Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul dawn l-aħħar xhur reġgħu ingħatawlhom lura l-benefiċċji tal-SKA wara l-każ tagħhom kien qed jiġi investigat mill-Dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li l-Għajnuna Medika titħallas lill-Kap ta' Familja li jissodisfa, minbarra kriterji mediċi, t-test tal-meżżi. Iċ-ċirkostanzi ta' familja jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, għal diversi raġunijiet. Hekk, ngħidu aħna, ċirkostanzi dwar dħul, jew il-kompożizzjoni tal-familja. Kull każ jiġi rivedut u fejn l-għajnuna kienet twaqqfet din tista' terġa tibda titħallas mid-data applikabbli skond il-każ. Dan ifisser li persuna tista' tirċievi għajnuna f'perjodi differenti, filwaqt li ma tkunx intitolata għall-għajnuna f'xi perjodi oħra. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika dwar informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'tip ta' każijiet ta' infezzjonijiet ġew rapportati lid-Dipartiment tas-Saħħa kawża tat-tniġġiż l-rriżulta fix-xtut tagħna dan is-sajf?
Sar xi kuntatt mat-tobba li jaħdmu fil-privat sabiex il-Gvern jkollu aktar kontroll tas-sitwazzjoni? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jekk le, jista' jara li jsir dan it-tip ta' stħarriġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirrepeti u nikkonferma dak kollu li għidt fil-ħin tat-Tweġibiet Orali, jiġifieri li t-Taqsima Tħaris tal-Mard tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, sa llum ma rċeviet ebda notifika ta' mard ikkaġunat minn xi bajja mniġġsa. It-tobba huma obbligati biss li jinnotifikaw dak il-mard li huma speċifikati fl-Ordinanza dwar it-Tħaris tal-Mard, Kapitlu 36.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi regolata l-applikazzjoni ta' children allowance li għanda r-referenza 314459 (M) meta fil-fatt se jsiru l-pagamenti dovuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi regolata l-applikazzjoni ta' children allowance li għanda r-referenza 314459 (M) meta fil-fatt se jsiru l-pagamenti dovuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu sabiex ikun magħruf x'ikkawża it-tkissir u l-qerda ta' siġar tal-Prinjol li hemm f'Valletta Road, Rabat, fejn qed isiru xogħlijiet estensivi fuq xi trinek?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra li għall-budget li ġej jgħolli c-ceiling tac-Children's Allowance?
Kemm kien n-numru ta' familji li matul l-2000 u 2001 tnaqqsulhom il-benefiċċju tac-children's allowance f'Malta u Għawdex separatament? Kemm huma f'ċifra ta' flus l-ammonti globali li tnaqqsu fis-snin imsemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26359 f'Seduta Numru 549.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi raġunijiet għaliex ir-rata ta' l-Allowance tat-Tfal tgħola, titnaqqas jew tieqaf minn żmien għal żmien. Fosthom hemm fejn tfal jgħalqu sittax-il sena jew jaqbdu jaħdmu, separazzjonijiet bejn ġenituri, mewt ta' xi wieħed mill-ġenituri jew waqfien mix-xogħol kif ukoll ċaqliq tat-tfal minn familja għall-oħra jew dħul f'xi istitut. Biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ikun meħtieġ proċess ġdid fis-sistema preżenti li jirrikjedi mhux biss spiża sostanzjali iżda wkoll diversi riżorsi umani li huma meħtieġa biex jipproċessaw il-ħruġ ta' pagamenti dovuti. Għalhekk m'hiniex f'pożizzjoni li nwieġeb għal din il-parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawrar tad-Drenaġġ f'Kennedy Groove? Kemm kienet l-ispiża involuta għat-tiswijiet?
X'passi se jieħu d-Dipartiment sabiex barra li jsemmi l-ħsara temporanja jara li din tiġi indirizzata għal-long term?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fawran tad-drenaġġ f'Kennedy Grove kien minħabba t-tiswijiet li kienu qegħdin isiru f'tax-Xama f'San Pawl il-Baħar u mhux minħabba xi ħsara f'Kennedy Grove.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27327 u l-fatt li t-talba ilha pendenti għall-madwar xahrejn kif wkoll minħabba l-fatt li diġa rriżultaw inċidenti tat-traffiku tant li karozza daħlet fil-ħadid ta' din ir-roundabout, jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni urġenti?
Jekk fl-affermattiv mela ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li din it-talba ġiet ikkunsidrata u fil-fatt inbdew il-proċeduri biex tiġi attwata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu fis-CCF u li sentenza tal-piena tagħhom għalqet fl-ewwel 6 xhur tas-sena?
Kemm huwa n-numru ta' dawk li s-sentenza taghħhom tagħlaq din is-sena? Kemm minn dawn il-persuni kienu ta' nazzjonalita' Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma hemm l-ebda priġunier li serva is-sentenza tiegħu matul l-ewwel 6 xhur tas-sena u għadu fil-Faċilita`. Dawk li skontaw xi sentenza matul l-ewwel sitt xhur tas-sena u għadhom fil-Faċilita`, qegħdin hemm jew għax għandhom xi każ pendenti u allura jinsabu taħt arrest preventiv, jew għax qegħdin jiskontaw xi sentenza oħra.
Fir-rigward tal-Maltin, diġa` ġew skontati 101 sentenzi matul din is-sena. Sa l-aħħar tas-sena huwa kkalkulat li jiġu skontati 35 sentenza oħra. Dawn il-figuri ma jissarfux f`numri ta` persuni minħabba li persuna jista` jkollha aktar minn sentenza waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-basal esportat matul 1999, 2000 u 2001?
