B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24882 jista' l-Ministru jinformana x'derogi u perijodu transitorji pproponew lill-ministeru l-produtturi tal-majjal f'Malta u Għawdex sabiex ikollhom il-flessibbilta' li jaġornaw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?
Response (ZAMMIT, NINU)
Dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant hija informazzjoni li għadha qed tiġi negozjata. Għadu mhux il-waqt li tingħata l-informazzjoni mitluba. Dawn id-diskussjonijiet għad iridu jiġu diskussi fil-MEUSEC fejn l-Oppożizzjoni tista' tattendi.
Jista' l-Ministru jinformana meta saret l-aħħar laqgħa bejn il-meat sellers association u l-ministeru? X'talbu l-meat sellers association u x'iżviluppi kien hemm?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-aħħar laqgħa saret f'Marzu 2001 u din kienet dwar dħul ta' distributuri u ta' bejjiegħa tal-laħam fil-biċċerija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u New Zealand matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma sar l-ebda żvilupp ta' nota bejn Malta u New Zealand.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24876 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Ċipru matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ Ċipru id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji Malti offra li konsulenza lill-counterpart Ċiprijott dwar is-suġġett ta’ introduzzjoni tal-kunċett ta’ food safety fil-food chain kollha minn stable to table.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kien l-ammont totali ta' turnover (bejgh) f'prodotti u f'servizzi dikjarat li kienu suġġett għat-taxxa miżjuda ta' 15 fil-mija matul is-sena 2000?
Kemm kien l-ammont totali ta' bejgħ dikjarat li kien suġġett għar-rata ta' taxxa ta' anqas minn 15 fil-mija? U kemm kien l-ammont totali ta' bejgħ dikjarat li ma' kienx suġġett għall-ebda taxxa ta' valur miżjud?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din hi nformazzjoni pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid peress li residenti fi Triq H. Megizer Naxxar (Birguma) jinsabu bla sistema tad-drenaġġ tant li qed ikollhom jużaw fossa, jista' jara li jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet tiegħu l-estenzjon tad-drenaġġ?
Jista' jara li xogħlijiet isiru fl-affermattiv ħalli sax-xitwa li ġejja din it-triq tkun tista' tiġi asfaltata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din it-triq tinsab f'area magħrufa bħala Birguma. Din qiegħda f'livell baxx, u trid taqbad ġo Pumping Station li għad trid tinbena aktar tard.
L-applikazzjoni għall-kostruzzjoni tal-Pumping Station meħtieġa ntbagħtet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-programm ta' xogħlijiet li hemm bżonn isiru fi Triq H Megizer, Naxxar (Birguma) sabiex ir-residenti jkollhom bankini u toroq diċenti? Jista' l-Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet jkun lesti qabel ix-xitwa li ġejja ħalli ma' jkunx kawżat aktar perikolu u inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant għad ma fihiex sistema ta' dranaġġ.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-kordinament li kien qed isir bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Urban & Rural Landscaping sabiex jiġi żviluppat il-Ġnien ta' Għajn Qajjed fir-Rabat, Malta?
Jista' jaġġornani u jara li dan il-ġnien jiġi żviluppat qabel ix-xitwa li ġejja ħalli residenti ta' dan il-qasam tad-Djar fir-Rabat jkollhom diċenti u kif jixraqilhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi għalkemm saru taħditiet u komunikazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tar-Rabat f'dawn l-aħħar xhur, ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet speċifici dwar l-imsemmi ġnien.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24880 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Awstralja matul l-1999 u s-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma jirriżultax li qatt kien hemm xi diskussjonijiet jew kommunikazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi imsemmija.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'progress sar dwar il-proposti u l-ilmenti li resqu l-membri tal-Kooperattiva tat-Tjur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-proposti u ilmenti li ressqu l-membri tal-Koperattiva tat-Tjur waqt il-laqgħa li kellhom ma' uffiċjali mill-iSmall Business Unit ġew riferuti lill-Ministeru ta' l-Agrikultura sabiex jiġu evalwati u eventwalment fejn applikabbli tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jinfurmani xi progress sar dwar l-ilmenti u l-proposti tal-produtturi tat-tjur?
