Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27636 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27198 u ċioe jinfurmani x'passi ħa dwar ir-rapporti li għamel il-kunsill lokali tal-Mtarfa lid-Dipartiment tad-Drenaġġ dwar l-iżbruffar u ntejjen kbar tad-drenaġġ li qed jirriżultaw fl-inħawi ta' l-Imtarfa kif rappurtati mill-kunsill tal-Lokal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara laqgħa li uffiċjali tad-Drenaġġ kellhom mal-Kunsill ta' l-Imtarfa qiegħed jitħejja pjan biex isir tindif tas-'sewer mains' f'dan ir-raħal ħalli jitneħħew l-inkonvenjenti msemmija.
Leg 9 PQ #27551 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Extractors

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jinqalgħu l-extractors, generaturi u oġġetti li twaħlu bla permess mill-liċenzjaturi TL/V/18/98 u TL/V/38/98 u dan fir-rispett taż-żamma ta' l-ordni? Peress li residenti Mostin ta' l-inħawi jinsabu imdejqa kawża ta' dawn il-ħsejjes insupportibli li żdiedu aktar fil-lejl tat-12 ta' Lulju 2001, jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja sabiex is-sitwazzjoni terġa tiġi għan-normal għall-dawn ir-residenti? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27550 f`Seduta Nru. 586.
Leg 9 PQ #27576 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Ilmenti

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 27432 u l-fatt li l-ministru rriferini għal ministru konċernat dan ifisser li l-ministru ma ħa ebda passi dwar il-kopja ta' ittra li rċieva mir-residenti in kwestjoni? Jekk le, jista' għaldaqstant jinformana bil-passi li ħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27507 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GWU

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 27014, jista' jgħid jekk jistax jivverifika l-pagamenti li għad iridu jitħallsu lil ex-ħadddiema ta' l-ex-lukanda Verdala, jekk il-GWU tgħaddilu l-ammonti tal-pagamenti pendenti, skond kif iddikjara waqt il-ħin tal-mistoqsijiet f'seduta preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp qatt ma kellha claim mingħand il-G.W.U. dwar pagamenti lill-ex ħaddiema tal-lukanda Verdala. Ta' min jinnota li fl-1984, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp xtrat biss il-proprjeta', jiġifieri il-likanda u l-blokk ta' appartamenti u dakinhar ma saret ebda riferenza għall-kwistjoni tal-ħaddiema ta' l-ex lukanda.

Mosta — Kunsill Lokali - Toroq - Upgrading

Question

Jirriżultalu l-Ministru li r-rapporti uffiċjali tad-dipartiment tal-kunsilli lokali jikkonfermaw li 80% tat-toroq tal-lokal tal-Mosta jenħtieġu xi forma ta' manutenzjoni u upgrading? Jirriżultalu l-Ministru li minħabba f'pagamenti pendenti li għandu l-kunsill lokali tal-Mosta mhux possibbli li l-kunsill ikompli b'dawn ix-xogħlijiet meħtieġa għar-residenti Mostin? Jista' l-Ministru jikkonsidra, flimkien mad-dipartiment tal-housing, mad-dipartiment tat-toroq u tax-xogħlijiet pubbliċi, sabiex jitħejja pjan tax-xogħlijiet ta' upgrading fl-estates ta' Mlit, Zokkrija, u fl-inħawi ta' Santa Margerita? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-aħħar rapport li ħejja d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li dalwaqt jiġi ppublikat, u bejn l-14 ta` Mejju u l-4 ta` Lulju, jirriżulta li fil-Mosta hemm 59.06% tat-toroq urbani u 49% tat-toroq mhux urbani li mhumiex sodisfaċenti. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Mosta baqgħa għaddej bil-programm tiegħu tal-manutenzjoni tat-toroq skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-Kunsill. Mhux il-każ li l-Ministeru tiegħi jħejji pjan ta` xogħlijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza ta` Ministeri oħra.
Leg 9 PQ #27546 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Bajja - Tinġis

