Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tat-tjur dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-majjal dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Abboz ta' Liġi numru 82 jagħti l-poteri li jinħarġu avviżi legali, liema avviżi jiġu diskussi mal-koperattivi/individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ. Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-principju ta' Stable to Table, speċjalment il-produtturi/proċessuri li jgħinhom iżjed ibiegħu l-prodotti tagħhom. Naħseb li kull minn xtaq li jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi kellu l-opportunita' kollha jagħmel dan.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-ħalib dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-bajd frisk dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-produtturi tal-fniek dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82?
X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28113.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex fejn qed isir skavar ta' fdalijiet storiċi koordinat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-mument? Meta huwa maħsub li jiġu finalizzati hawn ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa d-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa involut u qed jikkordina numru ta' skavi arkeoloġiċi kemm b'kollaborazzjoni ma' entitajiet Universitarji, kif ukoll b'riżultat ta' monitoring ta' żvilupp ta' artijiet. Dawn l-iskavi huma:
* Skavi Arkeoloġiċi u ta' Konservazzjoni f'Tas-Silġ (Marsaxlokk) u f'San Pawl Milqi (Burmarrad) f'kollaborazzjoni mal-Missione Archeologica Italiana a Malta.
* Skavi Arkeoloġiċi f'Tas-Silġ (Marsaxlokk) mid-Dipartiment ta' l-Arkeoloġija ta' l-Universita` ta' Malta.
* Riċerka Arkeoloġika fl-Ibħra Maltin f'kollaborazzjoni ma' l-Institute of Marine Archaeology ta' l-Universita` ta' Texas.
Dawn it-tliet proġetti huma kontinwi u m'hemmx pjanijiet sabiex jiġu terminati fil-futur.
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma żvilupp ta' infrastruttura fit-toroq ta' l-Imdina.
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma' żvilupp privat ir-Rabat - kemm fiż-żona tal-Paraċċja kif ukoll fiż-żona ta' Ħal Bajjada.
* Xogħol arekoloġiku marbut ma' żvilupp ta' infrastruttura fiż-żona ta' Għajn Klieb (Rabat).
* Xogħol arkeoloġiku marbut ma' żvilupp privat f'Manoel Island (Fażi I)
* Monitoring ta' xogħol ta' żvilupp ta' infrastruttura fil-Fliegu bejn Malta u Għawdex.
Dan ix-xogħol arkeoloġiku huwa marbut ma' l-iżviluppi msemmija li diġa' nbdew, jew se jinbdew fi ftit ġimgħat oħra, u huwa maħsub li jitlesta qabel it-tmiem tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid minn jispezzjona l-ħut li qed jintuża bħala magħlef ta' ħut għall-fish farms tat-tonn fil-ġżejjer tagħna?
Kemm-il spezzjoni saret u meta? Kemm hija l-kwantita ta' magħlef tal-ħut li ġie mportat sa issa? X'tip ta' ħut u x'oriġini ta' pajjiżi għandu dan il-ħut sabiex jintuża bħala għalf għat-tonn tal-fish farms lokali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-ħut li jintuża bħala mgħalef fil-gaġeġ tat-tonn huwa impurtat u jasal Malta b'ċertifikati regolari daqs li kieku jkun sejjer għal konsum uman. L-ispezzjoni waqt l-importazzjoni u regolamentazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet huma fir-responsabilita tas-Servizz Veterinarju. Kull importazzjoni tiġi spezzjonata.
Kull meta jkun possibli t-tonn fil-gaġeġ jiġi mgħalef ukoll sawrell, kavalli u vopi maqbud mis-sajjieda Maltin. Dan il-ħut ikun għadu kif inqabad u għaldaqstant ikun fi stat tajjeb għal konsum u ma jiġix spezzjonat. Dan il-ħut ġeneralment ikun ilu maqbud inqas minn tnax-il siegħa meta jintgħalef.
B'referenza għall-aħħar każ ta' kuntrabandu fuq l-pure alcohol li l-pulizija u dwana rnexxielhom jaqbdu kosina ta' alcohol li fuqa kien se jiġu misruqa b' madwar 400,000 lira Maltin f'dażji dovuti lill-Gvern. Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu s'issa mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu qed jiġi nvestigat.
