Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28916 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Packing Station tal-Patata

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-packing station tal-patata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-packing station tal-patata saru 3391 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għall-ammont totali ta’ Lm9,739.16. Din is-sahra saret minn 116-il ħaddiem. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28917 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f' Wied Inċita bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, f'Wied Inċita saru sitt sigħat sahra minn żewġ ħaddiema, u 2,000 vjaġġ bil-bowser ta' l-ilma minn 11-il ħaddiema. Is-sahra kienet tammonta għal Lm14.32 u tħallset kollha. Kif jaf l-Onor. Interpellant ix-xufiera tal-bowsers jitħallsu Lm2.50 extra għal kull vjaġġ li jagħmlu, liema ħlas isir mill-vot tas-sahra. Sal-lum, dawn ix-xufiera tħallsu Lm5,000, u fadlilhom jirċievu bejniethom Lm882.50.
Leg 9 PQ #28918 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Anton

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f'San Anton bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li f’San t’Anton saru 10 sigħat sahra minn żewġ ħaddiema bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28919 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sezzjoni tan-Naħal

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fis-sezzjoni tan-naħal bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fit-taqsima tan-naħal ma saret l-ebda sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Għalhekk ma thallas xejn u ma baqa’ xejn x’jitħallas.
Leg 9 PQ #28920 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret f'Tal-Kmand bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f’Tal-Kmand saru 101.25 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għal ammont ta’ Lm415.67. Din is-sahra nħadmet minn 10 ħaddiema. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28910 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Mġarr, Binġemma, tas-Salib, matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi ta' l-Imġarr, Binġemma u tas-Salib ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28911 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta'l-Wardija, Żebbiegħa, Bidnija u Manikata, matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi tal-Wardija, ż-Żebbiegħ, il-Bidnija u l-Manikata ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28912 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartimenti tas-Sajd u ta' l-Akwakultura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fid-Dipartimenti tas-Sajd u ta' l-Akwakultura bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dipartiment tas-Sajd saru 2,302.12 sigħat u f'ta' l-Akwakultura saru 4,284.56 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena. Is-sahra fit-Taqsima tas-Sajd saret minn seba' impjegati u kienet tammonta għal Lm9,123.63. Dik fit-Taqsima ta' l-Akwakultura saret minn 17-il impjegat u kienet tammonta għal Lm12,374.28. Ma fadal l-ebda sahra x'titħallas.
Leg 9 PQ #28913 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm Esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-farm Esperimentali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Farm Sperimentali saru 2,453 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena għal ammont totali ta’ Lm5,045.20. Din is-sahra nħadmet minn 16-il ħaddiem. Ma fadal l-ebda sahra x’titħallas.
Leg 9 PQ #28914 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-Pitkalija Ċentrali bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-Pitkalija Ċentrali ma saret l-ebda sahra bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena. Għalhekk ma tħallas xejn u ma baqa’ xejn x’jitħallas.

