Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29957 Sitting 651 2001-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Ħalib Frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħalset levy fuq l-importazzjoni tal-ħalib frisk u prodotti magħżula minnu matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-misotqsija parlamentari nru. 29866 f'seduta 648.
Leg 9 PQ #29911 Sitting 650 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jagħmel fid-dawl tar-rapport li ppreżentat l-UE lill-Gvern Malti u ċioe li fil-qasam tal-Biedja u s-sajd ftit li xejn sar matul dawn l-aħħar tlett snin, ma jħossx il-Ministru li għandu jagħti r-raġunijiet lill-poplu x'ikkawża dan in-nuqqas?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li sar ħafna xogħol mill-Ministeru fl-ambitu tat-tħejjija għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport tal-Kummissjoni jirrikonoxxi l-progress dwar l-integrated administration and control system(IACS) li a bażi tagħha jitħallsu s-sussidji u l-pagamenti diretti lill-bdiewa u raħħala. Dan fattur importantissimu għax dan hu l-bażi li nuru li nistgħu nipparteċipaw b'mod responsabbli fil-Politika Komuni Agrikola ta' l-Unjoni Ewropea. Bdiet tinbena l-infrastruttura meħtieġa biex il-Ministeru jkun imħejji sewwa sa meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Iżda wieħed irid jifhem li kien hemm bżonn ta' riforma radikali fil-Politika Agrikola ta' Malta, qabel jibdew jitwaqqfu xi strutturi. Kien hemm bżonn ta' pedament sod qabel jibdew jinbnew l-istituzzjonijiet.
Leg 9 PQ #29913 Sitting 650 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba f'PQ 29596, ma jħossx il-Ministru li ġa ladarba bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se jkun hawn il-liberalizzazjoni fil-kummerċ u se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja f'pajjiżna, m'hemmx għalfejn il-ħtieġa li napplikaw u naħlu ż-żmien ninnegozjaw is-supply measures ma' l-UE sabiex nimportaw materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li diġa nimportaw bla dazju meta ninsabu barra mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li dak li qed ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea m'hu bl-ebda mod ħela ta' ħin.
Leg 9 PQ #29914 Sitting 650 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Kontrolli fuq Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba f'PQ 29596, ma jħossx il-Ministru li jekk inkunu membri fl-UE, din timponi fuq il-Maltin u l-Għawdxin kontrolli fuq l-importazzjoni tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li mhumiex memrbi ta' l-UE fosthom it-TARIC, Tariff Quotas u s-special saveguards provissions li huma reġistrati mal-WTO? Fid-dawl tal-mistoqsijiet preċedenti u ta' l-iżviluppi riċenti, jista' l-Ministru jinformani bl-aħħar pożiżżjoni tas-sitwazzjoni msemmija?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 29596.
Leg 9 PQ #29902 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li tneħħa s-segretarju permanenti tal-ministeru u ddaħħal ieħor ġdid floku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29903 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt skond il-kuntratt eżiżtenti kellu jtemm il-kariga s-segretarju preċedenti tal-Ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 29902.
Leg 9 PQ #29905 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Performance Points

