Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28221 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kolonji tan-Naħal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huma numru ta' kolonji tan-naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikultura fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' kolonji għas-snin preċedenti sena b'sena għall-dawn l-aħħar 10 snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-preżent in-numru ta' kolonji tan-naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa ta' 58. In-numru ta' kolonji jitla' u jinżel minħabba li jew għax ikun hemm bejgħ jew għoti ta' frieħ tan-naħal minħabba mard ta' l-istess naħal jew għal raġunijiet oħra. Awissu huwa l-bidu tas-sena tan-naħal (lean period) u għaldaqstant qed jingħataw iċ-ċifri għal dan ix-xahar tas-sena. Awissu 1992 - 10 frieħ (wara li feġġet il-Varroa) Awissu 1993 - 86 frieħ (il-gvern xtara ta' New Zealand) Awissu 1994 - 140 frieħ (minn dawn tqassmu lill-bdiewa għad-dakra) Awissu 1995 - 121 frieħ Awissu 1996 - 158 frieħ Awissu 1997 - 76 frieħ Awissu 1998 - 16 frieħ Awissu 1999 - 56 frieħ Awissu 2000 - 106 frieħ Awissu 2001 - 58 frieħ Ta' min isemmi li d-Dipartiment jgħin lill-bdiewa billi jislifhom frieħ biex idakkru. Meta dawn jinġabru lura, ma jkunux fl-istess stat jew aħjar min meta ngħataw.

Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' aċċidenti rappurtati fuq il-post tax-xogħol matul Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena ġew rappurtati 3,301 inċident fuq il-post tax-xogħol li erbgħa minnhom kienu fatali.
Leg 9 PQ #28140 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Overdose u Xorb Eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' overdose u xorb eċċessiv matul Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu taħt il-35 sena u kemm taħt is-16 il-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Ġunju 2001 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 96 każ ta` "overdose" u 32 każ ta` xorb eċċessiv. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44). Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64). Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14). Sena Kategorija Numru Inqas minn 35 sena Inqas minn 16-il sena Jan-Ġun 2001 A 24 24 24 B 0 0 0 C 72 39 1 Total 96 63 25 It-tagħrif dwar in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji: Kategorija A: Sindromu ta` dipendenza fuq l-alkohol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkohol (ICD-10 code F10.0-F10.9). Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkohol (ICD-10 code K70). Sena Kategorija Numru Inqas minn 35 sena Inqas minn 16-il sena Jan-Ġun 2001 A 25 3 1 B 7 0 0 Total 32 3 1
Leg 9 PQ #28141 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mis-CET u l-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mis-CET u l-VAT fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol għas-snin 1997, 1998, 1999, 2000 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mis-CET u l-VAT fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol kien kif ġej: VAT (LM) ETI (LM) 1997 11,204 1,835 1998 NIL 2,490 1999 35,025 NIL 2000 26,321 NIL
Leg 9 PQ #28142 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu s-serqiet rappurtati lill-Pulizija matul Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm fuq djar, karozzi u turisti?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija, għall-perijodu minn Jannar sa Lulju 2001, nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 23502, Nru. 24191, Nru. 25117, Nru. 25618 u Nru. 27950. Rigward ix-xahar ta` Awissu 2001, ninsab infurmat illi n-numru ta` każi ta` serq irrapurtat lill-Pulizija kien ta` 1,024, li minnhom 56 kienu każi ta` serq minn residenzi, filwaqt li kien hemm 356 każi li jirrigwardjaw serq ta` u minn karozzi. Dwar serq fuq barranin, ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu 2001, in-numru ta` każijiet ta` serq irrappurtat kien ta` 1,297. Dawn il-persuni mhux bilfors kienu turisti.
