Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30033 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd

Question

Jista' l-Ministru, peress li f'Jannar li ġej skond l-Att 2/2001 il-bastiment tas-sajd lokali jridu jkunu konformi ma' Torremolinos Convention, jinfurmani kemm huwa n-numru tal-bastimenti tas-sajd lokali li diġa huma konformi ma' din il-konvenzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li hemm fid-domanda tiegħu m'hix eżatta. Għaldaqstant nirriferik għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30034 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Regoli tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-regoli ġodda tas-sajd skond l-Att 2/2001 se jidħlu fis-seħħ f'Jannar tas-sena 2002?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviżi legali ġodda jew emendati jidħlu fis-seħħ meta jkunu lesti u kif ikun meħtieġ għall-immaniġġjar aħjar tas-sajd.
Leg 9 PQ #30035 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif ingħata lill-Kooperattivi tas-sajjieda lokali sabiex jinfurmaw lis-sajjieda membri tagħhom bit-tagħrif li jridu jiktbu fuq il-formoli l-ġodda skond l-Att 2/2001 waqt is-sajda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li hemm fid-domanda tiegħu m'hix eżatta. Għaldaqstant nirriferik għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30036 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Liċenzji Ġodda tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kategoriji u l-kriterji ġodda li abbażi tagħhom se jinħarġu l-liċenzji ġodda tas-sajd għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30037 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Liċenzji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu l-ħlasijiet tal-liċenzji l-ġodda għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Panellu l-Mellieħa Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Penellu l-Mellieħa.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Zokkrija, l-Mosta Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Żokkrija, Mosta.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Mliet il-Mosta Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Mliet Mosta.
Leg 9 PQ #30029 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provision for agriculture produce li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tiproċedi l-Biedja tal-popli tal-pajjiżi membri? Ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gzejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif l-Onor. Interpellant ġie infurmat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 30012, b’referenza għall-ewwel mistoqsija, l-Onor. Interpellant jista' jivverifika kull informazzjoni dwar din il-materja fuq il-website ta' l-EU jew billi jagħmel użu mis-servizz taċ-Ċentru Informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. B' riferenza għat-tieni mistoqsija, nassiguraħ li kulma qed isir hu fl-interess tal-viabbilta' sostenibbli tas-settur. Hu permezz t'hekk li d-dħul tal-bdiewa u l-mestjier innifsu jkunu tabilħaqq imħarsa.
Leg 9 PQ #30030 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 29202? Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li qed jitolbu l-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal-laħam min-naħa tal-produtturi tal-majjal għadha f'fażi ta' diskussjoni.
Leg 9 PQ #30031 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il tip ta' liċenzji ġodda għas-sajd se jinħarġu b'effett ta' l-Att 2/2001 u liema huma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-possibbilta' ta' liċenzji li jistgħu jinħargu hi skond Taqsimiet IV, V u VI ta' Kapitlu 425 Att II / 2001.
Leg 9 PQ #30012 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-87 Tariff Quotas li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tipproteġġi prodotti partikulari li jipproduċu l-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi membri? Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l-Gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal-provista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'riferenza għall-ewwel mistoqsija, l-Onor. Interpellant jista' jivverifika kull informazzjoni dwar din il-materja fuq il-website ta' l-EU jew billi jagħmel użu mis-servizz taċ-Ċentru Informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. B' riferenza għat-tieni mistoqsija, nassiguraħ li kulma qed isir hu fl-interess tal-viabbilta' sostenibbli tas-settur. Hu permezz t'hekk li d-dħul tal-bdiewa u l-mestjier innifsu jkunu tabilħaqq imħarsa.
Leg 9 PQ #30013 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rodent Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir-Rodent Section illum? Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkordinaw f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29967 f'seduta 652.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts tal-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat, Malta? Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar għandha programm ta' nstallar ta' lifts fil-Housing Estates u tagħti priorita' lil dawk il-Blokki fejn ir-residenti diġa' għamlu applikazzjoni għall-installar ta' lifts. Jirriżulta li l-Awtorita' tad-Djar irċieviet applikazzjoni għall-installar ta' lift minn Blokk E Bieb 1 Għajn Qajjied ir-Rabat Malta u qed tipproċedi l-applikazzjoni.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Għeriexem, ir-Rabat, Malta Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' Għeriexem, ir-Rabat, Malta.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' San Pawl il il-Baħar? Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar.

Housing

Question

Issa li l-Gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjieb fil-housing estates jintefqu sabiex jiġu stallati il-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' l-Mġarr, Malta? Fid-dawl li kull ma jmur l-eta' tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-installar ta' lifts fil-lokalita' tal-Mġarr.
Leg 9 PQ #29989 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Laqgħat — Żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kontinwazzjoni ta' laqgħat saru ma' l-Awtoritajiet Libjani sabiex jkomplu jiġu żviluppati l-proġetti maħsuba fil-protokoll ta' kooperazzjoni fl-oqsma tal-Biedja u Sajd bejn Malta u l-Libja li kien sar fl-1997?

Response (BORG, JOE)

Peress li d-diskussjonijiet li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Membru jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, nitlob li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29990 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar tliet snin id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma żammx kuntatt mal-bdiewa u l-kumpanija Ingliżi li kienet bdiet timporta minn Malta ħxejjex bħal spinaċi kosbor, coriander, eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara r-riżultati xejn sbieħ miksuba mill-esportazzjoni ta' ħxejjex għas-suq Ingliż matul s-snin 1997/1998, ma kienx il-każ li jitkomplew il-kuntatti mal-kumpannija Ingliża.
Leg 9 PQ #29991 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Problemi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bir-rapporti li preżenta d-Dipartiment tas-Sajd lill-FAO u l-GFCM dwar l-aħħar problemi u żvantaġġi li sofrew is-sajjieda Maltin u Għawdxin li jistadu għall-pixxispad, tonn u lampuki? Xi żviluppi kien hemm u meta mistennija jkomplu laqgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 29929 u 29930.