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'performance points kellu matul is-snin li tħalla jokkupa l-kariga s-segretarju preċedenti tal-Ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 29902.
Leg 9 PQ #29907 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fil-fatt approva t-tneħħija ta' l-Ex-segretarju permanenti tal-Ministeru u b'seħħ minn meta ġie nfurmat uffiċjalment l-persuna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 29902.
Leg 9 PQ #29909 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Segretarju Pemanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li s-segretarju permanenti tal-Ministeru twarrab, jista' l-Ministru issa jwieġeb għad-dikjarazzjonijiet li għamel is-segretarju parlamentari George Pullicino dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' San Lucian?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Parlamentari George Pullicino fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' San Luċjan kienu jirriferu għall-produzzjoni ta' ħut (fingerlings) fuq skala kummerċjali għall-bejgħ. Dan ix-xogħol ma għadux isir fiċ-Ċentru għar-raġuni li m'hux sew li nipproduċu ħut li jiswielna 6ċ5 kull waħda meta l-prezz fis-suq illum huwa ta' 6ċ biss. Il-ħut li jiġi mfaqqas u mrobbi fiċ-Ċentru hu għal finijiet ta' xogħol xjentifiku u ta' riċerka biss u jekk ikun hemm xi ħut żejjed dan jista' jinbiegħ flok jinqatel.
Leg 9 PQ #29910 Sitting 649 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' l-Ikel — Supply Measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba f'PQ 29596, ma jħossx il-Ministru li la l-UE ma timponi ebda kontrolli fuq l-importazzjoni ta' l-ikel tal-popli membri m'hemmx il-ħtieġa li jsiru t-talbiet għas-supply measures?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li ma' pajjiżi barra minnha, l-Unjoni Ewropeja għandha reġim ta' protezzjoni msejjes fuq diversi mekkaniżmi. Għal ħafna raġunijiet Malta tħoss li l-kundizzjonijiet tal-ħtiġijiet tagħha ta' importazzjoni barra mill-Unjoni għandhom jiġu rikonoxxuti minħabba ċ-ċokon u ċ-ċirkustanzi ta' Malta. Dan iwassal għall-ħtieġa ta' talba għal suppy measure.
Leg 9 PQ #29865 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qammiegħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja l-wegħdiet li saru lill-bdiewa tal-Qammieħ li l-ħlas taċ-ċens għat-tomma se jsir Lm 8.00 flok ta' Lm 125.00 li qed jitlob fil-mument id-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-bdiewa inkwistjoni, il-bdiewa għadhom ma' rċevew xejn uffiċjali? Jista' jinvestiga x'qed jikkawża d-dewmien sabiex tintbgħat din il-konferma lil bdiewa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bdiewa gew mgharrfa ufficcjalment li l-Gvern iddecieda li jaghmel proposta lill-Parlament biex l-ammont tac-cens ikun jista' jonqos skond kif miftiehem ma' l-Assoccjazzjoni tal-Bdiewa. Sabiex dan isir, il-klawsola numru 3 ta' kull kuntratt trid tinbidel. Din il-klawsola tista' tinbidel biss permezz ta' Rizoluzzjoni fil-Parlament. Din ir-Rizoluzzjoni diga' giet preparata u ser tigi imressqa fil-Parlament fl-ewwel possibilita'.
Leg 9 PQ #29866 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mil-levies fuq prodotii tal-biedja matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena separatament? jista' jagħti breakdown fuq liema varjeta tħallset il-levy?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nistgħax ngħati dettalji ta' l-importazzjoni u l-levies li nġabru għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita'. Jekk wieħed jara l-ewwel 24 kapitlu tat-tariffa tad-dwana, jsib li l-levies miġbura kien kif ġej : 1999 Lm 7,733,067 minn total ta' Lm 9,853,000 2000 Lm 7,436,878 minn total ta' Lm 8,447,000 2001 (sat-30 ta' Settembru) Lm 5,821,893 minn total ta' Lm 6,424,000 Taħt dawn il-kapitli hemm inklużi prodotti bħal sigaretti, xorb, imbejjed, etċ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tas-setturi nklużi f'dawn il-kapitli.
Leg 9 PQ #29897 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Supply Measure

Question

B'referenza għat-tweġiba f'mistoqsija parlamentari nru. 29597, ma jħossx il-Ministru li la l-UE ma timponi ebda kontrolli fuq l-importazzjoni ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri m'hemmx il-ħtieġa li jsiru t-talbiet għas-supply measures?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li tkun fl-interess ta' pajjiżna li Malta timporta ċerti ħtiġijiet tagħha minn pajjiżi barra l-Unjoni fuq il-kundizzjonijiet preżenti ta' importazzjoni. Għaldaqstant, talba għal supply measure hi ġġustifikata.
Leg 9 PQ #29898 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Supply Measure

