Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29209 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-aħħar żviluppi tal-kwistjoni bejn is-sajjieda Għawdxin u Tuneżini? Kemm saru laqgħat Interministerjali u laqgħat ma l-Ambaxxata tat-Tuneżija f' Malta u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tuneżin?

Response (BORG, JOE)

Apparti mill-kuntatti diretti li saru bejn l-Awtoritajiet tas-Sajd taż-żewġ pajjiżi, meta l-Ministeru rċieva rapport uffiċċjali dwar l-inċidenti li kienu nqalgħu bejn sajjieda Maltin u Tuneżini fl-ibħra internazzjonali, l-Gvern Malti talab lill-Gvern Tuneżin sabiex jinvestiga. Fil-laqgħat li saru bejn rappreżentanti taż-żewġ Gvernijiet, kien hemm qbil li ż-żewġ naħat għandhom jikkollaboraw flimkien ħalli jsibu soluzzjonijiet dejjiema dawn il-problemi. Dan il-punt ħareġ ċar aktar u aktar matul iż-żjara li għamel il-Prim Ministru Malti fit-Tuneżija fil-25 u s-26 ta' Ottubru 2001.
Leg 9 PQ #29250 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċimiterju Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar PQ 28858 dwar iċ-ċimiterju fir-Rabat?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26335, ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tagħmel kull sforz biex tidentifika sit fil-Pjan Lokali li jilqa` għal dan il-bżonn. Dan is-sit irid ikun jirrispetta wkoll kriterji ambjentali, fosthom il-ħarsien ta` art agrikola ta` kwalita tajba, protezzjoni tal-aquifer u l-impatt fuq il-landscape, aċċess adegwat għal vetturi u provvediment ta` parkeġġ għal karozzi.

Djar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja għat-talba pendenti ta' l-anzjana (li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament) sabiex tidħol f' Mtarfa Home? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija applikat biex tidħol fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Imtarfa f'Marzu li għadda u fl-istess xahar sarilha l-assessment soċjali. L-assessment mediku sar f'Awissu li għadda. Il-każ tagħha qed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #29193 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-bajd frisk f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29194 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tat-tiġieġ tas-simna f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29195 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-ħalib frisk f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29196 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi taċ-ċanga f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29192.
Leg 9 PQ #29199 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam taċ-Ċanga Friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska u ingħataw ċertifikat matul l-1997, 98, 99, 2000, u f' dawn l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kienet il-kwantita li nxtrat kull sena separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li n-numru ta' ċertifikati maħruġa lil ħwienet li xtraw ċanga friska hu kif ġej: 1997 Nil 1998 4,316 1999 3,640 2000 6,052 2001 7,440 In-numru ta' ċertifikati maħruġa mid-Dipartiment ma jirriflettux il-kwalita' ta' ċanga li nxtrat minħabba l-fatt li mhux kull min jixtri jmur biex jieħu ċ-ċertifikat.
Leg 9 PQ #29200 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Lokali

Question

Jista' l-Ministru jispjega li filwaqt li fil-pjanijiet tiegħu se jikkontrolla l-produzzjoni lokali tal-bdiewa, raħħala u l-Apro-Industrija se jneħħi l-protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' l-istess sorsi ta' produzzjoni lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistax nifhem x'qiegħed jipprova jistaqsi l-Onor. Interpellant. Ma nafx għal liema pjani tiegħi, biex tkun ikkontrollata l-produzzjoni lokali tal-bdiewa, qiegħed jirriferi. Nassigura lill-Onor. Membru li l-pjani tal-Gvern għall-bdiewa, raħħala u l-Agro-Industrija huma li dawn is-setturi jsiru aktar effiċjenti u li l-produtturi jkollhom qligħ xieraq għall-prodotti tagħhom.

Budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jinkludi flus meħtieġa sabiex isir l-embellishment ta' Santa Margherita l-Mosta, peress li l-Kunsill tal-Mosta ma għamilx ix-xogħlijiet hekk mistennija mir-residenti kollha matul dawn l-aħħar 7 snin u issa aktar u aktar ma jistax jgħamilhom minħabba li għandu djun kbar fuq xogħlijiet li saru diġa fil-lokal tal-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru.

Budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jinkludi flus meħtieġa sabiex isir l-embellishment ta' Zokrija l-Mosta, peress li l-Kunsill tal-Mosta ma għamilx ix-xogħlijiet hekk mistennija mir-residenti kollha matul dawn l-aħħar 7 snin u issa aktar u aktar ma jistax jgħamilhom minħabba li għandu djun kbar fuq xogħlijiet li saru diġa fil-lokal tal-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru.

Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienu r-raġunijiet li l-culverts ta' l-ilma tax-xita, fil-parti ta' Main Street il-Mosta ġej minn naħa ta' Ta' Qali, ma sarux matul dawn l-aħħar tlett snin? Jista' l-Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jinkludi l-flus neċċessarji fl-ispiża tiegħu sabiex ikopri x-xogħlijiet tal-culverts f' din it-triq fil-Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali diġa ħa passi biex jitwettaq dan il-proġett.
Leg 9 PQ #29190 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' se jiġri mill-kwota tal-produtturi tal-majjal wara li Malta ssir membru ta' l-UE? Jirriżutalu l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-UE, il-produtturi tal-majjal titneħħilhom il-kwota tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Gvern ser jesiġi li l-kwota kif approvata mill-MEUSAC ma tiġix miżjuda u dan minħabba raġunijiet ta' ambjent u ta' "waste management".
Leg 9 PQ #29191 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Frisk

Question

Jirriżultalu l-Ministru li wara s-sena 2008 l-UE se tneħħi l-kwota tal-produtturi tal-ħalib tal-pajjiżi membri? Jista' l-Ministru jinfurmani x' se tkun il-pożizjoni tal-produtturi lokali tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu hu biss spekulazzjoni. Nassigurah ukoll li l-produtturi lokali tal-ħalib frisk se jkollhom l-interessi tagħhom salvagwardjati fin-negozjati.
Leg 9 PQ #29192 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għas-sistemi tal-waste management applikati fil-pajjiżi ta' l-UE, kif dawn se jolqtu l-produtturi tal-majjal f' Malta u Għawdex separatament u dan inkwantu tad-densita tal-popolazzjoni tal-gzejjer?

Response (ZAMMIT, NINU)

Malta se jkollha l-programm ta' waste management skond il-ħtigijiet tagħha, tant, li dan se jagħmel parti mportanti mill-Programm dwar l-Iżvilupp Rurali.
Leg 9 PQ #29036 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar x'progress sar dwar it-talba tar-Rabat Scout Group sabiex ikollhom ċentru ġdid fir-Rabat ħalli jkomplu jorganizaw lit-tfal tal-familji residenti fir-Rabat u l-Mtarfa? Meta fil-fatt se tiġi milqugħa t-talba tar-Rabat Scout Group.

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja qed tiġi trattata.

Allokazzjoni għat-Talba

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm żviluppi dwar il-każ imsemmi f' PQ 28734? Jekk le, jista' jara li jiġi rimedjat dan il-każ pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi dan hu każ bħal ħafna oħrajn ta' "sharing accommodation" u d-Dipartiment qiegħed jitratta dan il-każ fid-dawl tal-każijiet pendenti li għandha.
Leg 9 PQ #29171 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' se jiġri mill-ilma tax-xita li s-soltu kien jiskula fit-Triq il-Marfa fil-parti ta' ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Jugoslavi fil-Mellieħa fejn issa saret bankina ġdida? X' arranġamenti saru sabiex l-ilma ma jkissirx din il-bankina u ma jgħaddix minn fuqha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol imsemmi qiegħed isir mid-Dipartiment tat-Toroq. Għalhekk, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bankina — Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex bdiet u kważi tlestiet il-bankina ta' Marfa road fil-parti li tibda minn ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Jugoslavi fil-Mellieħa, bla ma saret konsultazzjoni mas-sidien tar-restoranti li hemm faċċata din il-bankina? Jaf il-Ministru li ma baqax aċċess għall-parking li kien hemm qabel għad-detriment li dawn is-sidien se jitilfu u fil-fatt diġa bdew jitilfu ħafna kummerċ? Jista' l-Ministru jinvestiga din l-inġustiżżja li saret fil-konfront ta' dawn is-sidien u jara li tinstab soluzzjoni immedjatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir fuq pjanti li kienu esebiti għal diversi jiem f`sala fil-Mellieħa u kienet saret laqgħa ta' konsultazzjoni mal-pubbliku fir-rigward. Ninsab infurmat li ma kien hemm ħadd li ressaq xi oġġezzjonijiet għal dan ix-xogħol, la waqt il-laqgħa ta` konsultazzjoni, la qabel u lanqas wara sakemm fil-fatt inbeda x-xogħol. Ma dan kollu, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jinvestigaw iċ-ċirkustanzi li qed isemmi l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #29173 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Parking

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex aċċess tal-parking li kellhom is-sidien ta' l-istabilimenti kummerċjali u restoranti, fil-parti ta' Marfa road il-Mellieħa li tiġi bejn iċ-Ċimiterju tal-Jugoslavia fil-Mellieħa sa qabel ir-round about tal-By pass, issa tneħħa bix-xogħlijiet tal-bankina l-ġdida li saret? Jekk f' affermattiv meta? Billi dan tellef ħafna mill-kummerċ ta' dawn is-sidien jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u jirrimedja b' soluzzjoni tal-parking li fuq kollox kien diġa jeżisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-Ispetturi tal-Bini inkarigati mill-area, jirrizulta li dan l-ahhar saru bankini godda fl-inhawi tal-Mellieha. Peress li n-naha tat-triq li tmiss mac-cimiterju tal-Jugoslavja taqa’ barra z-zona ta’ l-izvilupp, dan mhux permess bid-DNO ta’ 2001. Ghaldaqstant inhareg Avviz biex Tieqaf u ta’ Twettieq b’referenza ECF1110/01. Ta’ min jinnota li hemm ‘Outline Development Application’ pendenti, b’referenza PA1082/99, ghall-immanigjar tat-traffiku f’din iz-zona. Wara konsultazzjoni pubblika kien hemm xi suggerimenti godda u ghalhekk il-perit ghandu jibghat pjanti godda rigward l-immanigjar tat-traffiku.