Jista' jinfurmani x'ġara mill-proċess tas-sistema tal-karta r-roża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għar-rapporti li saru fil-gurnali u b'referenza għall-fatti li kkonferma d-Direttur ta' l-Informazzjoni ċioe li ġew impurtati f'Malta, żwiemel min Franza, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-persuna minn B'Buġia ġiet preferuta biex timporta dawn iż-żwiemel meta d-dipartiment tar-servizz veterinarju kien ħareġ avvizz biex ma jiġux impurtati annimali ħajjien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna ma ġiet preferuta. Fil-fatt iż-żewġ importazzjonijiet ġew mit-trasportaturi approvati. L-ewwel importazzjoni - 24 siegħa qabel - kienet minn persuna li mhiex minn Birzebbuġa.
Jista' l-Ministru jara li bla aktar telf ta' żmien issir prova sabiex ikun magħruf l-impatt li tista tikkawża is-sistema one way fi Triq George Borġ Olivier ir-Rabat?
Jista' l-Ministru jara li fix-xahar ta' Mejju li ġej, issir din il-prova matul ix-xahar kollu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadda l-proposti tiegħu lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex is-sistema ta' one way fi Triq Ġorġ Borg Olivier tiġi mplimentata fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma dawk il-varjetajiet ta' laħam li se jkunu suġġett ta' żieda fid-dazju, levy, jew ta' kontroll ta' kwota wara li Malta tissieħeb fl-UE.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'impatt se jkollhom dawn is-sistemi fuq l-industrija ta' l-ikel u tat-Turiżmu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-kwalitajiet kollha ta' laħam, bħaċ-ċanga, majjal u tiġieġ, fil-preżent huma suġġetti għal-levies. Dan japplika wkoll għal prodotti maħduma mil-laħam bħalma huma l-burgers u nuggets.
Sa llum għadha ma ġietx stabbilita l-ebda skeda dwar it-tneħħija ta' dawn il-levies peress li bħalissa għad hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti lejn l-Unjoni Ewropea. Is-sistema li eventwalment ser titħaddem biex tirregola dan il-qasam għad trid tiġi stabbilita, wara li n-negozjati dwar il-kapitlu ta' l-Agrikoltura għad iridu jinfetħu.
Għaldaqstant huma prematur li f'dan l-istadju tingħata tweġiba konklussiva u definittiva għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikkawża l-imwiet ta' skorfom, imrejjen, qarnutt, irqieq, imżażem eċċ li nstabu fl-inħawi ta' popeye village nhar it-23 ta' April 2001? X'investigazzjoni saret?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ħut li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ilu mejjet xi 4 tijiem. Jidher li dan il-ħut għadda mill-istess esperjenza ta' ħut ieħor li dwaru ġiet ppublikata stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni numru 526.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huma n-numru ta' Għaqdiet Lokali u tal-volotarjat li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Isport u Kultura biex jiżviluppaw range tal-plattini matul dawn l-aħħar snin? Liema huma dawn il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex u xi progress sar dwar dawn it-talbiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Segretarjat irċieva talba mill-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti Mellieħa biex jingħataw għajnuna biex jiżviluppaw shooting range fil-Mellieħa. L-għaqda ġiet mitluba tibgħat pjanti tas-sit propost. Huma ġew ukoll mitluba jikkonfermaw jekk saritx talba formali lid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-allokazzjoni ta' l-art u lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-permessi meħtieġa. Sal-lum għadna ma rċevejna ebda risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli lokali li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jgħinu lill-għaqdiet tal-lokal tagħhom jsibu propjeta/art jew fond biex jiżviluppaw aħjar l-premises tagħhom ħalli joffri servizz aħjar lill-membri tagħhom waqt il-ħin ħieles tagħhom?
X'progress sar u x'iżvilluppi ġew reġistrati?
Response (BORG, TONIO)
Peress illi skond il-"policy" tal-Gvern, it-talbiet tal-Kunsilli Lokali (għall-proprjeta` tal-Gvern) jsiru minnhom lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li skond id-Dipartiment ta' l-Artijiet jirriżulta li għalqilhom iċ-ċnus tagħhom? Kemm huwa n-numru ta' tmien tar-raba' li fil-fatt iċ-ċnus fuqhom jinsabu mgħaluqa
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Membru huwa mitlub jispeċifika s-sena li dwarha qed tintalab din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda reġistrati fl-ewwel 3 xhur tas-sena f'Malta u Għawdex din is-sena? Kemm kien l-istess numru għall-ħames snin li għaddew sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' karozzi reġistrati fl-ewwel tlett xhur tas-sena huwa kif ġej:
sa 31.03.1996 - 4,461
sa 31.03.1997 - 3,328
sa 31.03.1998 - 2,935
sa 31.03.1999 - 3,734
sa 31.03.2000 - 4,505
sa 31.03.2001 - 3,038