Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna Supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-għajnuna supplimentari qed titneħħa b'60% meta l-anzjani jiriżulta li jkunu residenti f'Dar ta l-Anzjani ta' l-Istat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-provvedimenti ta' Avviż Legali numru 60 ta' l-2000, kull resident f'istituzzjoni statali għandu jikkontribwixxi għaż-żamma tiegħu f'dik l-istituzzjoni 60% tad-dħul net li għandu lill-Kumitat tal-Welfare, maħtur skond l-Artikolu 130 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Skond Taqsima 3 ta' l-imsemmi Avviż, residenti f'istituzzjoni statali jkun intitolat li jirċievi 40% tal-pensjoni, benefiċċju jew allowance imħallsa taħt l-imsemmi Att.

Reġistrar għax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru li għadda f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jwieġeb din il-mistoqsija għax-xahar ta' Novembru sena b'sena għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f'Novembru ta' l-1997, 1998, 1999, 2000 u f'Settembru 2001, maqsuma għal Malta u Għawdex huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30364 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Majjal Lokali — Żidiet fil-Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li filwaqt li l-produtturi tal-majjal lokali qed jitolbu 3c żieda fil-prezz tal-laħam li jiproduċu, l-gvern qed jitlobhom jbaxxi l-prezz bi 20c fil-kilo?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Leg 9 PQ #30365 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-UE timponi 87 kwota u tariffa fuq l-importazzjoni ta' ikel għall-konsumaturi f'pajjiżi membri? X'ikun l-impatt ta' dawn il-kwoti fuq is-soċjeta li mis-swieq internazzjonali prattikament 70% ta' dak li l-paper jikkonsma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li l-Common Agricultural Policy hija intiża biex tħares kemm l-interessi tal-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tipprovdi lill-konsumaturi fil-pajjiżi membri bi prodotti ta' kwalita' tajba u f'ammonti suffiċjenti. Parti minn din il-policy, li qed tinbidel b'riżultat ta' dak li ġie deċiż fl-aħħar laqgħa tal-World Trade Organisation, timponi ċerti kwoti u tariffi fuq prodotti li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. Aktar informazzjoni dwar il-Common Agricultural Policy tista tinkiseb minn fuq il-web-site ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #30366 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li Malta illum għandha qafas aħjar mill-kwoti ta' protezzjoni li l-UE timponi fuq l-ikel importat għall-maltin u għawdxin (u dan skond tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti), jista' l-Ministru jgħid għaliex qed niżmantellaw din il-protezzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li Malta tinsab fit-triq ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi wkoll li f'pajjiżna tidħol il-Common Agricultural Policy u li tiġi adottata s-sistema ta' tariffi komuni ta' l-Unjoni. Iżda tajjeb jingħad ukoll li bħalissa, min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, qed jiġu studjati bidliet f'din il-Common Agricultural Policy in vista ta' dak li ġie deċiż fl-aħħar laqgħa tal-World Trade Organisation.
Leg 9 PQ #30368 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-China? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30349 waqt is-Seduta numru 669 ta' dalgħodu.
Leg 9 PQ #30369 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Argentina? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30349 waqt is-Seduta numru 669 ta' dalgħodu.
Leg 9 PQ #30381 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa li jiproduċu prodotti bħal ħass, ħjar, tadam, patata, eċċ se jieħdu 7 milleżmi-il kilo bħal sussidju? X'inhuwa r-ristrutturar li jridu jwettqu u kemm se jiswa dan lill-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Leg 9 PQ #30340 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi u l-proċessuri tal-laħam tat-tiġieġ se jkun possibbli għalihom li jirristrutrutturaw bis-sussidju ta' 3.5 mils fil-kilo kontra t-tneħħija tal-protezzjoni tal-levy? Fil-fatt, x'inhuwar-ristrutturar li dawn iridu jwettqu bejn is-sena 2002 u 2008 u kemm jiswa f'ċifra ta' flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Preżentement qed isiru diskussjonijiet mall-partijiet konċernati fir-rigward ta' l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture li qed jitħejja għas-settur agrikolu. It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.
Leg 9 PQ #30341 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Majjal Lokali — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun possibbli għall-produtturi tal-majjal lokali li jistrutturaw bis-sussidju ta' 1c fil-kilo li jitla' sa 16 fil-kilo meta jridu jbasru l-prezz b'20c l-kilo? X'inhuwa r-ristrutturar li jridu jwettqu l-produtturi u l-proċessuri u kemm jiswa f'ċifra ta' flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lil Onor Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 30340.
Leg 9 PQ #30349 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Awstralja? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-mistoqsija tirreferi għal informazzjoni speċifika u dettaljata dwar materja li għandha x'taqsam mat-tħaddim mill-Unjoni Ewropea ta' miżuri relatati ma' obbligi li l-istess Unjoni Ewropea daħlet għalihom b'konnessjoni ma' l-Organizazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO). Tagħrif dwar din il-materja huwa aċċessibbli permezz tal-web-site uffiċċjali ta' l-istess Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #30350 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30114?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30351 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Amerika? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30352 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Brażil? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.

Mosta — Landscaping

Question

Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Zokkrija il-Mosta? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' Zokkrija il-Mosta immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx ħsieb li jsir dan ix-xogħol fis-sena 2002.

Mosta — Landscaping

Question

Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Mlit il-Mosta? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' Mlit il-Mosta immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx ħsieb li jsir dan ix-xogħol fis-sena 2002.

Landscaping

Question

Issa li l-Gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li mill-flus ivvutati jsir il-ġnien fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat li l-gvern preċedenti kien se jikkordina bejn id-Dipartiment tal-Urban and Rural Landscaping, Dipartiment tal-Housing u l-kunsill lokali tar-Rabat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx ħsieb li jsir dan ix-xogħol fis-sena 2002.
Leg 9 PQ #30337 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-Majjal — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-prezz medju li fuqu ikkalkulat is-sussidju fuq il-laħam tal-majjal huwa ta' 80c meta l-prezz huwa ta' 82c u 84c u hemm talba mill-kooperattiva sabiex il-prezz jgħola bi 3c u jiġi għall-87c fil-kilo?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30338 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fuq il-laħam tat-tiġieġ qed jingħata sussidju ta' 3 1/2mils u fuq il-laħam tal-majjal 1c? Hija fil-fatt kwestjoni tal-perjodu taż-żmien, jew xorta oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30339 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Bajd Frisk — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif lill-produtturi tal-bajd frisk lokali se jibdew jirristrutturaw bis-sussidju ta' 4.5 milleżmi fuq kull tużżana bajd? U fil-fatt x'inhuwa r-ristrutturar li dawn iridu jwettqu bejn is-sena 2002 u 2008? Kemm hija kkalkulata n-nefqa f'ċifra ta' flus għal dan l-istrutturar li l-produtturi l-hatchers jridu jwettqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.