Legislature:
Category:
Reset
Active:

Centre Strip

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26621?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-junction fejn hemm ic-centre strip li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret skond l-istandard Ingliż TA 20/84 maħruġ mill-Highways and Traffic Directorate tad-Department of Transport Ingliż. Ix-xogħolijiet proposti mill-Onor. Interpellant imorru kontra dan l-istandard u b'hekk ipoġġu l-junction lura għall-istat ta` periklu li l-proġett immira li jelimina. Għalhekk is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ma jistax jiġi milqugħ.
Leg 9 PQ #27006 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Relazzjonijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mill-entitajiet, awtoritajiet u istituti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, din is-sena għamlu użu minn servizzi ta' PR (relazzjonijiet pubbliċi) permezz ta' aġenziji privati? Jista' jgħid għal liema raġuni għamlu użu minn dawn l-aġenziji? Jista' jgħid kemm kien il-ħlas f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #27007 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mtarfa — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-talba tal-Kunsill ta' l-Imtarfa tar-residenti ta' l-Imtarfa u tiegħi sabiex tinfetaħ għassa tal-Pulizija fl-Imtarfa? Meta se tiġi milqugħa din it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-proposta qed tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #27008 Sitting 572 2001-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Taz-Zokkrija - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal aktar l-area tal-flats Taz-Zokkrija, il-Mosta, peress li l-inħawi jinsabu mudlama? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Djar — Taz-Zokkrija - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tal-housing jagħmel upgrading fil-madwar tal-flats Taz-Zokkrija, il-Mosta, partikolarment b'dawl adekwat u tranġar tal-madum maqlugħ li hu perikoluż għar-residenti, partikolarment t-tfal u l-anzjani? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li x-xogħol indikat hu responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma kienx ġie allokat dan l-appartament minħabba xi problemi li kienu rriżultaw, u issa li l-eta' għaffsitu, jeħtieġ li jsib appartament bla turġien, jista' jinvestiga l-possibilita li jsib xi soluzzjoni? Minħabba li l-persuna hija marida serjament, jista' jara li l-arranġamenti jsiru fl-affermattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata ma għandhiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Mosta — Taz-Zokkrija

Question

Jista' d-dipartiment tal-housing jara li jwettaq xogħol ta' upgrading fl-inħawi taz-Zokkrija l-Mosta u jinkludi l-bini ta' ħajt tas-sejjieħ li hemm imġarraf fi Triq il-Biedja? Peress li l-ħamrija qed tinżel fit-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li x-xogħol indikat jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #27000 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tal-Ħemsija — Sbruffar tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari nru. 26303 u cioe' s-sitwazzjoni ta' l-isbroffar tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Hemsija u l-kumpens lill-bdiewa in kwestjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26303.
Leg 9 PQ #27001 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MDP

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26754?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mhux kompitu tal-Ministeru tiegħi li jikkontrolla l-prezzijiet ta' prodotti li jistgħu jiġu mpurtati liberament għall-konsum fis-suq lokali. Dan jgħodd ukoll għall-iskimmed milk powder. Lanqas jiddependi mill-Ministeru tiegħi x'tip ta' prodotti huma mqassmin mill-kliniċi tal-Gvern kif issuġġerit mill-Onorevoli Interpellant. Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Malta Dairy Products issa ilha għal ħafna żmien tipproduċi u tbiegħ lill-konsumaturi lokali ħalib xkumat frisk li huwa ppakkjat b'mod l-aktar iġeniku kif ukoll huwa ta' tip li jissodisfa adekwatament il-bżonnijiet ta' dawk li minħabba saħħithom jinħtieġilhom jikkunsmaw ħalib xkumat.
Leg 9 PQ #27002 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Local Flight

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-ajruplani IUICC u IOBSU kienu f'Malta u jtiru local flight fuq zona ta' Malta? X'garanzija għandu l-Ministru li dawn l-ajruplani ma jintużawx sabiex jibgħatu messaġġi minn fejn qed ipassi l-pixxi spad u t-tonn fil-kosta tas-sajd ta' Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ajruplani IUICC u IOBSU ma jirriżultax li kienu f'Malta u għaldaqstant ma għamlu ebda local flights fuq iz-zona ta' Malta.
Leg 9 PQ #27003 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinformana bir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 26758?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26758 diġa' ingħatat f'Seduta Numru 563 fis-26 ta' Gunju 2001.

Mosta — Pont

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ il-possibbilta' li minn fuq il-pont sa ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza l-Mosta, li għandu 'l fuq minn 100 sena, ma jgħaddux trakkijiet kbar għaliex jirriżulta li qed ikunu ta' dannu kbir u ta' ħsara għall-pont?

Response (GALEA, ĊENSU)

Id-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel survey tal-pontijiet li hawn fil-ġzejjer Maltin biex jiġi stabbilit l-istat tagħhom u x'użu jista' jsir minnhom biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm ebda dannu għal pont u ebda periklu għas-sewwieqa.
Leg 9 PQ #26918 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Pont

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li ssir rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet konċernati sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, minħabba xi ħsarat ikkaġunati minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26920 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mosta — Pont

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, ma tibqax issirlu ħsara minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqu, u jekk hemm xi ħsara tittieħed azzjoni sabiex tiġi rimedjata peress li dan il-pont għandu 'l fuq minn 100 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt il-proposta ta' l-Onor. Membru lill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #26922 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mosta - Pont

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi sabiex ma jitħallewx jgħaddu trakkijiet kbar minn fuq il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, minħabba l-ħsara li dawn qed jikkawżaw lill-istess pont?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.
Leg 9 PQ #26940 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl u Ilma — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li kontijiet tad-dawl u ilma li qed nibgħat separatament jiġu rranġati sabiex il-kont ikun jirrifletti t-tnaqqis meħtieġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli membru li l-kont ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u naturalment jekk jirriżulta li fih xi żball isir l-aġġustament relattiv.
Leg 9 PQ #26996 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26757?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li l-kalkoli li għamel l-Onor. Interpellant huma kompletament żbaljati. Kien ikun biżżejjed li wieħed jikkonsidra li l-250 tunnellata (7.756 yield) patata taż-żriegħ Sante' ipproduċiet l-1939 tunnellata għas-safar, flimkien ma' kwantita konsiderevoli oħra li ġiet ikkunsmata lokalment. Waqt li minn 572 tunnellata (7.2 yield) patata taż-żriegħ Alpha ġew esportati 4,128 tunnellata. Ta' min jinnota wkoll li l-aħħar 'Netherlands Catalogue of Potato Varieties maħruġ minn NIVAA ikklassifika l-produzzjoni tas-Sante' bħala 'very high yielding -9' u dik tal-Alpha bħala 'high yielding -8'.
Leg 9 PQ #26869 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq G. Mitrovich il-Mosta tkun atrezzata b'dawl adekwat? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #26901 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT fuq tuck shops tal-iskejjel u l-canteens tal-fabbriki matul Jannar u Gunju 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Ġunju 2001 id-dħul net tal-Gvern taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud minn canteens kien ta’ Lm13,163. Il-klassifikazzjoniji ta’ canteens skond is-sistema NACE ma tispeċifikax jekk canteen hux ta’ skola jew post tax-xogħol, u għaldaqstant iċ-ċifra imsemmija tista’ tinkludi dħul minn canteens oħrajn.
Leg 9 PQ #26903 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul min Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa fuq il-petrol, lead free petrol u diesel matul Jannar u Ġunju 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Gunju 2001 id-dhul mit-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti msemmija kien hekk: Lm Petrol 3,805,708 Lead free Petrol 2,354,313 Diesel 2,804,586