Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar tliet snin ma sarux il-culverts ta' l-ilma f'Main Str, Mosta? Meta fil-fatt se jsiru dawn il-culverts ħalli r-residenti Mostin ma jkomplux jiffaċjaw l-inkonvenjent u l-periklu li jikkawża l-ilma tax-xita f'din it-Triq fil-Mosta u sabiex tkun jista' jingħata wiċċ bit-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari Nru. 29177.

Imtarfa — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-by pass ta' l-Imtarfa, inkluż li tkompli tingħata t-tarmac il-parti l-oħra tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ippubblika sejħa għall-offerti sabiex jiġu provduti pre-fabricated panels bil-ġebel tas-sejjieħ biex ikunu jistgħu jinbdew jinbnew il-ħitan li jridu jsiru fil-Bypass biex il-wiesgħa tat-triq tiġi waħda uniformi.

Imtarfa — Roundabout

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li terġa ssir ir-roundabout li kien hemm f'salib it-toroq tal-By Pass ta' l-Imtarfa sabiex ikunu evitati perikli kawżati mis-sistea tat-traffiku attwali f'din il-by pass? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant hu zgħir wisq biex fuqu tinbena r-roundabout flok dik li kien hemm qabel u li kienet pjuttost żgħira għat-traffiku li kien qed jużha. Ghalhekk fiċ-ċirkustanzi s-sistema preżenti hija l-inqas waħda ta' periklu f'din iż-żona.
Leg 9 PQ #30695 Sitting 689 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Tickets — Towing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li 'l fuq minn 20 turista weħlu aktar minn Lm45 f'multi għaliex kellhom il-karozzi tal-kiri pparkjati ħdejn St. Georges Park Complex fi Dragonara road, San Ġiljan fis-7.10 pm nhar il-31 ta' Diċembru 2001? Jista' l-Ministru jikkunnsidra l-fatt li bħal dawn issir ħsara kbira lill-isem pajjiżna ma' turisti li jkunu għall-btala?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar il-31 ta' Diċembru 2001 fis-7.10pm, kienet ġiet irmunkata vettura waħda mill-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #30696 Sitting 689 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizzi tal-Gozo Channel matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.
Leg 9 PQ #30697 Sitting 689 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta għall-perjodu ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu matul l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-aħħar tlitt xhur tas-sena li għaddiet, in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta kien dan Ottubru 148,723 Novembru 92,326 Diċembru 75,389 L-informazzjoni mitluba dwar l-istess perjodu ta' kull sena matul l-aħħar ħames snin hija kif ġej: 1997 286,533 1998 325,771 1999 373,718 2000 330,396 2001 319,598
Leg 9 PQ #30686 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sussidju — Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus f'sussidju fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma li se jitneħħa u jispiċċa matul din is-sena? Kemm huwa n-numru ta' familji li se jiġu affettwati b'din il-miżura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li mhux il-każ li ser jitneħħa xi sussidju fuq il-konsum ta' l-ilma. Dan ser jibqa' kif jidher fuq il-kontijiet li toħroġ il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dak li ser jiġri hu li għall-konsum domestiku ta' l-elettriku u l-ilma, minn din is-sena skadew ir-rebates li kienu tħabbru fl-aħħar ta' l-1998 flimkien mat-tariffa eżistenti. Ir-rebates li kienu japplikaw għall-konsum ta' l-elettriku u l-ilma matul is-sena 2001 u li issa mhux se jibqgħu, huma kif ġej: Elettriku - tnejn u sittin ċenteżmu kull persuna kull erba' xhur Ilma - sittin ċenteżmu kull persuna aktar minn erbgħa fl-istess residenza kull erba' xhur. Rigward l-elettriku, dan ir-roħs kien fuq il-kontijiet kollha tal-konsum domestiku, filwaqt li għar-rigward ta' l-ilma, in-numru ta' residenzi b'aktar minn erba' persuni li ser jiġu affettwati hu ta' 18,664.
Leg 9 PQ #30687 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa By-Pass

