Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27746 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-produzzjoni agrikola organika sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-produzzjoni agrikola organika matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27747 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tas-Servizzi veterinarji sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27748 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-ħarsien tal-ġonna pubbliċi sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-ħarsien tal-ġonna pubbliċi matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27749 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta l-Agriekoloġiku sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma' kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ speċifikament fil-qasam ta' l-Agriekoloġiku matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27738 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-ħut ta' l-Akwakultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport annwali tad-Dipartiment għal dak li huwa taħriġ li pparteċipaw fih uffiċjali tad-Dipartiment barra minn Malta.
Leg 9 PQ #27739 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-produzzjoni tat-titqis tal-bajd sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma' kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-produzzjoni tat-tifqis tal-bajd matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27740 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-viti kultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ speċifikament fil-qasam tal-vitikultura matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27741 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta' l-Api Kultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27740.
Leg 9 PQ #27742 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-ortikultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarrġu fil-qasam tal-ortikultura matul l-1999, 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #27743 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-landscaping sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Uffiċjal wieħed attenda kors ta' ġimgħatejn imnidi miċ-CIHEAM fit-Tunisia dwar il-maniġġ ta' siġar taż-żebbuġ.

Xemxija — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-progress li sar b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26250 u 13, 428 u 19652 dwar Triq il-Pristorja u Triq Imġiebati fix-Xemxija L/O San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara sejħa għall-offerti li għalqet fit-12 ta' Ġunju 2001, ġie mqabbad kuntrattur biex jagħmel ix-xogħolijiet meħtieġa sabiex it-triq tiġi asfaltata. B'hekk ir-residenti ta' dawn it-toroq ikunu jistgħu jgawdu wkoll mix-xogħol siewi li l-Ministeru għat-Trasport qed iwettaq fil-qasam tat-toroq.
Leg 9 PQ #27659 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qerda ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrku u ttellgħu l-Qorti persuni akkużati b'qerda ta' siġar matul l-ewwel sitt xhur tas-sena mill-pulizija? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000 u l-1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma kienx hemm persuni li ġew akkużati quddiem il-Qorti b`qerda ta` siġar.
Leg 9 PQ #27670 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-majjal sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator għat-training lokali fl-Animal Welfare.
Leg 9 PQ #27671 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-fniek sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet specjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju ufficjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator ghat-training lokali fl-Animal Welfare.
Leg 9 PQ #27672 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-tjur sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator għat-training lokali fl-Animal Welfare. Barra minhekk, il- Veterinary Support Officers sejrin jattendu kors ta' sitt xhur fl-Olanda
Leg 9 PQ #27673 Sitting 592 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-baqar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator ghat-training lokali fl-Animal Welfare.
Leg 9 PQ #27649 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Deportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati barra minn Malta matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? X'nazzjonalita' kienu u x'etajiet kellhom? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, ġew deportati 325 persuna li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u 49 sena. 312 kienu rġiel filwaqt li 13 kienu nisa. In-nazzjonalita` tagħhom kienet kif ġej: Ċekoslovakka, Filippina, Tuneżina, Marokkina, Pakistana, Eġizzjana, Libjana, Ingliża, Rumena, Russa, Ukrajina, Bulgara, Sirjana, Jugoslava, Torka, Bangladesh, Bosnijaka, Ċiniża, Ġermaniża, Ġordaniża, Lebaniża, Palestinjana, Peruvjana u Sudaniża. Inġibditli l-attenzjoni, illi bi żvista t-tagħrif li jien kont ġejt mogħti għat-Tweġiba ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 27193, ma kienx komplet. Għaldaqstant, it-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27193, għandu jkun dak li qiegħed nagħti f`din it-Tweġiba.
