Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28456 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-qliegħ tal-Medigrain matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-qliegħ tal-kumpanija Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kien kif ġej: 1996 Lm 701,492 1997 Lm 798,305 1998 Lm 903, 184 1999 Lm1,005,277 2000 Lm 859, 660 Tajjeb jingħad li ammont sostanzjali mill-profitti li tagħmel il-Kumpanija imorru għand il-Gvern f'forma ta' dividends, liema ammonti jmorru fil-Fond Konsolidat.
Leg 9 PQ #28457 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Reshipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 'l hawn kemm żdied ir-reshipment tal-qmuħ mill-Medigrain meta paragunat mas-snin preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal transhipment. Jekk dan huwa l-każ, jiena nfurmat li l-Medigrain ma tagħmilx transhipment.
Leg 9 PQ #28458 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Privatizzazzjoni

Question

B'referenza għall-privatizzazzjoni tal-Medigrain, l-Gvern Nazzjonalista se jipprivatizzha 100% inkluż l-istorage li għandha din il-kumpanija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar privatizzazzjoni tal-kumpanija Medigrain.
Leg 9 PQ #28459 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħażna tal-Petrol, Diesel u Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija l-ħażna tal-petrol, diesel u fuel ieħor inkluż ġas fil-mument fil-gżejjer tagħha u għalkemm isservi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: PRODOTT TUNNELLATI METRIĊI ĠIMGĦAT Petrol 16,100 23 Diesel 30,600 20 Gasoil 150,000 150 Jet A1 52,000 30 Fuel Oil 81,000 17
Leg 9 PQ #28460 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħażna taż-Żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija l-ħażna taż-żejt fil-mument fil-gżejjer tagħna u għall-kemm xhur se sservi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel.
Leg 9 PQ #28369 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tas-seed potatoes wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU? Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni? X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

"Supply measure" għall-importazzjoni tas-seed potatoes qed issir bħala miżura speċifika bħala għajnuna partikolari għall-biedja Maltija. Dan qed isir fl-ambitu tad-domanda lokali kollha għall-produzzjoni tal-patata għall-konsum lokali u dik għall-esportazzjoni. Il-kwantita' li se tiġi nnegozjata tkun tirrispetta l-ħtiġiet lokali. Iva, saru konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, b'mod formali u informali.
Leg 9 PQ #28370 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-qmuħ wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU? Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni? X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-qmuħ hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-qmuħ fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28371 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-processed veg wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU? Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni? X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-processed vegetables hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-processed vegetables fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28374 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-Gvern talab supply measure fuq l-importazzjoni tal-butir wara li Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU? Kemm hija l-kwantita' ta' importazzjoni li fuqha l-Gvern qed jitlob din l-eċċezzjoni? X'konsultazzjoni saret ma l-industrija lokali li jużaw din il-materja prima u meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-butir hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-butir fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28378 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Nixxiegħa Kulturali — Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' valutazzjoni saret għall-proposti tan-Nixxiegħa Kulturali Mellieħa dwar il-pjan lokali għall-Majjistral ta' Malta Mellieħa? Liema huma dawk li se jiġu implimentati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28386 Sitting 616 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema tal-PBS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-dawl tar-ristrutturar li jrid isir fil-PBS u l-fatt li ċ-Chairman tal-PBS riċentement kien wiegħed li ħadd mill-ħaddiema tal-PBS m' hu se jitlef l-impjieg tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhrilix li xi ħadd qatt ta l-assikurazzjoni fit-termini kif poġġiha l-Onor. Membru. Il-proċess ta' ristrutturar fil-PBS Ltd, li qed isir fuq ir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force imwaqqfa apposta, m'għandux bħala skop li l-ħaddiema jitilfu l-impjieg tagħhom, imma li l-Kumpannija ssir waħda vijabbli. L-impjieg tal-ħaddiema jista' jiġi assigurat fil-futur fin-numru skond il-vijabilita` u kemm il-darba r-ristrutturazzjoni titwettaq kif meħtieġ. Li n-numru ta' impjegati fil-PBS kif inhu llum huwa wieħed li mhux sostenibbli u li jrid jonqos huwa fatt aċċettat minn kulħadd. Parti mill-proċess ta' ristrutturar jikkonsisti fi "Skema ta' Irtirar Kmieni" li permezz tagħha numru ta' impjegati jirtiraw u b'hekk il-kumpannija jkollha n-numru ta' impjegati skond il-ħtieġa tax-xogħol li jkollha fil-qasam tax-xandir pubbliku u skond il-parametri tal-vijabilita` tagħha.
Leg 9 PQ #28348 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ27965?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-laħam aħmar hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-laħam aħmar fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28349 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 27966?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, il-ġobon hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tal-ġobon fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28350 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 27967?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ħafna prodotti agrikoli oħra, it-trab tal-ħalib hu mpurtat bi prezzijiet internazzjonali. Malta għalhekk qed titlob li jibqa' jkollha din l-opportunita' sakemm il-prezz tat-trab tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea u dak dinji jsir l-istess. Dan qed isir biex ma jkollniex żidiet fil-prezzijiet lokali, dak għall-konsum u dak fl-ipproċessar. Il-kwantita' tigi nnegozjata u din tkun stmata fuq livelli ta' kummerċ storiku. Iva, saru diversi kunsultazzjonijiet, formali u informali, u dawn jibqgħu isiru sa meta joqorbu t-taħdidiet tan-negozjati proprja.
Leg 9 PQ #28358 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ir-refunds dovuti lill-persuni li n-numru tal-karta ta' l-identita' tagħhom qed jintbagħtu separatament għadhom ma ġewx imħallsa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni minkejja li għaddew 5 snin? Jista' jara li l-pagamenti dovuti jiġu mħallsa? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista’ jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #28362 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

