Jista' l-Ministru jinfurmani fuq liema varjetajiet ta' ħut li fuqhom saret riċerka fiċ-ċentru ta' San Luciana matul is-sena li għaddiet u din is-sena? X'riżultati ħallew u x'rikomandazzjonijiet sar lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fiċ-Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħut (MCFS) hemm interess f'numru ta' speċji bħal Tannut, Kaħli, Pagri, Aċċol, Ċeren u Tonn. Uħud min dawn l-ispeċi bħat-Tannut u Kaħli ġew abbandunati għaliex dawn idumu ħafna biex jikbru u allura t-tkabbir tagħhom jista' ma jkunx wieħed vijabbli. Speċji oħra għadhom qed jiġu studjati. Jekk jirriżulta li xi speċi mill-oħrajn turi rata interessanti ta' tkabbir, il-kunsulenti jipproċedu biex jiżviluppaw it-teknika tat-tfaqqis ta' din l-ispeċi. Dan ix-xogħol jieħu aktar minn sentejn, fost kollox għaliex wieħed ikun irid jistenna li l-ħut jimmatura u jibda jbid.
Lill-bdiewa, iċ-Ċentru tax-Xjenzi tal-Ħut ma għandux x'jgħidilhom iżda lill-produtturi tal-ħut jagħtihom il-pariri kollha li jkunu jeħtieġu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-laħam tal-majjal matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-ħalib frisk matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi taċ-ċanga friska matul t-2002 u t-2008?
Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?
Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30517.
Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li filwaqt li jgħid li Malta għandha qafas aħjar mill-protezzjoni tal-kwoti fuq l-ikel, l-Gvern Nazzjonalista se jgħabbi lill-pajjiżna ta' kwoti fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel ġeja mill-pajjiżi li mhumiex membri wara s-sħubija ta' Malta fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sistema tal-kwoti ta' l-UE m'hix qiegħda hemm bħala protezzjoni iżda bħala pass ieħor ta' liberalizzazzjoni, skond il-prinċipji tad-WTO.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħsarat li saru lill-bdiewa fil-Baħrija u Imtaħleb kawżati mis-silġ li għamel fl-inħawi nhar it-Tlieta 11 ta' Diċembru 2001? Jista' jara li dawn il-bdiewa jingħataw kumpens xieraq peress li kien hemm minn sarlu b'aktar minn Lm 2000 fi ħsarat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment konċernat jinvestiga kull każ li jasallu ta' ħsarat kawżati mill-maltemp.
Jien infurmat li d-Dipartiment irċieva tliet rapporti dwar ħsarat li setgħu ġew kaġunati mill-maltemp fil-11 ta' Diċembru 2001.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżvilupp tat-talba tar-Rabat Scout Group sabiex jkollhom Ċentru ġdid fejn jorganizzaw aħjar lit-tfal tar-Rabat u l-Mtarfa?
Response (GALEA, LOUIS)
Identifikajna biċċa art li ġiet inkluża ma' artijiet/faċilitajiet oħra li ser jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament biex jingħataw b'titlu legali lir-Rabat Scout Group biex jiġu milqugħa l-ħtiġijiet tagħhom
Jista' l-Ministru jinfurmani fuq liema varjetajiet ta' ħxejjex u frott saret riċerka fil-farm esperimentali matul is-sena li għaddiet u din is-sena? X'riżultati ħallew u x'rikomandazzjonijiet sar lill-bdiewa?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Għaldaqstant tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-inċidenti fuq il-vapur tal-Gozo Channel nhar l-10 ta' Diċembru 2001. Kemm kienet l-ispiża tal-ħsarat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita' Marittima jirriżulta li waqt li l-bastiment m.v. Ta' Pinu kien ħiereġ minn Marsamxett żviluppat ħsara f'wieħed mill-ġeneraturi. Id-DEIF Power Management System b'mod awtomatiku bagħat signal sabiex jibda jaħdem ir-raba' ġeneratur. Dan jieħu bejn 40 u 50 sekonda sabiex s-switchboard breaker jitqabbad. Tul dan il-ħin il-load fuq iż-żewġ ġeneraturi l-oħra kien għoli żżejjed u dan ikkawża blackout.
