Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikawża l-imwiet ta' kwantita ta' speċi ta' ħut tal-fond u tal-ġieħ l-baħar fl-inħawi ta' Popeye Village, il-Mellieħa f'dawn l-aħħar tlett ġimgħat?
Jirriżulta li xi fish farms fil-Mellieħa qed jiffaċjaw l-istess ċirkustanzi ta' mwiet? Jassigurani l-Ministru li mhux qed tkun iddampjata xi kimika jew skart mill-vapuri li qed ikunu fl-inħawi u li qed tikkawża il-qerda tal-ħajja f'qiegħ il-Baħar f'dawn l-inħawi tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapport imħejji mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent dwar l-impatt ambjentali ta' proġett tat-Tuna Penning fil-lokalita' tas-Sikka l-Bajda, b'referenza speċjali għal rapport li deher fl-Orizzont tat-23 ta' Marzu 2001. Dan ir-rapport jagħmel referenza għal ammont ta' ħut mejjet li ntlemaħ f'survey ta' qiegħ il-baħar li sar f'Ottubru 2000.
Ir-rapport imħejji mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jikkonkludi li:
In-natura tal-ħut mejjet li ntlemaħ f'qiegħ il-baħar fis-survey li sar f'Ottubru 2000, tindika li dan kien ġej minn ħut li normalment jintuża bħala għalf għat-tonn fil-proġett. Ma ġiex stabbilit kif u l-għala kwantita' hekk kbira ta' dan il-ħut spiċċat taħt il-gaġeġ. Dan il-ħut ma deherx fis-survey li sar f'Marzu 2001.
Il-monitoraġġ li sar s'issa jindika li m'hemmx bażi għall-allegazzjoni li dan il-proġett qed iħalli
diż
astru ambjentali.
Il-programm ta' monitoraġġ jeħtieġ ikompli u jissaħħaħ biex tiġi ndividwata xi ħsara
long-term
fuq l-ambjent tal-baħar riżultat ta' dan il-proġett.
Peress li l-anzjana li isimha qed jintbagħat separatament teħtieġ li tidħol urġentement fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jirrimedja għal din it-talba ta' l-anzjana imsemmija? Jekk fl-affemattiv meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija sarilha l-medical assessment f'April li għadda u skond ir-rapport mediku l-każ jipproċedi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru matul l-1999 u sena 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' 'mobile phones' li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tal-Finanzi fis-sena 1999 kienu tmienja filwaqt li fis-sena 2000 kienu tnax.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24865 li oriġinarjament saret lil Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjan tal-gvern għal qasam tal-biedja fil-gżira ta' Għawdex għal din is-sena u s-sena d-dieħla? Kemm huma l-flus ivvotati għal dan il-pjan? Kemm hija mistennija li tgħola l-produzzjoni u liema produzzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-pjan tal-gvern għall-qasam tal-biedja f’Għawdex għas-snin 2001 u 2002 jinkludi
(i) titjib fil-faċilitajiet fil-biċċerija;
(ii) titjib fil-cold stores;
(iii) titjib fil-pitkalija;
(iv) it-tkomplija ta’ għoti ta’ għajnuna lill-bdiewa u sajjieda, fosthom permezz ta’ sussidji għal nefqa ta’ natura kapitali;
(v) għajnuna lill-koperattivi;
(vi) għajnuna għat-trasport b’xejn bil-baħar ta’ prodotti lejn Malta;
(vii) għajnuna għat-trasport tal-għalf lejn Għawdex;
(viii) pariri dwar titjib fil-prodotti agrikoli.
Il-fondi ivvutati fis-sena kurrenti għal dawn l-għanijiet jammontaw għal Lm52,000 mill-Vot Kapitali, Lm33,000 mill-Vot Rikurrenti u Lm1,027,279 għall-ħidma tal-fergħa tal-Biedja u Sajd.
Jista' l-Ministru jinfurmani bir-regoli li jridu jkunu konformi magħhom is-sewwieqa tat-trasport pubbliku lokali bis-sħubija ta' Malta fl-U.E.?
Kemm saru laqgħat ma' dawn il-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom dwar dan it-tibdil?