B'referenza għas-sitwazzjoni l-nħolqot bejn il-bidwi u l-kumpanija li tagħrif dwarhom qed jintbgħat separatament, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir sabiex il-bdiewa nvoluti ma jiġux imkeċċija il-barra mir-rażżett u r-raba li ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar 50 sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ma jistax jidħol fuq kwistjonijiet legali bejn terzi, iżjed u iżjed meta jkun hemm sentenza tal-Qorti.
Leg 9 PQ #28363 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ is-sitwazzjoni tal-każ li qed jintbagħat separatament? Jista' jistħarreġ x'alternattiva tista' tiġi rikomandata sabiex il-bdiewa kkonċernati ma jitkeċċewx il-barra minn din l-art u razzett li jokkupaw?

Response (BORG, TONIO)

Il-każ jirrigwarda kawża bejn żewġ partijiet fuq proprjeta` privata fejn kien hemm deċiżjoni tal-Qorti. Għaldaqstant, ma nista` nirrikomanda l-ebda alternattiva.
Leg 9 PQ #28316 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kwalita tat-Tuffieħ — Sptar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jirriżultax li l-kwalita tat-tuffieħ li pporvda l-kuntrattur fl-Isptar San Luqa u Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat b' detriment li kien hemm ilmenti mill-pazjenti stess? Jekk iva, x' passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-kwalita tat-tuffiegħ li ġie provdut fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat. Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli kunfidenzjalment.
Leg 9 PQ #28317 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezjonijiet tat-taxxa li saru minn tax payers matul dawn l-aħħar 10 snin sena b' sena? Kemm minnhom ġew rimedjati fl-istess perjodi ta' snin sena b' sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ oġġezzjonijiet tat-taxxa li saru f’dawn l-aħħar 10 snin - minn meta bdiet tinżamm l-informazzjoni sena b’sena - huwa kif ġej: Sena Individwi Kumpaniji 1993 - 585 1994 - 581 1995 - 568 1996 - 501 1997 9,260 958 1998 7,464 1,081 1999 6,817 498 2000 5,157 542 2001 2,116 411 Mhux possibbli li wieħed jgħid kemm minnhom ġew rimedjati fl-istess perjodu li fih tkun saret l-oġġezzjoni minħabba li : (a) il-proċedura fid-Dipartiment hi li meta jinbeda każ, id-Dipartiment jipprova jaħdem l-oġġezzjonijiet kollha li jkunu pendenti dwar l-istess taxpayer u mhux biss dawk li jkunu daħlu riċentement (b) għal raġunijiet amministrattivi u ta’ prijoritajiet diversi, l-ordni li fiha jinħadmu l-oġġezzjonijiet mhux neċessarjament tkun skond id-data li fiha jkunu saru l-ittri ta’ oġġezzjoni.
Leg 9 PQ #28319 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni/ċittadini/tax payers Maltin u Għawdxin li huma dovuti r-refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux jingħataw l-interessi bl-istessi metodi li jiġu mitluba l-interessi fuq il-persuni/ċittadini/tax payers Maltin u Għawdxin li għandhom jagħtu/jħallsu lill-istess Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 1998 'l hawn il-persuni/ċittadini/taxpayers Maltin u Għawdxin qegħdin jitħallsu lura r-refunds dovuti sa sitt xhur mid-data li fiha huma obbligati jissottomettu l-formola u meta jaqbżu d-data stipulata jitħallsu bl-interessi ukoll skond l-emendi li saru bl-Att IX ta' l-1999. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-snin ta' qabel l-1997, ma hemm xejn fil-liġi li d-Dipartiment għandu jħallas l-interessi fuq ir-refunds. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-fatt li l-imgħax pagabbli minn taxpayer jibda jgħodd mill-ewwel filwaqt li dak pagabbli mid-Dipartiment jibda jgħodd minn sitt xhur wara, tajjeb li wieħed jgħid li f'kaz ta' taxpayer dan diġa jkun ngħata sitt xhur żmien minn tmiem is-sena relattiva. Id-dipartiment għandu wkoll sitt xhur żmien minn meta hu jirċievi l-formoli biex ix-xogħol amministrattiv jilħaq isir kollu. Ta' min jgħid ukoll li fil-liġi tat-Taxxa tal-1948 diġa kien jeżisti li għandhom jitħallsu l-interessi fuq it-taxxa li il-persuni/ċittadini/taxpayers ma jkunux ħallsu fiż-żmien preskritt.