Question

Jista' l-Ministru jinformana x'ikkawża t-tinġis tal-baħar mid-drenaġġ fil-bajja ta' l-Għadira fil-Mellieħa riċentement? X'passi ttieħdu u f'liema parti tal-bajja kien hemm it-tinġis ta' l-ilma baħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-istqarrijiet maħruġa kemm mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kif ukoll mill-Ministeru għall-Ambjent. Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn l-istqarrijiet.
Leg 9 PQ #27548 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ċivili fl-4 ta' Ottubru 2000, li iddikjarat bħala vjolazzjoni tal-kostituzzjoni l-emmendi għall-Ordinanza tad-Dekontroll tad-Djar tas-sena 1979 u li illum jiffurmaw l-artikolu 12(4) u (5) tal-istess Ordinanza, jista' jagħti informazzjoni x'passi u misuri qiegħdin jittieħdu biex is-sidien li xtraw id-djar tar-residenza tagħhom a bażi tal-emendi tas-sena 1979 u tax-xerrejja prospettivi tad-djar tar-residenza li huma soġġetti għal ċens temporanju, ikunu ċerti dwar il-legalita tat-titolu tagħhom rigward l-istess proprieta?

Response (BORG, TONIO)

Is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ċivili fl-4 ta` Ottubru 2000, li ddikjarat bħala vjolazzjoni tal-kostituzzjoni l-emmendi għall-Ordinanza tad-Dekontroll tad-Djar tas-sena 1979 u li llum jiffurmaw l-artikolu 12(4) u (5) ta` l-istess Ordinanza, qiegħda tiġi appellata.
Leg 9 PQ #27550 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Extractors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li minkejja l-interventi u s-serjeta tal-pulzija fil-kwistjoni li teżisti dwar il-liċenzja TL/V/18/98 u TL/V/38/98 u residenti ta' dawn l-inħawi fil-Mosta, dan is-supermarket, reġa żied aktar l-extractors li qed ikomplu joħolqu storbju u nkonvenjent kbir lir-residenti tant li residenti jinsabu fi stat ta' paniku kbir għaliex il-ħsejjes saru nsupportabli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, fis-sit in kwestjoni fejn twaħħlu l-imsemmija extractors fid-data ndikata fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27551, diġa` hemm Avviż Biex Tieqaf u Ta` Twettieq b`referenza ECF 1174/00 u dan ġie segwit b`azzjoni diretta fid-19 ta` Lulju 2001 billi ġie ssiġillat il-post.
Leg 9 PQ #27468 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Peress li l-problemi kibru flok naqsu għar-residenti Mostin qrib ta' l-inħawi tas-supermarket li għandu l-liċenzja TL/V/18/98 u TL/V/18/98, jista' l-Ministru jara li l-pulizija tinvestiga aktar is-sitwazzjoni ħalli ma' tkompliex tinkiser il-liġi u jispiċċaw l-inkonvenjent bla limitu li qed iħabtu wiċċhom miegħu r-residenti nkwistjoni? Jekk fl-affermativ meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` ħadet u ser tibqa` tieħu l-passi kollha meħtieġa skond il-liġi. Infurmat ukoll li hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #27473 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta

Question

JIsta' l-Prim Ministru jinfurmani x'passi ħa dwar kopja ta' ittra ta' 24 ta' Novembru 2000 li residenti Mostin bagħtu dwar l-ilmenti tagħhom li tagħhom qed nibgħat kopja separatament? Jista' jinfurmani xi progress sar u x'inhija s-sitwazzjoni dwar l-ilmenti pendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ittra msemmija fil-mistoqsija kienet indirizzata lill-Awtorità’ ta’ l-Ippjanar u ikkupjata lili għall-informazzjoni. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru responsabbli.

