Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' patata ta' l-ikel li ġie importat f' pajjiżna b' eżenzjoni tal-protezjoni tal-levy, bejn l-1999, l-2000 u din is-sena? Separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nissuġġerixi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, iz-zokkor hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz taz-zokkor fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, iċ-ċereali huma mpurtati bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz taċ-ċereali fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li kif fl-istess perjodu li l-produtturi taċ-ċanga lokali kienu qed jiffaċjaw il-kriżi li kien hawn, il-Ministru beda l-proċeduri sabiex titneħħa l-B.I.S kif fil-fatt neħħa din is-sena stess?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li ma jidhirx li qiegħed isegwi dak li qiegħed jiġri. Kull ma sejjer isir huwa li l-management u l-approach tal-B.I.S. sejjer jitbiddel.
Jista' l-Ministru jirrimedja għall-anomalija l-nħolqot fir-rigward tal-ħlasijiet akkumulati b' riżultat tar-reviżjonijiet tal-pensjonijiet li tħallsu, peress li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni talab it-taxxi dovuti fuq is-somma globali, u mhux fuq bażi tas-snin li tirrapreżenta s-somma b' detriment li l-pensjonanti spiċċaw ġew intaxxati? Jekk b' affermativ meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jagħmel minn kollox biex fejn reviżjoni tal-pensjoni tkun dovuta, din tinħadem mill-aktar fis possibbli.
Sfortunatament jibqa' jkun hemm każi fejn għal xi raġuni jew oħra reviżjoni trid issir bl-lura u b'hekk jkun hemm ħlasijiet akkumulati. Fejn hu fil-kontrol tad-Dipartiment qed isir minn kollox biex ir-reviżjoni ssir fis-sena fejn tkun dovuta. Iżda fejn ikun hemm per eżempju collective agreements li jkunu backdated għal snin preċedenti, jinħolqu arretrati akkumulati d-Dipartiment ma jkollux kontrol fuqhom.
Jista' l-Ministru jirriżulta għal ġimgħat twal ma kienx hemm povista ta' larinġ għall-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? X' miżuri u passi ttieħdu? Xi kkawża dan in-nuqqas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li għal ġimgħat twal ma kienx hemm provvista ta` larinġ għall-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli. Il-larinġ normalment jintuża biss fix-xitwa. Matul is-sajf il-pazjenti jingħataw frott tas-sajf bħal ma hu dulliegħ u bettiegħ. Mal-bidu tax-xitwa jerġa jibda jingħata l-larinġ bħala deżerta.
Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli kunfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jgħid filwaqt li huwa nnotat li l-Ministeru approva l-estensjoni tad-dawl fil-parti ta' Vjal il-Ħaddiem, Rabat li tinsab fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat, jista' jara li l-arbli jinxtelu immedjatament issa li l-ġurnata bdiet tidlam kmieni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet meħtieġa biex jitlesta l-proġett fil-Vjal imsemmi mistennija li jitlestew sa nofs dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x' kienu raġunijiet li tneħħiet il-B.I.S meta l-Gvern se jibda jneħħi l-protezzjoni tal-levy? Għaliex il-Gvern neħħa din l-iskema u ħalla pagamenti ta' madwar nofs miljun lira li għad iridu jitħallsu lill-biċċiera privati u lir-raħħala?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li s-sistema tal-BIS kif inhi issa sejra titbiddel u mhux titneħħa. Parti sostanzjali tal-pagamenti se titħallas fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jirriżultax li l-kwalita tal-larinġ li pporvda l-kuntrattur fl-Isptar San Luqa u Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat b' detriment li kien hemm ilmenti mill-pazjenti stess? Jekk iva, x' passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-kwalita tal-larinġ li ġie provdut fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat.
Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor jaddiehieli kunfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? X'passi ttieħdu mid-Dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi fl-Isptar San Luqa minħabba "food poisoning" minn 1996 sa 2000 jidhru hawn taħt. Fit-terminu "food poisoning" huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-9 codes: 001 009 u 988, ICD-10 codes A00-A09 u T61-T62).
Sena
Numru
1996
14
1997
12
1998
15
1999
34
2000
17
Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt saru l-ħlasijiet tal-B.I.S. matul l-1999, 2000 u din is-sena?