B'referenza għall-aħħar każ ta' kuntrabandu fuq l-pure alcohol li l-pulizija u dwana rnexxielhom jaqbdu kosina ta' alcohol li fuqa kien se jiġu misruqa b' madwar 400,000 lira Maltin f'dażji dovuti lill-Gvern. Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu s'issa mid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda każ ta' kuntrabandu ta' pure alcohol imma f'Ġunju kien hemm każ ta' attentat ta' kuntrabandu ta' spirti alkoħoliċi li dwaru qed jittieħdu passi l-qorti.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-ħlas tar-reviżjoni fil-pensjonijiet ma jkunx intaxxat peress li għalkemm qed jitħallas f' sena waħda, l-istess ħlas huwa dovut għall-reviżjoni ta' numru ta' snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa li qed titnaqqas hu skond kif tipprovdi l-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-bejjiegħa tal-laħam lokali dwar l-Abozz tal-Liġi numru 82? L-ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-bejjiegħa verbalment u uffiċjalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28069, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-abbozz tal-Liġi numru 82 ma jaqax taħt kompitu ta` dan il-Ministeru, tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ix-xogħlijiet fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħtajriet il-Mosta ma tkomplewx? Jista' jara li japprova t-tkomplija tax-xogħlijiet sabiex it-triq titlesta' qabel tibda x-xitwa li ġejja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa d-Dipartiment impenjat biex jipprovdi akkomodazzjoni alternattiva għal xi familji li l-postijiet ta` abitazzjoni tagħhom ser jitwaqqgħu bħala parti mit-twettieq ta` dan il-proġett.
Il-proġett ikun jista` jitlesta` meta dawn l-abitazzjonijiet jitwaqqgħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-butir wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-processed veg wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-qmuħ wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tas-seed potatoes wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?
Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni?
X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sa issa fix-xogħlijiet li saru fuq it-triq ta' bejn is-Salini u San Pawl tat-Tarġa? Kemm ilhom li nbdew ix-xogħlijiet u meta se jiġu finalizzati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari Nru. 27248, jien infurmat li sa issa tħallsu Lm100,000.
Jista' l-Ministru jara li jsiru slow signs fl-art fil-parti tat-triq ta' Zebbiegħ Road li tispiċċa fejn ir-roundabout tal-pont tal-Mosta peress li ċ-centre strip tkissret kemm l-darba minħabba li l-karozzi jiskidjaw ġo fiha għaliex m'hemm ebda sinjal ta' slow sign? Meta fil-fatt tlestiet din it-triq u għaliex qatt ma sar dan is-sinjal? Kemm-il aċċident f'din il-parti tat-triq kien hemm dan is-sajf?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq minn żmien għal żmien jagħmel spezzjoni fit-toroq arterjali, u fil-lokalita` msemmija mill-Onor. Interpellant beda jsib illi għalkemm is-sinjaletika li hemm hija konformi ma` l-istandards rikjesti għal din it-tip ta` triq, din kienet qiegħda tiġi njorata.
Għalhekk ġie deċiż illi jiżdiedu sinjali ta` slow miktuba biż-żebgħa fl-art fit-triq biex ikompli jiġi enfasiżżat mas-sewwieqa l-bżonn li jnaqqsu l-speed hekk kif ikunu ser jaslu għal mar-roundabout.
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-kont tad-dawl u il-ilma pendenti skond l-account nru. 925270860/4 huma għoli, jista' d-Dipartiment jara li l-kont ikun rivedut peress li l-pagament ta' qabel kien kważi bin-nofs?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-meter ta' l-elettriku fil-fond relattiv kien ġie mibdul. Ma dan kollu, il-konsum li nħadem fuq qari attwali, baqa' bejn wieħed u ieħor l-istess. Jidher li l-konsumatrici qed ikollha kontijiet aktar baxxi għall-perjodu tas-sajf. Għaldaqstant ma hemm l-ebda każ ta' reviżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni taz-zokkor wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?