Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu u/jew sofrew xi inċidenti waqt li kienu qed jgħatu s-servizz tagħhom matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatment? Jista' jipprovdi l-istess dettalji għall-dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri tal-Korp tal-Pulizija li b`xi mod weġgħu waqt il-qadi tad-doveri tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:-
1997
1998
1999
2000
2001
Malta
47
49
37
37
52
Għawdex
xejn
1
xejn
xejn
xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt il-35 sena u taħt il-45 li għamlu l-bypass tal-arterji tal-qalb matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm huwa n-numru globali tal-persuni li għamlu l-istess operazzjoni fl-istess perjodu msemmija? Liema kienet l-iżgħar eta tal-pazjenti u liema l-akbar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-informazzjoni ma tinġabarx eżattament fil-format mitlub mill-Onorevoli Interpellant fis-sens li:-
tinġabar f'perjodi ta` għaxar snin (0-9, 10-19, 20-29) eċċ.
tinkludi l-operazzjonijiet kollha tal-qalb inkluż valvi u tiswija ta` ASDs
ma jinżammux statistika għal Malta u Għawdex separament
1. Dwar operazzjonijiet fl-aħħar 5 snin-
Perjodu
Taħ
t id-39 sena
Bejn 40 u 49 sena
Total
April 95-Marzu 96
12
32
300
April 96 - Marzu 97
5
44
328
April 97 - Marzu 98
10
38
320
April 98 - Marzu 99
5
29
301
April 99 - Diċembru 99 (9 xhur)
2
37
263
2000
5
40
345
2. L-iżgħar pazjent operat kellu 11-il sena filwaqt li l-ikbar kellu 89 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li spiċċaw vittma ta' vjolenza mill-istudenti u/jew mill-ġenituri tagħhom matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena f' Malta u Għawdex separatament?
X'passi dixxiplinarji ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti u kollużjonijiet ta' traffiku rapurtati lill-pulizija bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena f' Malta u Għawdex separatament?
Kemm minnhom kienu fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2001, in-numru ta` inċidenti u kollużjonijiet tat-traffiku f`Malta u Għawdex kien ta` 10,500 u 490 rispettivament, filwaqt illi dawk fatali kienu 10 u 2 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rappreżentant ta' pajjiżna fil-Qatar WTO Trade meeting li sar f'Novembru ta' din is-sena?
X'Kienu t-talbiet li għamel il-gvern Malti lill-WTO sabiex jiproteġġi l-interessi tal-poplu?
Response (BORG, JOE)
Id-delegazzjoni ta' Malta fil-Qatar għall-Konferenza Ministerjali tal-WTO kienet immexxija mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-Professur Josef Bonnici, u kienet tinkludi lis-Sur Paul Zahra, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, lis-Sur Ray Cachia Zammit, Assistent Personali tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u lis-Sur P Clive Agius mill-Missjoni Permanenti ta' Malta f'Ġinevra.
Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provision for agriculture produce li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tiproċedi l-Biedja tal-popli tal-pajjiżi membri?
Ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gzejjer tagħna?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-87 Tariff Quotas li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tipproteġġi prodotti partikulari li jipproduċu l-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi membri?
Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l-Gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal-provista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru peress illi fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa cioe' f'Tenement jew ref nru 6/93 żviluppat sitwazzjoni fejn il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament għalqet l-aċċess tar-raba' lill-bdiewa fl-inħawi u li isimhom qed ukoll jintbgħat separatament b'gate tal-ħadid u ħajt tas-sejjieħ u oġġetti oħra, u dan minkejja li ġie diġa ordnat ineħħi l-imsemmi żgombru mid-Dipartiment ta' l-artijiet, jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat il-każ. Kif indikat fl-interpellanza, il-każ qiegħed jiġi nvestigat ukoll mill-Kummissarju ta` l-Artijiet u dan għaliex l-art fejn sar l-allegat ksur hija proprjeta` tal-Gvern.
Fiċ-ċirkostanzi, se jinħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq kontra l-Kummissarju ta` l-Artijiet bħala sid l-art, u kontra l-okkupanti talli twaħħlet xatba u talli nbena ħajt tal-madwar mingħajr permess.
Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-grada li qiegħda tagħlaq passaġġ pubbliku fit-tenement 50871 tiġi mneħħija minn min waħħalha.