X'ġie propost min naħa ta' dawn ta' dawn is-sewwieqa u x'derogi u perjodi transitorji qed jipprevedi li jitlob il-Gvern sabiex ma jkunx mhedded l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Position Paper dwar Chapter 9 - Transport Policy li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta Nru 534 fit-30 t'April mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jiġi ppubblikat rapport dwar is-survey li sar dan l-aħħar dwar is-sick leave mill-imjegati tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20078. L-informazzjoni miġbura hi dik li ġiet mogħtija fit-tweġiba parlamentari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew inizjati passi dixxiplinari (charges) kontra impjegati tal-Gvern li jaqgħu taħt id-diversi Ministeri, Ministeru b'Ministeru, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 2001? Kif jikkumpara l-għadd mal-passi li ttieħdu fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra 2000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fl-1 ta’ Frar 2000, daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk dawn il-każijiet m’għadhomx iżjed jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi.
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, fl-ewwel 3 xhur tas-sena l-oħra ma nbeda l-ebda każ tad-dixxiplina, filwaqt li fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena nbdew 6 każijiet.
Fis-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jiġri meta chairman ta' bord tad-dixxiplina, maħtur skond ir-regolamenti ta' l-1999, ma jaqdix dmiru fiż-żmien stipulat mill-istess regolamenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li r-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1999 jipprovdu li Bord tad-Dixxiplina għandu jtemm l-investigazzjonijiet tiegħu fi żmien tletin ġurnata mid-data li fiha l-każ ikun intbagħat lilu. Dan il-perjodu jista’, għal xi raguni valida, jiġi mtawwal sa massimu ta’ tletin ġurnata oħra mill-Kap tad-Dipartiment li jkun ħatar il-Bord. Iżda meta jkun hemm raġunijiet serji u ġustifikabbli li fil-fehma tal-Kap td-Dipartiment ikunu jipprekludu l-Bord milli jikkonkludi l-investigazzjonijiet, il-Kap tad-Dipartiment għandu jirreferi il-każ lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għall-parir tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat għajnuna/sussidju lill-bdiewa Għawdxin matul is-sena 2000 biex iżidu l-ħażna ta' l-ilma fir-raba' tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm1,000 bħala grant biex tiżdied il-ħażna tal-ilma fir-raba’ tal-bdiewa Għawdxin. Matul l-istess sena tħallset ukoll is-somma ta’ Lm758.41 bħala sussidju ta’ imgħax fuq self mogħti mill-banek għal skop ta’ bini ta’ ġwiebi, kif ukoll ammont ieħor ta’ Lm334.10 sussidju ta’ imgħax fejn is-self ingħata biex tiżdied il-ħażna tal-ilma flimkien ma’ skopijiet oħra ta’ natura agrikola. Fil-każ tal-aħħar minhiex f’pożizzjoni li nagħti l-ammont ta’ sussidju fuq il-bini ta’ ġwiebi separatament.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħallas f'sussidji l-Ministeru għal Għawdex fis-sena 2000 biex prodotti tar-raba' Għawdxin jittieħdu fil-Pitkalija ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm 18,076.90 f’sussidji għal-ġarr ta’ prodotti tar-raba minn Għawdex għal Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru matul l-1999 u sena 2000?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta` Mobile Phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru ta` l-Intern matul l-1999 u s-sena 2000 kien kif jidher hawn taħt.
1999
Ministeru
5
Segretarjat Parlamentari
4
Segretarjat Permanenti
1
Servizz tas-Sigurta`
2
Sigurta` fl-Ajruport
1
Reġistrazzjoni Ċivili
1
TOTAL
14
2000
Ministeru
5
Segretarjat Parlamentari
4
Segretarjat Permanenti
1
Servizz tas-Sigurta`
3
Sigurta` fl-Ajruport
1
Reġistrazzjoni Ċivili
1
TOTAL
15
Fir-rigward tal-problemi li tikkawża lir-residenti u l-bdiewa tal-inħawi l-miżbla li hemm fil-parti tat-Triq ta' Għajn Tuffieħa u li tibda minn Triq SIr Themi Zammit, Mgarr, jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi talba għall-estensjoni ta' din il-miżbla quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jara li ssir laqgħa mar-residenti ta' l-inħawi u l-bdiewa sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tisma l-ilmenti tagħhom dwar din il-miżbla u l-impatt ħażin li din qed tħalli fuq saħħithom meta titqabbad?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm applikazzjoni pendenti (PA 700/01) għal kostruzzjoni ta` Waste Disposal Depot. Dan jikkonsisti f`sit fejn fih jinġabar l-iskart b`mod organizzat u temporanju, sabiex wara jiġi trasferit lejn il-Magħtab jew għal riċiklaġġ. F`dan is-sit mhux ser isir ħruq ta` materjal u l-użu prinċipali ta` dan id-depot hu intiż għal bdiewa nfushom sabiex jiddisponu minn kwantitajiet konsiderevoli ta` plastic li jiġġeneraw fl-industrija tal-biedja stess.