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa sabiex jara li tiġi rispettata l-ittra li bagħt is-Sindku tal-Mosta nhar it-3 ta' Novembru 2000 (kopja qed nibgħata separatament) X'progress sar bħala riżultat ta' l-ittra tas-Sindku u x'inhija s-sitwazzjoni għar-residenti in kwistjoni illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-ittra msemmija ma kienitx indirizzata u kkupjata lill-Ministeru tiegħi jiena ma stajt nieħu l-ebda passi. Jiena issa għaddejt l-ilment lill-Kunsill Lokali konċernat biex jittieħdu l-passi neċessarji. Madanakollu, peress li r-responsabbilita' biex jitwaqqaf l-inkonvenjent hija totalment tal-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #27488 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa sabiex jara li tiġi rispettata l-ittra li bgħat is-Sindku tal-Mosta nhar it-3 ta' Novembru 2000 li tagħha qed nibagħat kopja separatament dwar l-ilmenti ta' residenti Mostin inkwistjoni? X'progress sar, x'passi ttieħdu? X'inhija l-posizzjoni tas-sitwazzjoni tar-residenti dwar l-ilmenti msemmija? Jista' jara li ssir il-ġustizzja meħtieġa sabiex dawn ir-residenti ikun jistgħu jgħixu bħan-nies.

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27431 f`Seduta Nru. 583.
Leg 9 PQ #27489 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa d-Dipartiment tas-Sanita sabiex jieħu l-passi dwar l-ilmenti tar-residenti t-toroq partikulari fil-Mosta kif imfissra fl-ittra datata 3 ta' Novembru 2000 mis-Sindku tal-Mosta li tagħha qed nibgħat kopja separatament? Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar, x'passi se jkompli jittieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27489, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull darba li rċevejna xi lment dwar xi skart konness mas-supermarket indikat dejjem ittieħdu l-passi neċessarji mill-Ispetturi tas-Saħħa u l-area ġiet disinfestata għal kontra l-ġrieden. Illum, 17 ta' Lulju 2001, saret spezzjoni oħra mill-ispettur tar-Reġjun fis-sit fejn hemm il-gaġġa msemmija u skip iżda ma ġietx innutat xi skart fl-art. Mill-aħħar ilment li sar fi Frar ta' din is-sena ma waslux aktar ilmenti. Rigward l-ilmenti l-oħra msemmija fl-ittra annessa, ninforma li dawn ma jaqawx taħt il-kompetenza ta' dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #27490 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa l-Ministeru dwar kopja ta' ittra li rċieva s-segretarju Parlamentari Edwin Vassallo nhar it-2 ta' Ottubru 2000 li tagħha qed nibgħat koppja separatament? Jista' l-Ministru jinfurmani x'titjib sar bħala riżultat tal-passi li ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni tar-residenti ta' dawn it-toroq partikulari fil-Mosta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, l-ittra ma ġietx indirizzata lill-Ministeru iżda lil diversi persuni u korpi, fosthom is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo. Jiena ċert li l-Onorevoli Segretarju Parlamentari mhux biss ħa interess fil-materja iżda qed jagħmel dak kollu possibbli biex tinstab soluzzjoni li tkun ta' sodisfazzjoni għall-partijiet kollha.
Leg 9 PQ #27431 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement Section - Mosta

