Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Naxxar matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Baħrija matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija każijiet ta' l-użurafit-toroq f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-użura għadha mhix reat fil-liġi kriminali tagħna.
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 persuni fuq każi ta` użura. Dawn kollha kienu Malta.
L-Abbozz pendenti quddiem il-Kumitat tal-Kamra, jintroduċi dan ir-reat u l-klawsola relattiva, li ġa ġiet approvata, tidħol fis-seħħ meta l-Abbozz jiġi approvat u jsir liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijit ta' swat fuq l-anzjani, rapurtati lill-Pulizija matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien in-numru ta' anzjani li tilfu ħajjiethom kawża ta' din il-moħqrija u terrur inaċċettabli? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-2001, kien hemm rappurtati 42 reat ta` ferita ta` natura ħafifa fuq l-anzjani. 5 każijiet oħra kienu reati oħra fuq il-persuna. Dawn ir-reati jinkludu inċidenti fil-familja u bejn membri tal-familja. Infurmat ukoll li fi 23 każ inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, f`20 każ kien hemm talba sabiex ma jittieħdux passi kriminali mill-persuna mweġġa` stess, filwaqt li l-4 każi l-oħra għadhom qed ikunu nvestigati.
Infurmat ukoll illi ebda każ ma rriżulta f`mewt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li inqabdu f'Malta matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm każ nhar l-1 ta` Novembru fejn dgħajsa tas-sajd kienet daħlet f`Paradise Bay b`57 persuna fuqha. Naturalment diversi persuni oħra tressqu l-Qorti talli kienu f`Malta illegalment; filwaqt li oħrajn ġew miċħuda li jidħlu f`Malta fil-punt ta` dħul fl-ajruport jew seaport.
Fil-fatt is-sena l-oħra kien hemm 2,266 persuna li ma tħallewx jidħlu mal-wasla tagħhom f`Malta, kif ukoll 735 persuna li ġew deportati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati u miżmuma mill-pulizija milli jidħlu fil-gżejjer tagħha matul l-2001? X' nazzjonalita kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 kien hemm 2,266 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Albania
Canada
Holland
Morocco
Sierra Leone
Thailand
Algeria
Capo Verde
India
Nigeria
South Africa
Tunisia
Bangladesh
China
Iraq
Pakistan
Sri Lanka
Turkey
Belgium
Egypt
Italy
Peru
Stateless
Uganda
Bosnia
France
Jordan
Philippines
Sudan
Ukrania
Brazil
Gambia
Kenya
Romania
Swaziland
Yemen
Great Britain
Germany
Lebanon
Russia
Syria
Yugoslavia
Bulgaria
Greece
Libya
Saudi Arabia
Tanzania
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold ups rapurtati lill-pulizija fMalta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet ? Kemm minnhom saru fuq persuni, banek tal-lottu, stabbilimenti kummerċjali eċċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ġew irrapurtati lill-Pulizija ħamsa u tletin 'hold up'. Minn dawn tnejn seħħew fuq banek tal-lottu, sbatax fuq stabbilimenti kummerċjali filwaqt li sittax ġew irrapurtati li seħħew fuq persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-2001? Kemm minnhom kienu serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi separatament f'Malta u Għawdex? Kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-Qorti in konnessjoni ma dawn il-każijiet u x'passi ttieħdu sa issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, kien hemm 453 rapport ta` serq minn stabbilimenti kummerċjali, 616 rapport ta` serq minn djar residenzjali u 3,411 rapport ta` serq minn vetturi. Barra dan kien hemm ukoll 5,332 rapport ta` serq ieħor. Minn dawn 243 ġew irrapurtati li seħħew f`Għawdex. F`uħud mill-każi l-investigazzjonijiet ġew konklużi. Matul l-istess perijodu tressqu l-Qorti, 160 persuna fuq numru sostanzjali ta` serqiet.
Komparat mas-sena 2000 dan juri li r-rata tas-serq naqset b`6.9%.
