Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni taċ-ċerejali wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni taċ-ġobon wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-powder milk wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinformana x'mentalita' ta' bidla għall-konsumaturi l-MEUSAC irid li jwettqu l-Poultry Processors Association fil-gżejjer tagħna?
Response (BORG, JOE)
Il-MEUSAC huwa kumitat maħtur apposta sabiex jevalwa l-pożizzjoni tal-Gvern fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u sabiex jagħti pariri fuq din il-pożizzjoni w aspetti oħra tal-proċess tal-isħubija lill-Kumitat tal-Kabinett.
Il-MEUSAC m'għandu l-ebda kompitu li jagħti pariri lill-assoċjazzjonijiet jew setturi partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Malti matul 1999, 2000 u 2001 ma għamilx talbiet fi ħdan it-WTO sabiex jipproteġi s-settur tal-Biedja lokali permezz tas-special safeguards provisions kif għamlu 38 pajjiżi membru tad-WTO inkluż il-Polonja li bħal Malta hija pajjiż applikant għall-isħubija fl-UE sabiex jiproteġu l-biedja ta' pajjiżhom u dritt ta' l-għixien tal-bdiewa u raħħala u tal-familja tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf l-iSpecial Safeguard Provisions japplikaw meta pajjiż ikun intrabat bi kwota ta' importazzjoni ta' xi prodott u li din il-kwota ta' importazzjoni tkun suġġetta għal tariffa ta' protezzjoni baxxa ħafna. Dawn l-arranġamenti jsiru meta pajjiż isir membru tal-WTO.
L-Onor. Interpellant jaf li meta Malta saret membru tal-WTO ma ntrabtitx bi kwota. Fil-fatt Malta għandha qafas wisq aħjar u din hi l-fehma ta' esperti kbar. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu ta' Special Safeguard Measures ma japplikax.
L-Onor. Interpellant għandu jkun assigurat li, jekk u meta, Malta teħtieġ li tbiddel il-qafas ta' protezzjoni li għandha bħalissa, il-Gvern jara li jiġu fis-seħħ dawk il-miżuri kollha meħtieġa li jassiguraw il-vijabbilita’ u l-qligħ tal-bidwi u r-raħħal Malti.
Jista' l-Ministru jinformana kif se tkun imħaddma s-sistema ta' sussidju fl-industrija tat-tjur bejn dawk li jipproduċu t-tiġieġ tas-simna u għall-produzzjoni tal-bajd u l-proċessuri kif qed jipproponi l-gvern sabiex ineħħi l-protezzjoni tal-levy?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet interessati biex tinstab l-aħjar formula.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jiriżultax li l-kolonji tan-naħal li kienu stazzjonati fir-Rabat ta' Malta tneħħew? Jekk huwa l-każ, x'inhuma r-raġunijiet? Kemm kien ilhom jinżammu dawn il-kolonji tan-naħal u x'kien l-iskop tad-Dipartiment li dejjem zammhom hemm hekk?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li tneħħa n-naħal kollu mill-foss ta' l-Imdina. Dan sar sabiex isiru xogħlijiet ta' restawr tas-swar ta' l-Imdina. Ix-xogħol beda fis-16 ta' Ġunju 2001. Il-frieħ tan-naħal li kienu qed jitrabbew fil-foss taħt il-'Connaught' kellhom jitneħħew u jittieħdu band'oħra qabel beda x-xogħol.
In-naħal ilu jitrabba f'dan il-post mill-1974. Jien infurmat li dan il-post kien kunsidrat ideali għat-trobbija tan-naħal.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżura ta' kontroll approva għall-farms tat-tuna penning fil-kosta tal-gzejjer tagħna sabiex jassigura li l-għalf tal-ħut li jintuża ma jikkawżax problemi u/jew joħloq mard, viruses, eċċ fil-qiegħ tal-baħar tal-kosta tagħna peress li dan jista' jkun ħut ta' natura differenti mill-ħlejjaq tal-ħut tal-baħar tal-mediterran u tal-kosta tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27873 u nżid li fil-ħut il-mard huwa speċifiku ħafna u fil-linja ġenerali mard tal-kavalli mhumiex trasmess għat-tonn.
Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar it-tagħlim fuq produzzjoni agrikola organika fil-kulleġġ tal-biedja matul 1999, 2000 u din is-sena? Xi provi saru u fuq liema varjetajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Produzzjoni Agrikola Organika huwa suġġett ġdid. S'issa sar proġett fuq id-dwieli minn ditta privata. L-istudenti qegħdin isegwu mill-qrib il-progress ta' dan il-proġett. Sa dan it-tant il-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura qiegħed isegwi l-proposta li grupp ta' studenti jitilgħu Bologna biex jistħarrġu aktar fuq dan il-qasam permezz ta' programm ta' l-U.E. Leonardo Da Vinci.
Jista' l-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-ministeru dwar l-aħħar statement tal-Poultry Processors Association (PPA) fejn fl-24 ta' Lulju l-PPA iddikjaraw uffiċjalment li huma mhux se jaċċettaw l-istrateġija proposta mill-Gvern dwar is-settur tagħhom?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27909, liema risposta qegħda tingħata f'din is-seduta stess u liema risposta tapplika għal din il-Mistoqsija wkoll, stante li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma jadottax pożizzjoni tiegħu dwar aspetti speċifiċi tan-negozjati.
Fid-dawl ta' dak li ntqal pubblikament minn żewġ segretarji parlamentari, cioe li bħalissa m'hijiex issir riċerka fin-National Aquaculture Centre, jista' l-Ministru jgħid dan l-statement huwiex minnu peress illi ma ikkumenta xejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapporti annwali tad-Dipartiment u għal dak li rraporta l-Awditur stess fir-rapport ta' l-inkjesta. Barra minhekk, kif mistqarr f'konferenza stampa fiċ-Ċentru Malti għax-Xjenzi tas-Sajd, dan iċ-Ċentru ilu għaddej b'ritmu qawwi ta' riċerka bl-iskop li s-sajd kollu ta' pajjiżna jissaħħaħ u jibqa' sostenibbli.
Jista' l-Ministru jinformana x'mentalita' ta' bidla għall-konsumaturi l-Gvern irid li jwettqu l-Poultry Processors Association fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor interpellant li waħda mill-problemi fis-settur ta’ l-Agrikoltura hija l-matching u nuqqas ta’ studji mill-proċessuri għal dak li l-konsumatur Malti jixtieq. Ma naħsibx li l-konsumatur Malti ma jistħoqqlux tiġieġ friski u mhux iffriżati.
Jista' l-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-MEUSAC dwar l-aħħar statement tal-Poultry Processors Association (PPA) fejn fl-24 ta' Lulju l-PPA ddikjaraw uffiċjalment li huma mhux se jaċċettaw l-istrateġija proposta mill-gvern dwar is-settur tagħhom?
Response (BORG, JOE)
Nippreżumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal numru ta' kitbiet li dehru f'xi ġurnali lokali fejn intqal li l-Għaqda ta' dawk li Jipproċessaw it-Tjur xandret pubblikament kif taħsibha hi dwar xi provvedimenti fin-Negotiating Position Paper għas-settur agrikolu. Kif jaf l-Onorevoli Membru, inżammu laqgħat ta' konsultazzjoni preseduti kemm minni kif ukoll mill-Ministru responsabbli minn dan is-settur, flimkien ma' l-għaqdiet li jirrappreżentaw bosta oqsma tiegħu. Inoltre, l-MEUSAC, li jiġbor fih il-partijiet kollha interessati f'qasam partikolari, sama' u ħa nota ta' x'kellhom xi jgħidu l-Għaqda ta' dawk li Jipproċessaw it-Tjur flimkien mal-kummenti u suġġerimenti dwar in-Negotiating Paper li tressqu minn għaqdiet u individwi oħrajn. Waqt il-laqgħa ġew reġistrati xi riżervi speċifiċi, u giet mressqa minni, u aċċettata, proposta li l-MEUSAC jkollu d-dritt li jadotta jew li ma jaċċettax in-Negotiating Position Paper fl-interita tagħha meta jittressaq quddiemu fil-futur qarib għad-diskussjoni w adozzjoni l-pakkett speċjali dwar l-agrikoltura, liema pakkett jifforma parti mill-istess Position Paper.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27637, jista' l-Ministru jkun konsistenti u jipprova dak li qed jallega f'mistoqsija parlamentari nru 27637 dwar l-esportazzjoni tal-basal?
