Jista' l-Ministru jgħid xi pjan kellha l-Water Services Corporation sabiex tieħu ħsieb tipproteġi l-hydrological cycle (l-ilma tax-xita) fil-gzejjer tagħna matul dawn l-aħħar tlett snin? Liema kienu dawn il-ġibjuni f'Malta u Għawdex maħsuba sabiex jilqgħu l-ilma tax-xita li ġew żviluppati u jew irranġati matul l-istess perjodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Hydrological Cycle tikkonsisti f'ċiklu ta' l-ilma naturali li fih jinkludi l-evaporazzjoni, ix-xita, l-infiltrazzjoni ta' l-ilma tax-xita għal taħt l-art u l-ilma li jiġri fuq l-art, li eventwalment jispiċċa jew fil-baħar, jew fid-drenaġġ jew inkella f'xi ilqugħ biex eventwalment jiġi użat għal skopijiet sekondarji.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma timmaniġġja l-Hydrological Cycle b'mod effettiv billi timmoniterja l-elementi, bħall-ammont ta' xita, l-ammont li jevapora, l-ammont li jmur bħala run-off kif ukoll dak li jinfiltra. Bħal kull sistema, huwa diffiċli li jkollok effiċjenza kif mixtieqa peress li ħafna mill-elementi huma dipendenti fuq l-użu u l-iżvilupp ta' l-art.
Rigward l-iStormwater Run-off, tajjeb jingħad li matul dawn l-aħħar snin saru studji preliminari sabiex jiġi formulat pjan nazzjonali għall-iStormwater. Ma jistax jingħad li saru xi żviluppi u manutenzjoni speċjali fuq ġibjuni ta' l-ilqugħ peress li pjan bħal dan jeħtieġ investiment mhux żgħir li hemm il-ħsieb li jsir fil-futur anke bil-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea.
B'referenza għas-supply measures li talab il-Gvern fil-position paper tal-Biedja dwar is-sħubija ta' Malta fl-UE li jkopri l-materja prima tal-prodotti ta' l-ikel jew ukoll l-istess użu ta' sors bħala kompożizzjoni fi prodotti oħra?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li qed jintqal li se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja lokali bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, u fl-istess ħin il-Gvern qed jitlob supply measures fid-diversi prodotti ta' l-ikel, dan jikkonferma li levies ta' protezzjoni se jitneħħew bejn il-pajjiżi ta' l-UE biss? Jekk huwa l-każ, x'inhuma r-raġunijiet ta' din l-politika?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliexil-programmi tal-hands on fishing li kien jiġi organizzat bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, tal-Agrikoltura u l-Aps Bank sabiex studenti jattendu l-iskejjel sekondarji fil-form 4 u 5 jingħataw edukazjoni fuq il-mistier tas-sajd spiċċa matul dawn l-aħħar tliet snin?
Jista' l-Ministru jara li dan il-programm jiġi attwat mill-ġdid għall-ġid ta' studenti maltin u għawdxin?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu għandu programm ta' 'Hands-on Farming' iżda qatt ma kien involut fi programm ta' 'Hands-on Fishing' u se jistħarreġ, jekk kien hemm dan il-programm, fiex kien jikkonsisti u min kien imexxih.
Sadanittant, id-Dipartiment tal-Kurrikulu għandu ftehim mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd biex isiru żjarat fiċ-Ċentru għax-Xjenza tas-Sajd f'Marsaxlokk minn studenti ta' l-iskejjel Primarji u Sekondarji.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien id-dħul mid-dazju fuq l-alkohol għas-snin 1997,1998,1999, 2000 u bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dazji ta' mportazzjoni u tas-sisa li nġabru fuq alkohol u prodotti ta' alkohol (HS No. 2208) kienu kif jidher hawn taħt:
Dazju ta' Mportazzjoni Dazju ta' Sisa
Lm Lm
1997 13,289 4,151,837
1998 20,551 4,471,467
1999 21,876 4,026,676
2000 23,610 3,264,224
2001 --------- 1,776,925
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Parades, Manikata, Mellieħa Selmun matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li m'hemmx rekord li sar xogħol ta' ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Parades, Manikata u Selmun.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Xemxija, Burmarrad, Wardija u Bidnija matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'dawn is-snin sar xogħol ta' riabilitazzjoni u bini ta' ħitan tas-sejjieħ f'Burmarrad, u fit-triq li tagħti lejn il-Wardija.
Jista' l-Ministru jintervjeni peress li residenti ta' Għar Barka r-Rabat Malta ilhom aktar minn 15-il sena jistennew li jiġi estiż is-servizz tal-karozza tal-linja, sabiex bla aktar dewmien, is-servizz ikun provdut?