Question

Jista' l-Minstru jinformana x'passi ħadet il-planning authority u cioe' l-enforcement section dwar kopja ta' ittra li persuna - isimha u kopja ta' l-ittra qed jintbagħtu separatament - irċeviet dwar inkonvenjent għar-residenti ta' toroq partikolari fil-Mosta? Jista' l-Ministru jinformana x'sar minn dakinhar sal-lum u x'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27431 u għall-punti bażiċi ta` l-imsemmija ittra annessa ma` din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet diversi passi kontra s-sid ta` dan l-istabbiliment u nħarġu tlett Avviżi biex Tieqaf u ta` Twettieq li huma: ECF 1174/00 maħruġ fis-27 ta` Ottubru 2000, talli ġiet imsaqqfa bitħa interna, ftuħ ta` aċċess f`appoġġ minn ħanut għall-ħanut ieħor, bdil t`użu ta` spazju miftuħ għall-parkeġġ ta` karozzi u 'storage area', ftuħ ta` bieb ieħor fl-appoġġ li jagħti għall-istess spazju, tinda fuq l-imsemmi bieb u talli tneħħa l-ispazju approvat għall-parkeġġ fil-permess PA 7388/95, maħruġ fil-11 ta` Marzu 1998, u qiegħed jintuża bħala parti mis-supermarket. ECF 97/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001, talli sar bdil t`użu f`post adjaċenti mall-parkeġġ minn abitazzjoni għall-store. ECF 98/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001, talli sar bdil t`użu minn garaxx (għall-ipparkjar ta` karozzi privati) għall-store. Rigward l-ewwel Avviż, ċioe` ECF 1174/00, il-file relatat ġie riferut għall-Azzjoni Diretta għalkemm hemm applikazzjoni sanatorja li għadha pendenti, b`referenza PA 2910/01. Għar-rigward taż-żewġ Avviżi l-oħra hemm Appelli pendenti kontra dawn l-Avviżi. Dwar l-użu ta` l-istabbiliment u ksur ieħor ta` l-Att dwar l-Ippjanar (kif imsemmi aktar il-fuq) l-Awtorita` se tieħu l-passi neċessarji. Għal dak li jirrigwardja l-Pulizija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet u ser tibqa` tieħu l-passi kollha meħtieġa skond il-liġi. Jiena nfurmat ukoll, li x-xahar l-ieħor kienet inżammet laqgħa fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, u li għaliha kienu attendew ukoll xi wħud mir-residenti flimkien ma` l-avukat tagħhom, fejn matul din il-laqgħa kien ġie spjegat l-azzjoni kollha li l-Pulizija kienet ħadet u qed tieħu dwar l-ilmenti tagħhom. Wara li ġew iċċarati xi punti, ir-residenti kienu dehru sodisfatti b`dak li l-Pulizija kienet għamlet u qegħdha tagħmel.
Leg 9 PQ #27432 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jinformana s'passi ħa dwar kopja ta' ittra li rċieva nhar l-24 ta' Novembru 2000 dwar l-ilmenti li resqulu residenti Mostin? - kopja ta' l-ittra qed tintbagħat separatament - Xi progress sar u meta se jiġu rranġati l-inġustizzji u l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti Mostin in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #27433 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

JOint Office

Question

Jista' l-Ministru jinformana bil-progress li sar dwar l-ittra li bgħat is-sindku tal-Mosta nhjar is-6 ta' Novembru, 2000 lill-Joint Office li tagħha qed nibgħat kopja separatament? X'ġara minn din il-miżbla u għaliex sal-lum tħalliet teskala? Jista' l-Ministru jieħu l-passi immedjatai sabiex tissolva l-inġustizzja u l-ksur tal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-materjal li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tneħħa minn fuq il-post.
Leg 9 PQ #27436 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wardija

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li xi bdiewa fl-inħawi tal-Wardija qed jiġu mistoqsija jekk humiex jaħdmu r-raba peress li r-raba tagħhom hija suġġett ta' xi żvilupp ta' Golf Course fl-inħawi; jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ebda bidwi fl-inħawi tal-Wardija ma lmenta mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar xi mistoqsijiet li sarulhom. Jien infurmat ukoll li ma saret l-ebda konsultazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura mill-Awtorita tal-Ippjanar dwar xi żvilupp ta' Golf Course fl-inħawi kif allega l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #27437 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Wardija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx xi talba għall-żvilupp ta' golf course fil-Wardija? Jista' l-Ministru jinvestiga x'awtorita' għandhom il-persuni li qed javviċinaw lill-bdiewa sabiex jispezzjonawlhom ir-raba jekk huwiex tinħadem peress li fuqu se tiġi żviluppata golf course?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kellhiex talba għal-żvilupp ta` "Golf Course" fil-Wardija. Minn naħa tad-Dipartiment ta` l-Artijiet ninsab infurmat illi ma għandu l-ebda talba simili, u għaldaqstant ma bagħat l-ebda impjegati sabiex javviċinaw il-bdiewa f`dan ir-rigward.