l-orizzont ta' l-Erbgħa 28 ta' Marzu 2001, f'paġna 3, dwar il-felu li nħatt bil-moħbi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-felu li ssema fil-ġurnal li rrefera għalih, iddaħħal f'Malta bil-liċenzji, bir-release order u biċ-ċertifikati skond il-kundizzjonijiet li nħarġu mis-Servizz Veterinarju.
Leg 9 PQ #24932 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar/Għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm huwa n-numru tal-merħla tal-baqar u għoġġiela fl-irziezet fil-mument f'Malta u f'Għawdex? Jista' jinfurmana kemm kien l-istess numru sa l-aħħar ta' Diċembru li għadda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-rekords tat-testijiet li jsiru fl-irziezet matul is-sena, in-numru ta’ baqar u għoġġiela f'Malta u f'Għawdex huwa skond it-tabella hawn taħt: Malta 11,936 Għawdex 1,617
Leg 9 PQ #24933 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Swat fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana dwar mistoqsija parlamentari nru. 22287?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22287 ingħatat f`Seduta 469.
Leg 9 PQ #24934 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRL — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru. 23390 dwar ir-residues levels tal-laħam abjad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi: Laħam Abjad (Tjur) Anticoccidials 15 il-kampjun: riżultati kollha negattivi. Sulfonamides 4 kampjuni: riżultati kollha negattivi. Quinolones 10 kampjuni: riżultati kollha negattivi.
Leg 9 PQ #24884 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Produtturi tal-Ħalib Frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-ħalib frisk oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.
Leg 9 PQ #24885 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP/UE — Agro-Industrijalisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' agro-industrijalisti li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea? Meta marru u meta se jmorru agro-industrijalisti oħra matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.