Kemm fil-fatt huwa l-ħlas dovut lill-biċċiera privati u raħħala fil-preżent? Meta se jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ħlasijiet tal-BIS saru kif ġej:
1999 Lm 253,378
2000 Lm 452,972
2001 Lm 239,380 (sa' Ottubru 2000)
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fid-19 ta' Settembru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27901.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ħlas ta' overtime dovut lill-ħaddiema tal-Biċċerija fil-preżent? Kemm ilu akkumulat dan l-overtime?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ħlas ta' l-overtime dovut lill-ħaddiema tal-Biċċerija huwa ta' Lm16,444.80. Dan ikopri l-perjodu minn Jannar 2001 sa' Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jara li Triq in-Nigret, Rabat (side street ma' Vjal il-Ħaddiem) titnaddaf minn ġebel tas-sejjieħ li waqa' minn ħajt fil-maltemp ta' kważi sentejn ilu?
Peress li wara diversi rapporti lill-kunsill lokali tar-Rabat, jidher li dan it-tindif ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tal-kunsill, jista' d-Dipartiment konċernat jieħu l-passi neċessarji anke jekk hemm bżonn, billi s-sid jiġi mġiegħel inaddaf hu stess it-triq li qed tkun ta' periklu għas-sewwieqa u, aktar minn hekk, għall-pedestrains?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid meta huma programmat li jsiru laqgħat tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja fix-xhur li ġejjin?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm qbil bejn il-Gvernijiet ta' Malta u l-Libja sabiex il-Kummissjoni Mħallta li hija ppreseduta mill-Ministru tal-Finanzi tiltaqa' aktar tard din is-sena fi Tripli. Tajjeb wieħed isemmi li, matul ix-xhur li għaddew, Malta u l-Libja kellhom għadd ta' laqgħat, f'livelli ministerjali, parlamentari u ta' esperti. Dawn il-laqgħat kienu utli ħafna sabiex tissaħħaħ aktar il-ħbiberija bejn Malta u l-Libja.
Jista' l-Ministru jgħid peress li fl-inħawi ta' Garaxx nru. 5 taħt it-Triq Għeriexen ir-Rabat hemm id-drenaġġ jew ilma ħiereġ fit-triq, jista' d-dipartiment jinvestiga u jirranġa l-ħsarat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara tindif li sar permezz tal-jetting/suction bowsers, fi Triq l-Għeriexen, Rabat irriżulta li hemm xi ħsara. Għalhekk, ser isir CCTV survey fil-ġranet li ġejjin, biex ikun stabbilit preċiżament fejn qiegħda l-ħsara li imbagħad tissewwa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 27888 li oriġinarjament kienet saret lil Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u cioe: B'riferenza għat-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni għall-biedja li se jneħħi l-gvern minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana jekk il-levies humiex se jitneħħew fuq l-importazzjoni mill-pajjiżi tad-dinja kollha, dejjem jekk dawn ikunu skond l-istandards tal-Codex Alimentarius tal-FAO, tad-WTO u tad-WHO?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-levies qatt ma kienu ntiżi sabiex jiddifferenzjaw bejn l-importazzjoni minn xi pajjiż jew ieħor, iżda kienu ntrodotti biss biex joffru protezzjoni lil industrija lokali sakemm din tissaħħaħ u tirristruttura ruħha.
Għalhekk, meta jiġi ffinalizzat pjan għat-tneħħija tal-levies fuq prodotti agrikoli bħala parti minn pakkett ta' investimenti sabiex jiġi rristrutturat u modernizzat dan il-qasam, dawn il-levies jitneħħew minn fuq l-importazzjoni tal-prodotti konċernati, indipendentement minn liema pajjiż ikunu ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet kwantita tal-lixka importata matul dawn l-aħħar snin sena b' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd. impurtat 17-il container fis-sena lixka mill-1998 'l hawn, minbarra fis-sena 2000 fejn l-importazzjoni kienet ta' 28 container. Din is-sena l-importazzjoni laħqet s'issa 17-il container.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal-ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-Biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nxtara l-ebda bowser ġdid f'dawn l-aħħar tliet snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal-ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28218.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u uffiċjali li żdiedu fis-sezzjoni ta' l-Agrikultura mill-5 ta' Settembru tal-1998 l-hawn?
Huwa l-ħsieb tal-Ministeru li jżid n-numru ta' ħaddiema f'din is-sezzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum kienu ngaġġati 80 bejn ħaddiema u uffiċjali mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura/Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. Il-maġġoranza ġew minn dipartimenti oħra tal-Gvern. Bħal f'kull każ ieħor, in-numru ta' ħaddiema f'dan id-Dipartiment jista' jiżdied skond l-esiġenzi tas-servizz. Iżda tajjeb jingħad ukoll li r-riżorsi umani jistgħu jissaħħu mingħajr il-ħtieġa ta' żieda fin-numru ta' impjegati.