L-avviż ta` l-applikazzjoni ħareġ fl-24 ta` Marzu 2001 u r-residenti kellhom ħmistax-il ġurnata (iż-żmien stipulat statutorjament) biex jagħmlu l-kummenti tagħhom lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret sabiex jinstab min kien qed ibiegħ lill-irżieżet tal-majjal is-swill? X' tip ta' swill u min kienu dawk li ġew investigati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Għaldaqstant mhux il-waqt li tingħata informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet kien impjegat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala personal assistant tal-Ministru tal-Biedja u Sajd?
X'inhuma l-grad sostantiv tal-Gvern ta' dan l-impjegat u x'salarju kellu f'dan il-grad? X'salarju kellu bħala P.A.
Jista' jikkonferma li dan l-uffiċċjal governattiv fil-fatt ingħata unpaid leave mal-Gvern biex reġa beda jaħdem ma' l-istess Gvern fi grad u b'salarju għola?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Personal Assistant tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd kellu l-istess kundizzjonijiet li għandhom il-Personal Assistants tal-Ministri l-oħra, u cioe kif indikati fid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru f'Novembru tal-1998.
Il-grad sostantiv tal-Gvern ta' dan l-impjegat huwa ta' Public Relations Officer. F'dan il-grad kien jitħallas salarju ta' skala 9. Bħala Personal Assistant kien jitħallas salarju ta' skala 4.
Ma jirriżultax mir-rekords ta' dan id-Dipartiment, li dan l-Uffiċċjal Governattiv ingħata Unpaid Leave mal-Gvern biex reġa' beda jaħdem ma' l-istess Gvern fi grad u b'salarju għola.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li kienet impjegata bħala personal assistant tal-Ministru irriżenjat min din il-kariga? Jekk fl-affermattiv meta rreżenjat u għaliex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Personal Assistant tal-Ministru rreżenja mill-kariga tiegħu b'effett mis-16 ta' Marzu 2001, fuq raġunijiet personali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa u raħħala Għawdxin reġistrati li qegħdin irabbu l-baqar, majjali, ngħaġ, mogħoż, fniek, tjur u annimali oħra tar-razzett skond kull kategorija? Kemm isiru spezzjonijiet matul is-sena biex jiġi żgurat li l-imqawel/gallinari jinżammu ndaf? Min jagħmel dawn l-ispezzjonijiet u x'passi jittieħdu biex ma jġorrux mard minn razzett għal ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ bdiewa u raħħala Għawdxin reġistrati li qegħdin irabbu tjur u annimali huwa kif indikat hawn taħt:
Kategorija Numru ta bdiewa/raħħala Reġistrati
Baqar 59
Majjali 21
Ngħaġ u Mogħoż 831
Fniek Ma jinżammux records
Tjur tal-Bajd 11(joperaw 8)
Tjur tas-Simna 63(joperaw 60)
Fl-imqawel isiru spezzjonijiet mill-inqas darba fis-sena, filwaqt li fil-gallinari isiru spezzjonijiet mill-inqas tliet darbiet f’sena.
Dawn l-ispezzjonijiet isiru mis-Sezzjoni tas-Servizzi Veterinarji. Bħala prekawzjoni sabiex ma jinġarx mard minn razzett għallieħor jintlibes lbies protettiv u jintuża disinfettant adekwat għallħasil tarrubber boots.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa/raħħala Għawdxin li għandhom il-permess li jimmanufatturaw il-ġbejniet/ġbejniet tal-bżar? Kif qiegħed jiġi assigurat li fejn jinħadmu dawn il-prodotti ta' l-ikel fil-fatt jinżamm nadif? Tista' tikkwantifka l-informazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm disgħa u disgħin (99) bdiewa u raħħala Għawdxin li għandhom il-permess li jimmanufatturaw il-ġbejniet.
Jiena nfurmata ukoll li issir spezzjoni kull sitt xhur minn uffiċċjali tas-Sezzjoni tas-Saħħa biex jiġi żgurat li l-postijiet fejn jinħadmu dawn il-prodotti ta’ l-ikel jinżammu ndaf. Din l-ispezzjoni issir wara li s-Sezzjoni tas-Servizzi Veterinarji tkun informat lis-Sezzjoni tas-Saħħa li l-merħla kkonċernata tkun ħielsa mill-mard. Wara din l-ispezzjoni jinħareġ ċertifikat taħt il-firma tas-Servizzi Veterinarji, is-Sezzjoni tas-Saħħa u d-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.