Is-sistema kienet ġiet ittestjata madwar ħmistax ilu fil-preżenza ta' Inġiniera tal-manufatturi tal-makni. Is-sistema tħaddmet aktar tard meta l-bastiment kien mal-moll u ffunzjonat mill-ġdid.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-policy tal-Ministeru dwar l-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola fil-ġzira matul dawn l-aħħar tlett snin? Liema huma l-varjetajiet li saru l-provi fuqhom u x'riżultati ħallew?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-policy Ministeru dwar l-immodirnizzar u l-iżvilupp tal-biċċerija f'Għawdex? X'sar matul dawn l-aħħar tliet snin u x'makkinarju nġieb? Kemm saru korsijiet tal-biċċiera tal-laħam f'Għawdex?
B'referenza għar-raba' li ttieħdet fl-Aħrax tal-Mellieħa li kien saqwi tant li jirriżulta li hemm ġiebja ta' l-ilma li ilha mibnija għall-dawn l-aħħar 100 sena, jista' l-Ministru jinfurmani kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma rikonoxxietx dan ir-raba' saqwi?
Jikkonferma l-Ministru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet kien irċieva tagħrif mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li dan ir-raba fil-fatt huwa saqwi?
Response (BORG, TONIO)
Jekk il-mistoqsija qed tirreferi għas-sit li fuqu nħareġ il-permess għall-camping site, ninsab infurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi skond id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd, l-art hija kkunsidrata bħala "low potential irrigated area" minħabba li qiegħda viċin ħafna tal-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji u s-sajjieda li huma ntitolati għal duty free fuel sabiex jaħdmu u/jew jistadu fil-kosta tas-sajd tal-gzejjer tagħna?
Kemm ħadu duty free fuel, kumpanija kumpanija, matul din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kull min għandu bastiment "F", jiġifieri li jistad kummerċjalment fl-ibħra kostali, kontigwi u adjacent (ibħra tal-konvenzjoni UNCLOSS 1982) hu ntitolat għall-allokazjoni ta' duty free fuel marbuta ma' valur tal-qabda. L-ammonti totali ta’ duty free fuel kienu 1,761,477 litri. Dan ifisser li s-sajjieda bbenifikaw minn għajnuna li tfisser madwar Lm107,500 f'sena waħda biss.
L-ispiża tal-mobile phones li tkopri sew il-Ministeru nnifsu, l-EU Directorate u l-Ambaxxati nklużi xiri, użu u spejjeż oħra konnessi mal-mobile phones kienet kif ser jingħad:
1997 - LM 5,928
1998 - LM 6,808
1999 - LM 17,257
2000 - LM 20,774
2001(Jan-Nov) - LM 18,694
Għar-rigward ta' l-MIC l-ispiża għas-sena 2000 kienet ta' LM 650 u għall perjodu minn Jannar sa Novembru 2001 l-ispiża kienet ta' LM 525. Għas-snin preċedenti, il-Mistoqsija mhix relevanti peress li l-MIC ma kienx għadu kostitwit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet tal-biċċiera tal-laħam mill-ETC matul din is-sena? Kemm kien in-numru ta' parteċipanti u x'ċertifikati ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul din is-sena l-ETC organiżżat kors wieħed għall-biċċiera tal-laħam li jikkonsisti kemm f'taħriġ teoretiku kif ukoll taħriġ prattiku. Dan il-kors beda fis-16 ta' Jannar 2001 u huwa twil tnejn u ħamsin ġimgħa.
In-numru ta' parteċipanti li bdew jattendu għall-kors kien ta' sbatax-il persuna imma sa l-aħħar ta' Novembru 2001 dan niżel għal tnax-il persuna.
Fl-aħħar tal-kors il-parteċipanti jingħataw ċertifikat ta' kompetenza.