Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jinkludi flus meħtieġa sabiex isir l-embellishment fil-Qasam tad-Djar ta' Mlit il-Mosta, peress li l-Kunsill tal-Mosta ma għamilx ix-xogħlijiet hekk mistennija mir-residenti kollha matul dawn l-aħħar 7 snin u issa aktar u aktar ma jistax jgħamilhom minħabba li għandu djun kbar fuq xogħlijiet li saru diġa fil-lokal tal-Mosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru.
B'referenza għal-flus dovuti lill-ex ħaddiema ta' l-ex-lukanda Verdala (Rabat) u għall-interventi li saru mil-Ministru u l-GWU sabiex tinsab soluzzjoni għall-pagamenti dovuti lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, jista' l-Ministru jinfurmani x'progress sar mindu tqajjem il-każ minni fil-parlament xhur ilu?
Meta fil-fatt se jitħallsu l-ammonti dovuti? U kemm fil-fatt tammonta s-somma ta' flus skond id-dokumenti ppreżentati mill-GWU f'isem l-ħaddiema tal-lukanda Verdala?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp qed tikkunsidra l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 28472, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim li sar taħt din l-amministrazzjoni għas-snin 2002 u 2003? Jista' wkoll ipoġġi l-ftehim uffiċjali li kien sar għall-perjodu tas-snin 1996, 1997 u 1998 mill-Ministru preċedenti Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti li għalihom irrifera l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett ta' kisja cold tarmac li kellu jsir fuq l-għalqa ta' Kola r-Rabat? X'ġara mit-talbiet tal-kunsill lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dwar il-post imsemmi fil-Mistoqsija, kienet saret applikazzjoni bir-referenza PA 3707/95 (to construct parking for private cars). Deċiżjoni favorevoli għal dan l-iżvilupp ittieħdet fit-22 ta` Novembru 1999 mill-Kummissjoni għal Kontroll ta` l-Iżvilupp. Wara kien sar appell minn terzi persuni fuq l-istess applikazzjoni, id-deċiżjoni nqalbet u ġiet "upheld" mill-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar fil-25 ta` Ottubru 2001.
Jista' l-Ministru jgħid peress li t-Torball Blind Association f'Novembru li ġej tiċċelebra l-10 snin mit-twaqqif tagħha, u peress li matul dawn l-istess perjodu ebda propjeta li talbet sabiex tiġi allokata fl-Mtarfa ma ġiet żviluppata mill-Awtoritajiet konċernati sija ta' l-Universita' ta' Malta u ta' l-Awtorita' tad-Djar, jista' l-Viċi Prim Ministru jintervieni sabiex issir ġustizzja mat-Torball u ċioe japprova li l-isolation hospital ta' l-Imtarfa jiġi mogħti għal din l-okkażjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-talba tal-Kunsill Lokali tar-Rabat u ta' ħafna Rabtin sabiex il-venda terġa tiġi lura fi Triq Santa Rita r-Rabat? Jista jara li din tirritorna lura bla aktar dewmien, issa li Triq G.B. Olivier, Rabat ġiet one way?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 19510 u 21713, L-Onor. Interpellant jaf sew li Triq Borg Olivier għadha bi prova bħala one way, kif diġa aċċennajt fit-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28680.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti li ġew proposti sabiex tinbena l-fabbrika ġdida tal-ħalib? Meta saru laqgħat bejn ir-raħħala u l-Ministeru matul dawn l-aħħar tlett snin u x'riżultati nkisbu u x'deċiżjonijiet ittieħdu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li jidher li ma kienx hemm żviluppi ġodda minn meta saret il-Mistoqsija Parlamentari numru 23223, m'hemmx x'wieħed iżid aktar ma' dak li diġa' ntqal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għal-liċenzja tan-nassaba u kaċċaturi ġiet approvata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienu t-talbiet approvati għall-istess perjodu għas-snin 2000 u 1999 separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-hrug ta' licenzji ghal kacca u insib hu kif jidher hawn taht:-
Hrug ta' licenzji godda
1999 2000 2001
Jannar - Settembru Jannar - Settembru Jannar - Settembru
Kacca 288 308 371
Insib 44 89 270
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru pendenti ta' talbiet għal liċenzji tal-kaċċaturi u nassaba li għandu d-Dipartiment kkonċernat fil-mument?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29042, ninsab infurmat illi bħalissa hemm 694 applikazzjoni pendenti għal liċenzji tal-kaċċa u 253 għal liċenzji ta` nassaba.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tlett snin kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn l-awtoritajiet tal-Gvern Malti u dawk Libjani sabiex tkun kontrollata aħjar il-problema tat-traffikar tad-droga li teżisti? Xi żviluppi saru?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru diġa` ngħatatlu mill-Ministru ta` l-Intern meta wieġbu għall-Mistoqsija kważi identika Numru 28552.
Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess ta' l-applikazzjonijiet il-ġodda tal-kaċċaturi u nassaba minħabba li jeżistu każijiet fejn kaċċaturi u nassaba qed jispiċċaw jistennew madwar sena sabiex tinħarġilhom il-liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29042.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-kumpanija Vodaphone filwaqt li żidiet il-profitti naqset il-kummissjonijiet tal-bejgħ tal-vodaphone cards minn 10% għall 7% mill-ewwel ta' Ottubru ta' din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura purament kummerċjali, u għalhekk il-M.C.A. ma tidħolx fil-kwistjoni.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-siegħa overtime saret fil-biċċerija bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Minn għand dan l-overtime, kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqalulhom jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fid-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji saru 14,926 sigħat ta' sahra, għal amont ta' Lm32,601.63 fil-perjodu msemmi. Din is-sahra nħadmet minn 49 ħaddiem. Is-sahra tħallset kollha, ħlief għal Lm3,471.68 li għadhom dovuti lil għaxar ħaddiema, taħt l-iskema tal-beef intervention, liema ammont ikopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru ta' din is-sena.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28311, jista' l-Ministru jinfurmani xahar b'xahar kemm kienet il-kwantita' ta' larinġ li ddaħlet fl-isptar Monte Carmeli bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kwantita` ta` larinġ li ddaħħlet fl-Isptar Monte Carmeli bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena huma kif indikat fit-tablla muriha hawn taħt:
2001
Jannar 3503kg
Frar 2795kg
Marzu 3778kg
April 2848kg
Mejju 2912kg
Ġunju 3856kg
Lulju NIL
Awissu NIL
Settembru NIL
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28311, jista' l-Ministru jinfurmani xahar b'xahar kemm kienet il-kwantita tal-provista' tal-laring li daħlet fl-isptar San Luqa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta` larinġ li nxtara għall-Isptar San Luqa bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena kien hekk:
XAHAR
Kgs
Jannar
4,157
Frar
3,725
Marzu
10,228
April
4,900
Mejju
2,592
Ġunju
5,000
Lulju
1,040
Awissu
180
Settembru
-
TOTAL
31,822
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet f'kilos il-qatla tal-majjal bejn Jannar u Settembru din is-sena? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998, 1997 u 1996?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi din:
Jista' l-Ministru peress li ntqal li l-kuntratti tad-djar tar-residenti ta' Għar Barka għadhom ma sarux mill-awtorita konċernati jara li l-arranġamenti jiġu rimedjati ħalli qabel Diċembru li ġej isiru l-kuntratti? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kuntratti tal-postijiet mibnija f'Għar Barka Rabat ma' jistgħux jiġu ppubblikati peress illi l-Awtorita' tad-Djar ma' għandhiex titolu legali fuq l-art.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' liċenzji ġodda tal-kaċċa u l-insib li ħarġu bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena u tul is-snin 2000 u 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-hrug ta' licenzji ghal kacca u insib hu kif jidher hawn taht:-
Hrug ta' licenzji godda
1999 2000 2001
Jannar - Dicembru Jannar - Dicembru Jannar - Settembru
Kacca 359 490 371
Insib 54 16-0 270
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja li twessat it-triq neċessarja, it-trasport pubbliku ma ġiex estiż għar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat?
Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja mar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat tiġi rimedjata bla aktar telf ta' żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minkejja li saru laqgħat ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex tiġi riżolta din it-talba, jidher li għad hemm xi problemi minn naħa tas-sidien.