Question

B'referenza għat-tweġiba f'mistoqsija parlamentari nru. 29597, ma jħossx il-Ministru li ġa ladarba bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se jkun hawn il-liberalizzazjoni fil-kummerċ u se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja f'pajjiża, m'hemmx għalfejn il-ħtieġa li napplikaw u naħlu ż-żmien ninnegizjaw is-supply measures ma' l-UE sabiex niportaw materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li diġa nimportaw bla dazju meta ninsabu barra mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li b'supply measure nifhmu provvista ta' prodott bi prezz aktar kompetittiv, fil-preżent, ngħidu aħna l-prezz dinji. Din hi konsiderazzjoni li tmur aktar 'il fuq minn dazji u mizuri oħra ta' protezzjoni.
Leg 9 PQ #29899 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċatturi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-intoppi li qed jdewmu l-proċess u l-approvazzjoni tat-talba ta' l-għaqda kaċċaturi u nassaba konservazzjonisti tal-Mellieħa sabiex ikollhom shooting range għall-membri tagħhom? Jista' l-Ministru jara li jsir pjan kordinat sabiex fit-tlett xhur li ġejjien jiġi finalizzat l-proċess u tingħata l-aprovazzjoni meħtieġa lill-għaqda kaċċaturi u nassaba Mellieħin?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22776, ninsab infurmat illi appell kontra d-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp dwar din l-applikazzjoni ġie sottomess fit-2 ta` Awissu ta` din is-sena, u l-ewwel smiegħ ser isir fis-26 ta` Novembru, 2001. L-appell għadu fl-istadju inizjali tiegħu u għalhekk hu kemmxejn diffiċli sabiex tingħata indikazzjoni kemm ser idum sakemm jiġi konkluż.
Leg 9 PQ #29901 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Supply Measure

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 29597, ma jħossx il-Ministru li jekk inkunu membri fl-UE, din timponi fuq il-Maltin u l-Għawdxin kontrolli fuq l-importazzjoni tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE fosthom it-TARIC, Tariff Quotas u s-special saveguards provisions li huma reġistrati mad-WTO? Fid-dawl tal-mistoqsijiet preċedenti u ta' l-iżviluppi riċenti, jista' l-Ministru jinformani bl-aħħar pożizzjoni tas-sitwazzjoni msemmija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Proprju special supply measure jevita dak kollu li qed isemmi. U għal darba oħra nserrah ras l-Onor. Interpellant li n-negozjati żgur li jirrispettaw it-talbiet għall-ħtiġijiet tagħna. Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, fil-futur qarib Malta tibda n-negozjati formali, fosthom it-talbiet tagħna għal supply measures.
Leg 9 PQ #29856 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċentru Malta għat-Taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti barranin u maltin li tħarġu fiċ-Ċentru Malti għat-Taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena? Liema suġġetti u kemm kien jinvolvi l-perjodu ta' żmien dan it-taħriġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-istudenti Maltin u barranin li tħarrġu u qed jitħarrġu fiċ-Ċentru Malti għat-Taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut mill-1999 sal-lum kienu: 1999 15-il student Libjan ħadu taħriġ fl-Akwakultura għal perjodu ta' sena. Student Grieg mill-Universita' ta' Plymouth għamel riċerka għal tliet xhur. Żewġ studenti Franċiżi għamlu riċerka għal tliet xhur. Żewġ studenti Maltin għamlu r-riċerka tagħhom għal tliet xhur. 2000 13-il student Malti bdew l-kors ta' sentejn fl-HND Fisheries Sciences for Mediterranean Countries. Il-grupp ta' studenti Libjani komplew u spiċċaw il-kors li kienu bdew fl-1999. Seba' studenti mil-La Agronica sc ta' Palermo tħarrġu għal ħmistax-il ġurnata. Studenta Franċiża għamlet perjodu ta' tliet xhur. Żewġ studenti mill-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura għamlu taħriġ f'dan iċ-Ċentru. 2001 Tmien studenti Maltin qed ikomplu l-HND kors. Sitt studenti oħra Maltin mill-Kulleġġ ta' l-Agrikultura qegħdin jitħarrġu f'aspetti diversi ta' l-Akwakultura. Membri tal-Forzi Armati ta' Malta ngħataw korsijiet qosra fiċ-Ċentru. Studenta Ġermaniża għamlet xahar taħriġ fl-akwakultura inġenerali.