Jista' ikun konsistenti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti u dokument tal-agent li esporta dan il-basal taħt l-amministrazzjoni preċedenti sabiex ikun magħruf jekk humiex vera li saru dawn l-allegazzjonijiet li fuq kollox semma l-Ministru fit-tweġiba tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27910, infakkar l-Onor. Interpellant li wara li fl-aħħar ta' Ġunju 1997 kien intbagħat container bil-basal lejn l-Olanda, esportatur lokali ieħor, li kien liċenzjat biex jibgħat 4,000 xkora basal lil riċevitur ieħor fl-Olanda, kien ħabta u sabta mpedut milli jagħmel dan.
Infatti, għal xi raġuni li kien jafa l-Onor. Interpellant il-liċenzja għal din il-konsenja kienet irtirata proprju qabel ma telaq ir-road trailer minn Ta' Qali għax-xatt. Kawża ta' dan din kienet intbagħtet lejn l-Italja bil-patt li ma tispiċċax fl-Olanda. Eventwalment dan fisser mhux biss telf konsiderevoli għall-esportatur iżda lanqas ma seta' jintbagħt aktar basal kif kien ippjanat.
Jista' l-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-MEUSAC dwar l-aħħar statement tal-Poultry Processors Association (PPA) fejn fl-24 ta' Lulju l-PPA ddikjaraw uffiċjalment li huma mhux se jaċċettaw l-istrateġija proposta mill-gvern dwar is-settur tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrku u ttellgħu persuni l-qorti fuq moħqrija ta' l-annimali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena mill-pulizija? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999 u 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` dawn l-aħħar tlett snin ittellgħu 13-il persuna l-Qorti fuq moħqrija ta` annimali. Dawn kienu kif ġej :-
1999
2000
2001
2
7
4
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur ta' flus li jrid jitħallas lir-raħħala u bejjiegħa privati taċ-ċanga friska fil-mument? Liema xhur ikopru dan il-pagament u meta se jitħallas?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li s-somma dovuta lill-bejjiegħa tal-laħam u r-raħħala għall-ħlasijiet minn Jannar ta’ din is-sena sa’ l-aħħar t’Awissu tammonta għal Lm453,779. Qed isiru diskussjonijiet dwar din il-materja mal-partijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jinfurmani kif ikkonferma u kif jaf li jiena maqtuħ mill-kuntatti mal-bdiewa kif allega f'mistoqsija parlamentari nru. 27637?
Fil-frattemp jista' jinfurmani kemm-il darba iltaqgħa mall-Għaqdiet tal-Bdiewa, raħħala u produtturi, Agro Industrija , Industrija ta' l-Ipproċessar u ta' l-Ikel matul l-1999, 2000 u din is-sena biex infurmahom li se jibda jneħħilhom il-levy mis-sena d-dieħla u dan fid-dawl li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kien jaf li l-Gvern għandu pjan tant li kkonfermaħ fil-laqgħat tal-MEUSAC?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija Parlamentari numru 27637.
Sar numru konsiderevoli ta' laqgħat ma' dawk kollha kkonċernati u jibqgħu jsiru iktar fil-ġejjieni u skond l-ħtieġa tal-mument.
L-Oppożizzjoni għażlet li ma tkunx rappreżentata fil-laqgħat tal-MEUSAC. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant m'hux infurmat tajjeb. Fil-fatt mhux minnu li l-levies ser jitneħħew mis-sena d-dieħla iżda qed jitħejja pjan sabiex il-levies jitnaqqsu gradwalment u l-produttur jiġi kompensat b'mod adekwat bla ma l-għajxien tiegħu jiġi mittiefes. L-Onor. Interpellant ikun jista' jakkwista aktar dettalji meta l-Oppożizzjoni tibda taħdem għall-ġid ta' Malta u tinnomina r-rappreżentanti tagħha fl-istituzzjonijiet ta' importanza nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li qed tissokta bihom it-taqsima tal-land and water u li se jitlestew qabel tibda x-xitwa? Kemm hija n-nefqa għal dawn il-proġetti/xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-uniku proġett, fost in-numru ta' progetti li qed tissokta bihom it-Taqsima tar-Raba' u ta' l-Ilma, li huwa progettat li jitlesta sa' qabel tibda x-xitwa, huwa t-tkomplija ta' hajt ta' l-ilqugh bis-sistema tal-gabjuni f'Tas-Slampa, limiti tar-Rabat. L-istima ta' dan ix-xoghol hija kkalkulata li tkun ta' Lm 9,000.