Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30599 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Varjetajiet ta' Ħxejjex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30515?

Response (ZAMMIT, NINU)

Se inpoġġi fuq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali għas-sena 2000 tat-taqsima ta' tkabbir ta' l-uċuh fl-Għammieri (Crop Husbandry). Dan ir-rapport normalment isir f'Jannar ta' kull sena. Għaldaqstant, dik għas-sena 2001 jitlesta fi żmien qasir. Ir-rakkomandazzjonijiet dejjem ġew mgħoddija lill-bdiewa jew permezz ta' l-Extension Service, jew fi programmi tar-radju, jew fil-fuljett ''Biedja u Sajd''.
Leg 9 PQ #30628 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet Għoljin

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament qed tirċievi daqstant kont tad-dawl għoli (kont jidher separatament), meta din il-familja tikkonsisti fi tlett membri li matul il-jum jkunu tnejn minnhom għax-xogħol u l-iskola? Jista' l-Ministru jara li jingħata lura l-ħlas dovut għall-kontijiet għoljin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat, li wara li saru l-investigazzjonijiet relattivi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, irriżulta li l-kont ta' dan il-konsumatur inħareġ fuq qari attwali u dawn ġew ikkonfermati bħala tajba bil-qari li ttieħed wara. Jidher li dan il-konsumatur ma għamel l-ebda kontestazzjoni mal-Korporazzjoni dwar il-kontijiet ta' qabel. Għaldaqstant il-konsumatur jista' jitlob li l-meter tad-dawl jiġi eżaminat billi, jew jagħmel talba bil-miktub, inkella jmur fil-fergħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-Belt Valletta.

Trasport Pubbliku — Għar Barka

Question

Jista' l-Ministru issa li bdiet sena ġdida cioe l-2002 u l-fatt li dawn l-aħħar 10 snin ma ġiex estiż t-transport pubbliku għal Għar Barka, r-Rabat, jista' l-Ministru jara li dan il-bżonn tar-residenti jiġi rimedjat mmedjatament jew almenu matul l-ewwel tlett xhur tas-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan is-suġġett m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.
Leg 9 PQ #30630 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għar Barka — Dawl ta' Barra

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawal aħjar iż-żona residenzjali ta' Għar Barka r-Rabat? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #30631 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet

Question

Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Mtaħleb limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #30632 Sitting 679 2002-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Landrijiet limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta??

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #30528 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-kompraturi tal-ħut matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpraturi tal-ħut iridu jiżguraw li l-ħut li jixtru ma tinbidillux it-temperatura sakemm jasal għand il-konsumatur. Hemm min m' għandu għalfejn jagħmel l-ebda ristrutturar u hemm min għandu bżonn jinvesti f'refrigeration equipment biex jiggarantixxi l-kwalita' tal-ħut sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Il-valur ta' dan ir-ristrutturar jista' jvarja ħafna.
Leg 9 PQ #30529 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid x'jifhem bil-kliem "produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix".

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali jinvestiga s-saqaf fi Blk 2, Flat 5, Għeriexem HSE, Rabat peress li qed iżomm l-ilma u jikkawża l-ħsarat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni jara li jsir il-manutenzjoni tat-twieqi fi Flat 5 Blk 2 Għeriexem HSE, Rabat peress li tmermer u dalwaqt jinqalgħu? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #30573 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma ivvutata għall-proġetti tal-landscaping imħabbra fl-estimi tal-budget għas-sena 2002?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #30575 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Progress Report

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li f'paġna 43 tal-progress report dwar Malta l-UE iddikjarat li l-Gvern Malti fejn jidħol l-iżvilupp rurali la għandu strateġija u lanqas kapaċita amministrattiva, jista' l-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf Kumitat Nazzjonali għar-rijabilitazzjoni tal-kampanja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #30522 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-ħxejjex frisk matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm ebda obligu li xi produtturi tal-ħxejjex friski jagħmlu xi ristrutturar. Li hemm żġur hi l-ħtieġa li jagħrfu s-suq u jfornuh bi prodotti ġenwini u ppreżentati b'mod attraenti.
Leg 9 PQ #30523 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-frott frisk matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30522.
Leg 9 PQ #30524 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-iproċessar matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kull stabbiliment ta' l-ipproċessar għandu ħtiġiet differenti minn ta' sħabu. Iċ-ċifra meħtieġa tiddependi mill-pjani ta' kull stabbiliment. L-għajnuna li tista' tingħata tiddependi minn negozjati li qed isiru.
Leg 9 PQ #30525 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Special Safeguards

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30349, jista' l-Ministru jispjega kemm mill-539 special safeguards se jikkonċernaw lill-Maltin u Għawdxin wara li Malta tissieħeb membru ta' l-UE? Kemm mill-special safeguards se jolqtgħu l-kummerċ ta' l-prodotti ta' l-ikel bejn pajjiżna u l-Awtralja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-iSpecial Safeguards huma mekkaniżmu supplimentari għas-sistema ta' Tariff Quotas. L-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) tħares lejn dan il-mekkaniżmu bħala miżura ta' kontinġenza biex jintuża biss f'ċirkustanzi partikulari. Fil-prattika, ftit li xejn kien hemm ċirkustanzi fejn dawn l-iSpecial Safeguards ġew użati, u quddiem il-W.T.O. hemm numru ta' proposti sabiex dan il-mekkaniżmu jispiċċa, Dan ukoll għaliex il-pajjiżi membri tal-W.T.O, għadhom kif qablu li jagħtu bidu għal sensiela ġdida (new round) ta' taħdidiet multilaterali sabiex anke is-settur agrikolu jiġi liberalizzat. Dan joħroġ ċar mid-dikjarazzjoni maqbula mill-pajjiżi kollha membri fil-W.T.O. maħruġa fi tmiem il-konferenza ministerjali li saret dan l-aħħar f'Doha il-Qatar.
Leg 9 PQ #30526 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-agro industrija matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-agroindustrija tfisser l-industrija kollha marbuta mal-agrikoltura. Għaldaqstant nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 30522.
Leg 9 PQ #30527 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi ta' l-Pitkala matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid xi jrid iffisser bil-kliem "il-produtturi ta' l-Pitkala".
Leg 9 PQ #30516 Sitting 674 2001-12-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-bajd frisk matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-ristrutura li jridu jwettqu l-produtturi tal-bajd frisk huwa relatat mal-qisien tal-gaġġeġ skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa rigward il-ħarsien ta' l-annimali mrobbija għall-ikel. Malta ilha li ffirmat din il-Konvenzjoni. Il-gaġeġ antiki ħafna suppost għandhom jinbidlu sas-sena 2008. Ma naħsibx li hemm bżonn ta' għajnuna mill-EU.
Leg 9 PQ #30517 Sitting 674 2001-12-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-produtturi tal-laħam tat-tiġieġ matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-ristrutturar li jridu jwettqu l-produtturi taċ-ċanga friska hu relatat ma' manutenzjoni regolari u ma' ħtiġiet individwali li suppost isiru biex il-produzzjoni tkun iżjed effiċjenti. M'jiniex f'pożizzjoni li nagħti valuri ta' spiża meta din hi ħaġa privata u ma naħsibx li hemm bżonn tintalab għajnuna mill-UE.