Fid-dawl ta' dan l-inkonvenjent li ħa daqstant snin, jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac fil-parti tat-triq kif rikjesta mill-Awtorita' sabiex dan is-servizz jkun jista' jiġi estiż immedjatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex matul dawn l-aħħar tlett snin ma sar ebda żvilupp
fil-pjazza tal-Baħrija?
Meta fil-fatt se jsir l-iżvilupp u meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qatt ma kellu żviluppi partikolari ntenzjonati għal din il-pjazza.
B'riferenza għall-każ li qed nibgħat separatament u tal-fatt li t-talba pendenti għas-servizz ta' l-ilma qed itellef l-għixien tal-persuna u l-familja tiegħu, jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja b'deċiżjoni immedjatamet ? Jekk fl-affermativ meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni li hemm bżonn. Dwar data, dan jiddependi min-numru ta' talbiet simili li l-Korporazzjoni għandha pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nċidenti fuq il-post tax-xogħol li seħħew bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Fliema gradi rriżultaw dawn l-inċidenti/korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Kemm minn dawn il-każijiet għadhom suġġett ta' pagamenti ta' benefiċji soċjali minħabba l-persuni kkonċernati għadhom ma rritornawx għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'referenza għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-istatistika mitluba xahar b'xahar.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jiena nfurmat li peress li każijiet ta' korrimenti jidħlu regolarment u persuna tista' tirritorna għax-xogħol f'kull jum tal-ġimgħa, din it-tip ta' statistika ma tinżammx xahar b'xahar. L-istatistika li tinġabar fl-aħħar tas-sena tkun tindika kemm ittieħdu ġranet benefiċċju (benefit days) u kemm intilfu ġranet ta' xogħol (incapacity days) matul sena partikulari.
Jista' l-Ministru jirrimedja t-talba pendenti tal-koppja anzjani mill-Baħrija (li d-dettalji dwarhom qed tintbagħat separatament) sabiex jidħlu fl-Mtarfa Home?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani b' referenza għas-sitwazzjoni dwar l-iskart f' Buġibba kif imfissra fil-ġurnal The Times ta' 30 ta' Ottubru 2001, x' passi ttieħdu u x' pjan sar sabiex tiġi rimedjata l-problema msemmija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħolijiet li qed isiru fl-estensjoni tad-drenaġġ mhux se jinkludu l-estensjoni sal-Baħrija?
Jista' l-Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jivvota l-flus neċessarji ħalli l-komunita tal-Baħrija jkolla sistema tad-drenaġġ adegwata ħalli jkunu possibli li t-Triq Prinċipali tal-Baħrija tingħata t-tarmac wara 30 sena mindu kienet ingħatat l-isfalt?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21025 (Seduta 422).
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Baħrija, Kunċiżżjoni, Landrijiet, Għajn Qajjed, il-Fiddien, l-Imtaħleb u l-Imtarfa matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fis-sena 2000 sar xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Fiddien u l-Imtaħleb, u xogħol ieħor ta' tindif fil-Baħrija u l-Kunċizzjoni.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Mġarr, Binġemma u Żebbiegħ matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sar xogħol ta' riabilitazzjoni u tiswija ta' ħitan fil-limiti tal-Mosta, fit-triq lejn l-Imġarr u f'Targa Gap fis-sena 2000.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' żgumbrament ordnat mill-kummissarju ta' l-artijiet li qed inbgħat separatament dwar raba' fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ ilu jiġi nvestigat mill-Uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sa minn April 1999 u li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ssottometta l-pożizzjoni tiegħu, dwar dan il-każ,
lill-Kummissarju ta' l-Artijiet sa minn April 1999.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar dwar it-talba tal-produtturi tal-majjal sabiex jkollhom żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li jiproduċu?
Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-kilo li qed titlob il-kooperattiva tal-produtturi tal-majjal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal-majjal għadha qed tkun evalwata.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex matul dawn l-aħħar 4 xhur il-produtturi taċ-ċanga friska tħallsu bejn Lm60 u Lm65 għall-qantar ċanga tal-baqra flok Lm75 u Lm80 l-qantar u għall-laħam taċ-ċanga ta' l-għoġiela Lm95 u 105 l-qantar meta s-soltu kienu jitħallsu Lm115 u Lm110 għall-istess laħam?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru offra lill-KPH li jinqatlu l-baqar mill-istess kooperattiva biex jinqata' xi abbuż. Fil-fatt il-qatla bħalissa hi kompleta u l-KPH ma kellhiex għalfejn tintervjeni għaliex il-produtturi qed jingħataw prezz raġjonevoli u m'humiex jagħmlu undercutting lil xulxin.