X'varjetajiet ġew esportati kull sena? Lejn liema pajjiżi ġew esportati dawn il-varjetajiet tal-basal?
X'prezzijiet ġabu l-bdiewa f'kull sena rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant tixhed kemm hu maqtuh mill-kuntatti mal-bdiewa għaliex jidher li qajla jaf x'inhu jiġri madwaru. Infakkru fi żmien meta kien hu responsabbli mill-Agrikoltura, mhux biss tista tgħid li ma kienux saru esperimenti fuq is-safar tal-basal minn Malta iżda kompla naffar lil min kien ħa inizjattiva biex isiefer ftit mill-kwantita' żejda li kien hawn fis-suq lokali.
Bħal ma wieħed jaf, ħlief għal xi container 'l hawn u 'l hinn, l-esportazzjoni ta' dan il-prodott tista tgħid ilha li nqatgħet minn Malta sa mill-1983. Naturalment għalkemm hemm diffikultajiet kbar biex tqajjem din l-attivita ekonomika mill-ġdid, id-Dipartiment tal-Agrikoltura qiegħed jagħmel kull sforz biex jesplora
din il-possibilita billi jagħmel provi fuq varjetajiet preferuti fi swieq prospettivi.
Għaldaqstant matul l-aħħar tlett snin ma setax ikun hemm esportazzjoni tal-basal ħlief għal xi samples li jintbagħtu bħala prova.
Madanakollu nżid ngħid li fl-aħħar sena inbdiet inizjattiva mill-privat biex l-esportazzjoni ta' dan il-prodott terġa' tibda ssir kemm il-darba tinstab varjeta aċċettabbli fi swieq barranin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26764 u ċioe jgħid kemm qabel il-friża kif wkoll wara l-friża ta' l-applikazzjoni għall-sħubija ta' Malta fl-UE kemm inġabu flus mill-EU sabiex jingħataw f'għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-Agro-Industrija sabiex dawn jimmodernizzaw u jkunu konformi mar-regoli tal-CAP. Kemm fil-fatt hija n-nefqa li jirrikjedu l-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-Agro-Industrija biex ikun konformi mal-CAP?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf li minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ġiet iffriżata, id-Djalogu Strutturat li kien inbeda bejn Malta u L-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Agrikoltura u s-Sajd kellu jieqaf ħesrem. B'hekk Malta ma setgħetx tibbenifika minn fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea għall-għan imsemmi lill-pajjiżi kandidati oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-prezzijiet għoljien fl-industrija tat-trobbija tal-majjal, jista' l-Ministru jwieġibni għas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-majjal li jħalltu huma l-għalf tagħhom u mhux jixtru mis-sorsi lokali tal-KPH u Andrews?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 27329 u 27320.
Tajjeb nippreċiża dak li għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 27332 u cioe' li filwaqt li fuq linji ġenerali l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għandu interess f'kull materja li għandha x'taqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-qasam agrikolu, inkluż it-trobbija tal-majjal, jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-follow up tal-mistoqsija parlamentari nru. 27328?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li saru mid-Diviżjoni tal-Kummerċ jirriżulta li l-mediċina imsemmija mill-Onorevoli Iterpellant tikkonsisti f'żewġ prodotti separati. Dawn huma l-"micro spectrum antibiotics" li bħalissa jiswa Lm6 u l-vaċċin BPM li fil-preżent jinxtara bil-prezz ta' Lm17 u li matul dawn l-aħħar ħames snin kien jiswa Lm15.50c.
Għal dak li jirrigwarda vaċċini li jintużaw fuq il-majjal, il-prezz tagħhom bħalissa ivarja bejn Lm3 u Lm18, jiddependi mit-tip ta' marda li tkun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati nieqsa lil-Pulizija matul dawn l-ewwl 6 xhur tas-sena?
X'irriżulta lill-Pulizija f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena kien hemm 96 persuna rrapurtati nieqsa lill-Pulizija. Dawn kollha ġew accounted for jew instabu.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti tar-residenti tal-Baħrija peress li r-reception tat-Tv Malta mhux ikun ċar u ta' inkonvenjent u żvantaġġ kbir għall-kommunita' kollha tal-Baħrija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili qed jinvestiga dan l-ilment sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet tal-ajru li kienu suġġett għall- xi delay tat-titjira mit-tluq tagħhom minn Malta matul l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri nvoluti?
Liema linji ta' l-ajru kkawżaw dawn id-delays fl-Airport Internazzjonali ta' Malta
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena kien hemm 2,502 titjiriet li kienu suġġetti għal "delays" ta' aktar minn ħmistax-il minuta. It-total ta' passiġġieri involuti f'dawn id-"delays" kien ta' 276,561. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ma naħsibx li jkun etikament prudenti li tingħata informazzjoni dwar il-linji ta' l-ajru li kkawżaw dawn id-"delays".
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold up li ġew rapurtati lil pulizija xhar b'xhar matul din is-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament għall-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1997
1998
1999
2000
2001
Jannar
2
3
8
1
1
Frar
2
4
4
4
4
Marzu
2
7
4
2
3
April
1
6
4
5
2
Mejju
4
3
nil
3
2
Ġunju
2
4
2
2
2
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi regolata l-applikazzjoni għaċ-children allowance li għandha referenza 722161 (M) ta' applikant mill-Mellieħa?
Jekk fl-affermattiv meta? Meta fil-fatt se jsiru l-pagamenti dovuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.