Fin-nuqqas ta` dan, id-Dipartiment ser ineħħi l-grada hu a spejjeż tal-persuni responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma numru ta' għaqdiet sportivi li qed jitolbu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex jestendilhom faċilitajiet/bini eċċ talli jorganizzaw l-attivitajiet u l-avvenimenti tagħhom? Liema huma u meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġi rimedjati?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista b'41 talba mingħand l-għaqdiet biex jiġu allokati faċilitajiet/bini mis-Segretarjat Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li x-xogħol preparatorju tlesta. Jonqos biss li dawn it-talbiet jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament biex tgħaddi Riżoluzzjoni Parlamentari. Dan isir meta l-aġenda tal-Parlament tkun tippermetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma numru ta' għaqdiet clubs, għaqdiet nazzjonali eċċ li qed jitolbu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex jestendilhom faċilitajiet/bini eċċ talli jorganizzaw l-attivitajiet u l-avvenimenti tagħhom? Liema huma u meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġi rimedjati?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif meħtieġ intalab lil diversi Dipartimenti u qed nistenna risposta biex nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet rapportati lill-pulizija dwar rimi ta' skart fil-kampanja? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'dan il-ksur tal-liġi bejn Jannar u Ottubru f'Malta u Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija kellha 24 ir-rapport dwar rimi ta` skart fil-kampanja, filwaqt li nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 22-il persuna, b`konnessjoni ma` dawn ir-reati. Dawn il-każi kienu kollha f`Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li fallew l-iskejjel sekondarji u primarji matul x-xahar ta' Ottubru f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena preċedenti?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għar-raklamazzjoni ta' l-art agrikola ġiet reġistrata ma' l-PA matul din is-sena u l-2000 u l-1999? Kemm minnhom ġew approvati u kemm rifjutati? Kemm huwa n-numru ta' tmien ta' art involuti fil-każijiet approvati u rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001, ġew sottomessi 16-il applikazzjoni għal żvilupp li jinkludi reklamar ta` art. Minn dawn, tlieta (li jinvolvu 17.4 tomna) ġew approvati, filwaqt li tmienja (li jinvolvu 13.4 tomna) ġew rifjutati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġarret l-Airmalta matul Ottubru ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istess attivita' f'Ottubru tas-sena l-oħra u l-1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul ix-xahar ta' Ottubru ta' din is-sena, l-Air Malta ġarret 124,149 persuna fuq it-titjiriet ta' skeda. Matul l-istess xahar tas-sena l-oħra l-ammont ta' persuni li nġarru kien ta' 131,428 filwaqt li fl-imsemmi xahar ta' l-1999 in-numru ta' persuni kien jammonta għal 155,910.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li għamel li d-Dipartiment ta' l-artijiet skond it-tweġiba 29201?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiddispjaċini li mhux prattiku li npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopji tad-dokumenti interni li jikkonċernaw każijiet privati. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq aktar dettal dwar dan il-każ, nitolbu jinfurmani ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni privatament.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex meta Malta llum tista' timporta l-kwantitajiet tal-laħam aħmar sew taċ-ċanga/beef u tal-ħaruf minn fejn trid u kemm trid, il-Gvern Malti qed jitlob lill-EU dan id-dritt li ngawdu diġa? Ma jħossx il-Ministru li dan iffisser li l-Eu se tibda tikkontrolla lill-poplu b'sistemi ta' supply measure l-importazzjoni ta' l-ikel sija dik tal-materja prima u dik tal-prodott f'dan il-każ il-laħam aħmar?
Response (ZAMMIT, NINU)
B'supply measure ifisser li Malta trid tinnegozja ma l-Unjoni Ewropeja li l-ħtiġijiet tagħha ta' importazzjoni ta' ċertu prodott jibqgħu isiru fuq il-kundizzjonijiet preżenti. It-talba ta' Malta għal supply measure ma tista' bl-ebda mod tkun interpretata li Malta se tkun suġġetta għal xi kontroll fil-kummerċ mill-Unjoni Ewropeja. Il-fatt veru hu li b'supply measure Malta tagħżel li jkollha għarfien bil-quddiem mill-Unjoni Ewropeja tal-ħtijiet kummerċjali tagħha biex Malta jkollha l-għażliet tagħha fl-importazzjoni fuq il-kundizzjonijiet preżenti.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex meta Malta llum tista' timporta l-kwantitajiet ta' prodotti tal-ħalib nkluż il-ġobon u l-butir minn fejn trid u kemm trid, il-Gvern Malti qed jitlob lill-EU dan id-dritt li ngawdu diġa? Ma jħossx il-Ministru li dan iffisser li l-Eu se tibda tikkontrolla lill-poplu b'sistemi ta' supply measure l-importazzjoni ta' l-ikel sija dik tal-materja prima u dik tal-prodott f'dan il-każ prodotti tal-ħalib nkluż il-ġobon u l-butir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29596.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu d-dritt għall-benefiċċju tar-relief bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li kien hemm 554 familji li twaqqfitilhom l-Assistenza Soċjali (Relief) għal xi raġuni jew oħra mill-1 ta' Jannar 2001 'l hawn f'Malta u Għawdex. Ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex u għalhekk mhux possibbli nagħti risposta għat-tieni parti tad-domanda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena tneħħilhom il-benefiċċju ta' SKA mid-dipartiment tas-sigurta soċjali f'Malta u Għawdex separatament? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra u fl-1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li għal xi raġuni jew oħra ma baqgħux jirċievu l-Għajnuna Medika f'dawn l-aħħar ħames snin kien hekk:
1997
930
1998
1053
1999
1068
2000
1600
2001 (sa Ottubru)
1205
Din l-informazzjoni ma tinżammx separata għal Malta u Għawdex u mhux użu tajjeb tar-riżorsi tad-Dipartiment li toqgħod tinġabar.