Leg 9 PQ #28144 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Quality Assurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat għall-produtturi, bdiewa, raħħala u għall-membri tal-kummitati tal-koperattivi tas-Settur tal-Biedja u Sajd dwar il-quality assurance matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-''Quality Assurance'' fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel bħal ħalib, laħam, ħaxix u frott huwa suġġett importanti li jiġi diskuss prattikament f'kull laqgħa li uffiċjali tad-Dipartimenti ta' l-Agrikoltura u tas-Servizzi Veterinarji jkollhom ma' produtturi, bdiewa, raħħala u membri tal-Kumitati tal-Kooperattivi tas-settur. Ma tinżammx statistika ta' kemm isiru minn dawn il-laqgħat iżda nista' nassigura lill-Onor. Interpellant li l-produtturi, raħħala u bdiewa huma konxji ħafna tal-ħtieġa ta' titjib kontinwu fil-kwalita tal-prodotti li jipproduċu.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond ir-record ta' l-ETC, kem fil-fatt kienu l-persuni li matul Jannar u Awissu ta' din is-sena ġew rakomandati mill-ETC biex isibu impjieg f'kumpaniji privati? Kemm minnhom fil-fatt ġew aċċettati u sab impjieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul Jannar u Awissu 2001 in-numru ta' persuni riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal impjieg ma' kumpaniji privati kien ta' 3,240 u 3,175 rispettivament. Minn dawn 135 sabu x-xogħol f'Jannar u 95 f'Awissu 2001.
Leg 9 PQ #28133 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Akwakultura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-farms ta' l-akwakultura matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? X'varjeta' ta' ħut ġew prodotti u kemm kienu l-impjiegi fl-industrija separatament mit-Tuna Penning matul l-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni ta' ħut f'tunnellati fuq il-farms kienet kif ġej: Bass (Spnott) Bream (Awrat) 1996 396 tunnellata 1156 tunnellata 1997 30 tunnellata 1500 tunnellata 1998 80 tunnellata 1870 tunnellata 1999 80 tunnellata 1992 tunnellata 2000 234 tunnellata 1512 tunnellata L-impjiegi f'dawn il-farms kienu: 1998 86 full time u 40 part time 2000 51 full time u 57 part time

Children Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li rċevew il-benefiċċju taċ-Children Allowance bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni tas-snin 2000, 1999, 1998, 1997 serparatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżistix statistika speċifikament dwar kemm kien hemm ommijiet xebbiet li rċevew l-Allowance tat-Tfal bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena, u tas-snin bejn 1997 u 2000. Minn statistika li toħroġ kull tlett xhur, fosthom fix-xahar ta' Lulju u li huwa l-eqreb xahar li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant, toħroġ din l-informazzjoni: In-numru ta' ommijiet xebbiet li rċevew l-Allowance tat-Tfal F'Lulju 2001 kien ta' 1449 F'Lulju 2000 kien ta' 1075 F'Lulju 1999 kien ta' 992 F'Lulju 1998 kien ta' 760 F'Lulju 1997 kien ta' 590
Leg 9 PQ #28135 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kwantita' ta' Ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' ta' ħut importat għall-għalf tal-farm tat-tuna fil-ġzejjer tagħna? Mill-liema pajjiżi oriġina dan il-ħut, f'liema oċeanu trabba dan il-ħut importat f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-farms tat-tonn impurtaw madwar 3,000 tunnellata ħut biexjintuża bħala għalf għat-tonn. Dan oriġina l-aktar minn Spanja u ftit mill-Amerika ta' fuq. Ftit minnu nqabad fl-Atlantiku iżda l-biċċa l-kbira fil-Mediterran.