Jista' l-Ministru jgħid peress li ħfna bdiewa, kawża tal-maltemp li għamel ħerba, iġġarrfulhom diversi ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi ta' l-Imtaħleb, Kunċizzjoni, Landrijiet u l-Baħrija, jista' jara li ssir manutenzjoni meħtieġa u ċioe jitlob wkoll l-għajnuna tad-dipartiment ta' l-ambjent u tax-xogħlijiet pubbliċi sabiex jitranġaw dawn il-ħitan hekk karatteristiċi u tradizzjonali barra li huma ta' mportanza għall-mistier tal-biedja? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment sal-lum għad m'għandux taqsima responsabbli mill-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. Qegħdin fil-proċess avanzat biex jiġi ffurmat grupp għat-tiswija ta' dawn it-tip ta' ħitan. Sadanittant talbiet għal tiswija fil-ħitan tas-sejjiegħ jiġu riferuti lit-Taqsima tal-Countryside fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li rapurtaw il-ħsarat li kkawżalhom il-maltemp fix-xahar ta' Diċembru 2001? Kemm tammonta it-talba għall-ħsarat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-maltempata tal-11 ta' Diċembru, 2001 ikkaġunat ħsara f'uċuh tar-raba lil11-il bidwi, fin-naħat ta' Ħad-Dingli.
Din il-ħsara, kif stmata mill-bdiewa nfushom kienet tammonta għal Lm8,675.
Madankollu, fl-opinjoni ta' l-uffiċjali tat-Taqsima ta' l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, uħud mill-uċuh, speċjalment il-patata, setgħu jirkupraw minn din il-ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw intajra fit-toroq f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords miżmuma mill-Pulizija jirriżulta illi n-numru ta` persuni irrapurtati li sfaw imtajra matul is-sena 2001 kien ta` 216, li minnhom 202 kienu f`Malta u 14 f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittmi ta' stupru f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 każi ta` stupru. Dawn kienu jinvolvu 13-il persuna u seħħew f`Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittmi ta' overdose jew sustanzi oħra f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 60 każ ta` overdose minn sustanzi (droga) illegali. Infurmat ukoll illi kien hemm ukoll 160 każ ta` abbuż minn mediċinali li huma legali. Mill-każijiet kollha 4 seħħew f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittma ta' swat u abbużi oħra f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 890 rapport lill-Pulizija ta` persuni li sofrew xi tip ta` offiża fuq il-persuna li jinkludi ukoll ġlied. Minn dawn, 40 kienu f`Għawdex. Dawn ir-reati fil-maġġoranza tagħhom kienu reati ta` feriti ta` natura ħafifa.
Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Baħrija limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq tas-Salib limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' Bieb ir-Ruwa limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp? Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment se jsir sabiex tiġi żviluppata l-kwarantina ta' l-annimali u tjur matul din is-sena 2002? Kemm se jiswa? Kemm hija s-somma ivvutata għall-dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol fil-kwarantina ta' l-annimali l-kbar f'Zammit Dock liema spiża se tkun ta' Lm1,200. Għar-rigward ta' kwarantina ta' l-annimali zgħar (klieb/qtates) qegħdin attenti għal xi żviluppi minħabba s-sistema l-ġdida ta' passaporti fejn dawn l-annimali m'għandhomx għalfejn jgħaddu minn kwarantina. Din l-istess kwarantina tista' sservi wkoll biex jinzammu għasafar taħt perjodu ta' kwarantina.
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment se jsir sabiex tiġi żviluppata l-kwarantina tal-pjanti, xtieli u siġar matul din is-sena 2002? Kemm se jiswa? Kemm hija s-somma ivvutata għall-dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-nefqa speċjali biex tiġi żviluppata l-kwarantina tal-pjanti mill-fondi allokati għall-Pjan Nazzjonali għall-Adozzjoni ta' l-Acquis matul din is-sena (2002) hi stmata li tkun Lm151,000. Dawn il-fondi se jintnefqu biex jiżdiedu u jittejbu s-servizzi tal-laboratorji, isiru 'surveys' u monitoraġġ u taħriġ tan-nies tekniċi. Dawn huma kollha ħtiġiet biex ikun hemm servizz aħjar ta' kwarantina tal-pjanti.