Leg 9 PQ #27650 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skavar ta' Fdalijiet Storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk il-pajjiżi u Universitajiet barranin li għandhom xi ftehim mal-Gvern u l-Universita' ta' Malta sabiex jgħinu f'xogħlijiet ta' skavar ta' fdalijiet storiċi fil-ġżejjer tagħna? X'progress sar abbażi ta' dawn il-kuntratti matul l-1999-2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universitajiet barranin li għandhom xi ftehim mal-Gvern sabiex jgħinu f'xogħlijiet ta' skavar ta' fdalijiet storiċi fil-gżejjer Maltin huma: * L-Institute of Nautical Archaeology (INA) fi ħdan l-Universita` ta' Texas A&M Il-ftehim bejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-INA jagħmel provvedimenti sabiex isir survey u anki investigazzjonijiet dettaljati tal-fdalijiet arkejoloġiċi fl-ibħra Maltin, permezz ta' kollaborazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, bl-għajnuna sħiħa ta' l-Awtorita` Marittima. Din is-sena, ipparteċipaw ukoll studenti mill-Universitajiet ta' Malta u Bristol, waqt li inkisbet għajnuna speċjalizzata teknika mill-Universita` ta' Trondheim fin-Norveġja. Din l-għajnuna teknika ġiet finanzjata mill-INA. Mill-1999, meta bdiet din il-kollaborazzjoni, twettqu numru ta' oġġettivi importanti. Inkiseb tagħrif ġdid dwar l-importanza tad-depositi arkejoloġiċi fil-protijiet ta' Malta. Ġew spezzjonati fdalijiet li kienu diġa' ġew dokumentati fl-imgħoddi, u ġew dokumentati fdalijiet oħra. Din is-sena, bdew jiġu studjati fdalijiet tal-perjodu puniku ta' importanza kbira xjentifika li jinsabu f'ibħra fondi madwar Malta. Żewġ rapporti xjentifiċi fuq dan ix-xogħol ġew applikati diġa fil-USA, u qed jiġi ppreparat studju ieħor għall-pubblikazzjoni xjentifika lokali. * L-Universita` ta' La Sapienza (Ruma) flimkien ma' l-Universita` La Cattolica (Milan) u l-Universita` ta' Lecce Il-kollaborazzjoni ma' dawn l-Universitajiet, li tmur lura għas-snin Sittin, jirrigwardja l-istudju u l-kura taż-żewġ siti arkeoloġiċi ta' Tas-Silġ (Marsaxlokk) u ta' San Pawl Milqi (Burmarrad). Din il-kollaborazzjoni qed tiġi ffinanzjata mill-fondi għar-riċerka ta' dawn it-tlett universitajiet, kif ukoll minn fondi tal-Ministero Degli Affari Esteri ta' l-Italja. Min-naħa tiegħu, dawn l-aħħar sentejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet iffinanzja numru ta' xogħlijiet ta' natura loġistika u strutturali fuq dawn iż-żewġ siti arkeoloġiċi. Mill-1999 ix-xogħol ma' dawn it-tliet Universitajiet Taljani kien jinvolvi kemm ix-xogħol ta' riċerka arkeoloġika, kif ukoll xogħol importanti ta' konservazzjoni fuq il-fdalijiet arkeoloġiċi ġewwa Tas-Silġ (li inbeda fl-2000) u f'San Pawl Milqi (din is-sena). Dan ix-xogħol ta' konservazzjoni qed isir minn esperti nnominati mill-Istituto Centrale per il Restauro ta' Ruma, u qed jiġi ffinanzjat mill-fondi tal-Ministero per gli Affari Esteri. Parti mix-xogħol ma' dawn l-universitajiet taljani jinvolvi wkoll il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' din ir-riċerka kemm f'journals Maltin kif ukoll f'konferenzi barra minn Malta. * L-Universita` ta' Malta għandha programm ta' riċerka arkeoloġika f'Tas-Silġ. Dan ix-xogħol isir bħala parti minn Summer School li jiġi organizzat mid-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija ta' l-Universita` ta' Malta. Il-programm ta' dawn ix-xogħlijiet jinkludi kemm riċerka arkeoloġika kif ukoll courses didattiċi.
Leg 9 PQ #27651 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex fejn qed isir skavar ta' fdalijiet storiċi koordinat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-mument? Meta huwa maħsub li jiġu finalizzati hawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27652 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bini Storiku

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani f'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex qed issir xogħol ta' restawr fuq bini storiku fil-mument? Meta huwa maħsub li jiġi finalizzat dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' restawr fuq il-wirt arkitettoniku f'Malta u Għawdex isir mill-Unit Għar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Min-naħa tiegħu, id-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa bħal issa impenjat fuq ir-restawr ta' erba' siti arkeoloġiċi prinċipali, jiġifieri: * Ir-restawr tal-ħsara li saret fl-attakk vandalu fuq l-Imnajdra ta' April 2001, kif ukoll ir-restawr tal-ħsara li seħħet fl-1996 ġewwa Ħaġar Qim b'effett tal-maltemp. Dawn ix-xogħlijiet għadhom kif tlestew. * Il-konservazzjoni taż-żewġ siti arkeoloġiċi ta' Tas-Silġ (Marsaxlokk) u San Pawl Milqi (Burmarrad). Dan ix-xogħol qed isir b'kollaborazzjoni mal-Missione Archeologica Italiana A Malta u għandu l-appoġġ tekniku ta' l-Istituto Nazzionale per il Restauro ta' Ruma.