Leg 9 PQ #28136 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma reġistrati mal-W.S.C. f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Kemm-il rapport irċeviet il-W.S.C. dwar ħofor illegali illi kienu qed issiru matul din is-sena? X'irriżulta u x'passi tieħdu? F'liema inħawi ta' Malta saru dawn ir-rapporti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 3,302 boreholes f'Malta u 1,842 borehole f'Ghawdex registrati mal Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. B'kollox kien hemm tnax-il rapport dwar ħofor illegali. Dawn kienu fil-lokalitajiet li ġejjin: 3 fis-Siggiewi, 2 fl-inħawi tal-Miżieb, 2 f'Haż-Żebbug, Malta, 1 f'Għajn Tuffieħa, 1 fil-Mellieħa, 1 fir-Rabat, Malta, 1 fil-Baħrija u 1 f'Għajnsielem. Il-passi li ttieħdu rigward dawn ir-rapporti kellhom dawn ir-riżultati: Fi tlitt każi irriżulta li ma kienx sar tħaffir F'erba' każi irriżulta li ma kien hemm ebda traċċa F'ħames każi ittieħed azzjoni mill-Pulizija u fil-fatt il-boreholes intradmu.
Leg 9 PQ #28137 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsum ta' Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jawmenta l-konsum tal-fuel - diesel, petrol, pitrolju eċċ matul l-ewwel 6 xhur tas-sena f' Malta u Għawdex separatament? Jista' l-Ministru jiprovdi l-istess informazzjoni tas-snin - 1997, 1998, 1990 u 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28138 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazzju fuq Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mid-dazju mħallas fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin imsemmija ma kienx hemm dazju ta' importazzjoni fuq Pure Alcohol iżda dazju tas-sisa. 1997 Lm 51,241 (Jannar/Ġunju) Lm 95,806 (Lulju/Diċembru) 1998 Lm 174,461 1999 Lm 143,902 2000 Lm 83,837
Leg 9 PQ #28117 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kooperattiva — Produtturi tal-Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva tal-produtturi tal-fish farms dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82? X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Abboz ta' Liġi numru 82 jagħti l-poteri li jinħarġu avviżi legali, liema avviżi jiġu diskussi mal-koperattivi/individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ. Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-principju ta' Stable to Table, speċjalment il-produtturi/proċessuri li jgħinhom iżjed ibiegħu l-prodotti tagħhom. Persważ li kull min ikun jixtieq li jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, inkluż matul il-ħruġ ta' l-Avviżi Legali, se jkollu l-opportunita' kollha jagħmel dan.
Leg 9 PQ #28118 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kooperattiva — Proċessuri tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-proċessuri tal-laħam dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82? X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28117.
Leg 9 PQ #28119 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kooperattiva — Produtturi taċ-Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-kooperattiva mal-produtturi taċ-ċanga dwar l-abbozzi tal-liġi nru. 82? X' ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-kooperattiva verbalment u uffiċjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28117.

Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li għamlu talba lid-Dipartimenti ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali matul dawn l-aħħar snin, sena b' sena għall-akkomodazzjoni atlernattiva minħabba li jinsabu jgħixu f' post li huwa kundannat? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' applikazzjonijiet ta' din ix-xorta li għandu quddiemu d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Irrid nippreċiża li dawn iċ-ċifri jindikaw in-numru ta' dawk li applikaw li qalu li għandhom il-periklu fil-post, u mhux il-każijiet li d-dipartiment fil-fatt ivverifika bħala ġustifikati.
Leg 9 PQ #28129 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pjan ta' Ko-operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ no. 27844 b' riferenza għall-ftehim ta' pjan ta' ko-operazzjoni li sar bejn il-gvern preċedenti laburista u l-FAO?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27844.

Industrija ta' l-Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjiegi reġistrati fl-industrija lokali ta' l-proċessar ta' l-ikel matul l-ewwel 6 xhur ta' din is-sena f' Malta u Għawdex separatament? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex dwar in-numru ta' mpjiegi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru globali ta' persuni li jaħdmu fl-industrija lokali ta' l-ipproċessar ta' l-ikel f'Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #28111 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress il-ħaddiema li kienu jaħdmu ma' l-RDC u ġew maqluba mad-Dipartiment ta' l-Ambjent ġew mitluba jħallsu t-taxxi fuq żewġ P3 li ntbatgħulhom iż-żewġ Dipartimenti rispettivament, jista' l-Ministru jirrimedja għal din l-anomalija? Jekk bl' affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikalna ta' liema sena qed jirreferi.