Santa Margherita — Mosta - Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ u japprova servizz tal-karozzi tal-linja aktar spissi fl-inħawi ta' Santa Margherita l-Mosta peress li s-servizz kull siegħa mhux jakkomoda l-bżonnijiet tar-residenti? Jista' jara li dawn l-arranġamenti jsiru qabel tibda x-xitwa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz li jingħata preżentament fl-inħawi ta` Santa Margherita huwa dak skond l-iskeda hawn taħt. l-Awtorita` ser tara ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku kif jista` jkun aħjar dan is-servizz. Rotta 157 Mill-Belt għall-Mosta (Santa Margherita) Via - Floriana, Hamrun, Milend, Sta Venera (Psaila Street), B'kara Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (Matul is-sena kollha) Tluq mill-Belt Dħ ul/Tluq minn Sta. Margherita Dħ ul ġ ol-Belt 7:10 Rotta 57 7:45 8:20 8:10 Rotta 57 8:45 9:20 9:10 9:45 10:20 10:10 10:45 11:20 11:10 11:45 12:20 12:10 12:45 13:20 13:10 13:45 14:20 14:10 14:45 15:20 15:10 15:45 16:20 16:10 16:45 17:20 17:10 17:45 18:20 18:10 18:45 19:20 19:10 19:45 20:20 Sibtijiet Tluq mill-Belt Dħ ul/Tluq minn Sta. Margherita Dħ ul ġ ol-Belt 8:10 Rotta 57 8:45 9:20 9:10 9:45 10:20 10:10 10:45 11:20 11:10 11:45 12:20 12:10 12:45 13:20 13:10 13:45 14:20 Rotta 57 VIA Msida Ħin bejn wieħed u ieħor: Mill-Belt għal Santa Margherita (Mosta) - Floriana (3 minuti), Hamrun (7 minuti), Milend (10 minuti), Sta. Venera (Psaila Street) (15 il-minuta), B'Kara (18 il-minuta), Mosta (35 minuta). Santa Margherita (Mosta) għal Belt - B'Kara (5 minuti), Sta. Venera (Psaila Street) (11 il-minuta), Milend (15 il-minuta), Hamrun (20 minuta) Floriana (25 minuta) Valletta Terminus (35 minuta).
Leg 9 PQ #28858 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani xi żviluppi kien hemm dwar il-proposta pendenti tal-kommunita tar-Rabat, Mtarfa u l-Baħrija l-madwar sabiex isir ċimiterju ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-sitwazzjoni ma nbidlitx minn kif kien ġie rrapurtat fil-mistoqsija parlamentari numru 24062. Id-Dipartiment għadu qiegħed jistenna rakomandazzjonijiet mingħand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u d-Dipartiment ta` l-Artijiet dwar post alternattiv. Għaldaqstant, ninforma li jkun aktar opportun jekk l-Onorevoli Interpellant jirreferi tali mistoqsija lill-Ministri responsabbli għal tali Awtoritajiet.
Leg 9 PQ #28866 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-PQ 28224 possibli l-overtime dovut ta' Lm16,444.80 jkopri biss l-overtime għall-perjodu minn Jannar sa Awissu din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iva, jien infurmat li l-ammont imsemmi fit-tewġiba msemmija mill-Onor. Interpellant kien ikopri biss is-sahra għall-perjodu minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #28902 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' Wied il-Qlajjgħa r-Rabat matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fl-inħawi ta' Wied il-Qlejgħa, ir-Rabat ma kinux rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28906 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Mtaħleb u Landrijiet matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fl-inħawi ta' l-Imtaħleb u l-Landrijiet ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28907 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l-uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Baħrija u Kunċizzjoni matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fl-inħawi tal-Baħrija u l-Kunċizzjoni ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #28811 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħirrun

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema pajjiż oriġina l-qamħirrun li ġie impurtat dan l-aħħar? Jista' jgħid jekk dan il-qamħirrun wasalx Malta sħun ħafna? Kemm kien il-kwantita u x'inhi il-kundizzjoni tiegħu issa? Liema kumpanija forniet dan l-qamħirrun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-qamħirrun li kien impurtat riċentement oriġina mill-Brażil u wasal Malta b'temperatura normali għall-ambjent tal-klima tal-pajjiż ta' oriġini u dik ta' Malta għal daż-żmien tas-sena. Din il-konsenja kienet fornuta mill-kumpanija Finagrit.
Leg 9 PQ #28812 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Ta' Qali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-kwantita ta' ilma li hu maħżun fil-ġibjuni tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm madwar 250,000 litru ta' ilma maħżun fil-ġibjuni tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali, liema ħażna tvarja skond l-użu u l-mili permezz tal-bowser.
Leg 9 PQ #28813 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Processed Products — Price Comparison

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-processed products - price comparison li sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Personalment ma naf bl-ebda studju ta' 'processed products' - price comparison, li għalih qed jirreferi l-Onor Interpellant.