Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm diskussjonijiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tlett snin?
Jekk iva x'kienu u fliema stadju waslu?
Jekk le jista' jikkunsidra li jibdew?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet formali ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tliet snin.
Hekk kif ikun hemm interess reċiproku biex jibdew xi diskussjonijiet formali mhux se nonqos milli nappoġġjahom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex se titneħħa l-protezzjoni tal-levies li tiproteġġi lill-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija lokali, imbagħad se ndaħlu l-kwoti biex niproteġu l-bdiewa, raħħala u l-Agro-Industrija ta' l-UE? Jista' jgħidli liema huma dawk l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u l-agro-industrija li jaqblu ma din is-sistema tal-Gvern Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant għandu interpretazzjoni ħażina tal-fatti. Dawn ġew spjegati lilu f'diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet li diġa' għamel. Fi ftit kliem, dak li qed jagħmel il-Gvern hu li jipprepara s-setturi għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt kif issa jaf kulħadd, it-tneħħija tal-levies tieħu medda ta' snin u għal kull tnaqqis, tingħata għajnuna lill-bdiewa, raħħala u produtturi fl-agroindustrija. Hu importanti li dan kollu jsir taħt is-sorveljanza ta' Monitoring Unit tad-Dipartiment li jassigura li ma jkunx hemm impatti mhux mixtieqa. Din l-istrateġija, maħduma minn esperti f'dan il-qasam, ġiet diskussa, b'mod formali u iniformali, mal-partijiet interessati kollha.
Fil-fatt is-Special Safeguards ta' l-UE huma forma ta' protezzjoni għas-settur tal-biedja tal-pajjiżi membri?
Peress li skond il-Ministru, l-protezzjoni trid tispiċċa, jista' jinformani meta l-UE se tneħħi il- 539 Special Safeguards?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tista' tinkiseb mid-Direttorat-Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussel.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-siġar tal-frott ġew importati meta matul dawn l-aħħar tlett snin setgħu ġew imkabbra fiċ-Ċentru tal-Micropropagazzjoni? X'kienet in-nefqa għas-siġar li nxtraw din is-sena u kemm kwantita?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li din kienet l-ewwel sena li dan iċ-Ċentru beda jipproduċi s-siġar tal-frott u d-domanda kienet kbira ħafna għalhekk ġie deċiż li jiġu mportati siġar sabiex inkunu nistgħu naqdu aħjar id-domanda l-kbira mill-bdiewa.
Il-kwantita' ta' siġar li ġew importati kif ukoll in-nefqa kienet hekk:
Kwantita': Siġar tal-frott 50,000
Rootstock 67,400
Valur: 102,067 Euros
Inżid ngħid li kif stqarrejt fil-Parlament, din l-importazzjoni ser tibda tiġi sostitwita bi produzzjoni lokali mis-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tliet snin ma nfetħitx Għassa tal-Pulizija fl-Imtarfa? Jista' l-Ministru jikkunsidra li tinfetaħ din l-għassa peress li dan il-bżonn kull ma jmur qed dejjem jinħass fost il-komunita ta' l-Imtarfa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din il-proposta qed tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Gvern ma talabx ukoll supply measure kif l-importazzjoni tal-laħam abjad ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE? Peress li l-Ministru jgħid li l-protezzjoni trid tispiċċa, jista' jinfurmani meta l-UE se tneħħi dawn il-87 kwota u tariffa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispecial supply measure tintalab għal dawk il-prodotti li huma impurtati fi kwantita kbira u li d-differenza fil-prezz tista' teffettwa l-għoli tal-ħajja. Għar-rigward tat-tariffi li l-Unjoni Ewropea għandha taħt il-WTO, Malta tkompli tgawdi bħall-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29757 u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir-Rodent Section illum?
Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkordinaw f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
F’Għawdex, is-sezzjoni tal-Pest Control taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Customer Services u fiha hemm jaħdmu tmien impjegati li huma Supervisor, tliet General Hands, tliet Health Attendants B u Tradesman.
Żewġ impjegati jagħmlu xogħol regolari ta’ tqiegħid ta’ velenu fis-sistema tad-drenaġġ, tnejn jagħmlu xogħol ta’ tqiegħid ta’ velenu fil-miftuħ (għelieqi) fl-irħula u l-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex kif indikat lilhom mis-Supervisor u t-tnejn l-oħra jattendu għall-ilmenti rappurtati mill-pubbliku u jagħmlu trattament kontra l-ġrieden fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra.
Wieħed mill-impjegati jkun dejjem fl-uffiċċju biex jilqa’ l-ilmenti tal-pubbliku u jkun responsabbli mit-tqassim ta’ pakketti tal-velenu lill-pubbliku.
L-impjegati kollha f’din is-sezzjoni huma responsabbli għat-taħlit u ppakkjar tal-velenu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ispiża kienet tammonta:
1997 Lm7027.41
1998 Lm8399.17
1999 Lm7879.40
2000 Lm10857.74
2001 (sa Novembru) Lm7035.37
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq telefons ċellulari użati fil-Ministeru u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, sena b'sena bejn l-1997 u l-2000, hija kif ġej
1997 Lm3,836
1998 Lm1,725
1999 Lm8,561
2000 Lm1,810
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
1997 Lm 8,125.
1998 Lm 7,367.
1999 Lm10,175.
2000 Lm16,846.
2001 Lm10,114.25. (Bejn Jannar u Settembru)
(Il-kontijiet ta' Ottubru u Novembru qiegħdin jinħadmu).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għad-domandi parlamaentari Nru. 7853 u 24567, jien infurmat li l-ispiża għall-1997 kienet Lm1242, għall-1998 kienet Lm2678 waqt li għal perijodu Jannar/Novembru 2001 l-ispiża kienet Lm3126.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt l-ispiża tal-mobile phones li ntużaw mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu għas-snin 1997 – 2001 separatament.
Sena Ammont Numru ta’ mobile phones
2001 (minn Jannar sa Novembru): Lm 3,111.86 8
2000 : Lm 5,387.84 7
1999 : Lm 3,305.02 7
1998 : Lm 1,754.54 4
1997 : Lm 1,200.71 4
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.