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress tal-talba tiegħi cioe sabiex tiddawal aktar u aħjar il-By Pass ta' l-Imtarfa? Meta fil-fatt se jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt meta rrispondejt il-mistoqsija numru 30796 waqt is-Seduta numru 676 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #30688 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa full-time u part-time li daħlu l-biegħa/prodott tagħhom fil-Pitkalija Ċentrali is-sena li għaddiet? Kemm kienet il-kwantita' ta' ħxejjex u frott separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul is-sena 2001 daħlu fil-Pitkalija Ċentrali 28,651,667 kgs ħaxix u 1,852,476 kgs frott. L-istatistika rigward in-numru ta' bdiewa nvoluti qed tinġabar.
Leg 9 PQ #30689 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Permsessi Ġodda — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li ngħataw għall-ħofor ta' l-ilma matul is-sena li għaddiet? F'liema lokalitajiet ta' Malta ingħataw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma ħarġet ebda permessi biex jitħaffru boreholes.
Leg 9 PQ #30690 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ li ġarret is-Sea Malta matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar tlitt xhur kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin, il-kumpanija Sea Malta ġarret it-tunnellaġġ kif indikat SENA TUNNELLATI KUBI 1997 94,040 1998 104,317 1999 114,702 2000 114,278 2001 100,398
Leg 9 PQ #30677 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' l-inħawi fejn se jsiru l-proġetti ta' landscaping mħabbra fil-Budget? Min huma l-uffiċjali responsabli minn dawn il-proġetti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30581.
Leg 9 PQ #30678 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

PA — Winery tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-periti li sottomomettew il-pjanti lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp fil-winery tal-Buskett? Kif ġew magħżula dawn il-periti u x'esperjenza għandhom għall-iżviluppi maħsuba li jsiru fil-winery tal-Buskett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pjanti għall-iżvilupp fil-Winery tal-Buskett ġew sottomessi minn perit li tqabbad mid-Dipartiment bħala konsulent għal dan ix-xogħol. Dan il-perit għandu l-esperjenza meħtieġa għax-xogħol li hu ppjanat.
Leg 9 PQ #30679 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għaqdiet tal-Bdiewa — Winery tal-Buskett

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema kienu dawk l-għaqdiet tal-bdiewa li ġew avviċinati u imħajra mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jiżviluppaw il-winery tal-Buskett matul l-aħħar snin? Meta saru l-laqgħat u x'kienu ir-riżultati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma saru l-ebda laqgħat mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma' l-għaqdiet tal-bdiewa fl-iżvilupp tal-Winery tal-Buskett matul l-aħħar snin.
Leg 9 PQ #30680 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Winery tal-Buskett

Question

Kemm hija s-somma ta' flus ivvutati sabiex id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jwettaq il-proġett fil-winery tal-Buskett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-flus għall-iżvilupp tal-Winery fil-Buskett se jinħarġu skond il-ħtieġa mill-Vot X Capital Item 7006 u 7019, kif ippublikati fl-Estimi għas-sena 2002.
Leg 9 PQ #30681 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna tal-Buskett — Xogħolijiet u Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x-xogħolijiet ta' manutenzjoni saru fil-ġonna tal-Buskett matul is-sena 2001? X'siġar tħawlu u x'tip u daqs? Kemm kien in-numru ta' siġar li nqerdu kawża tal-maltemp u l-vandaliżmu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-ġonna tal-Buskett, matul is-sena 2001, jikkonsistu prinċipalment f'tiswija ta' l-arkata ta' taħt il-forn u tiswija ta' madwar għaxar selħiet ta' ħitan tas-sejjieħ. Tħawlu madwar 375 siġra tal-Pinus, Cupressus, Populus, Olea u Quercus ta' mhux aktar minn metru u nofs tul, u sentejn eta'. Tmien siġar ġew irrappurtati li nqerdu kawża ta' maltemp u vandaliżmu.
Leg 9 PQ #30682 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Ninfa Calypso

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat u rimedjat il-qtugħ ta' spiss fil-provista tad-dawl il-partijiet ta' Triq Ninfa Calypso, il-Mellieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta, li skond ir-rekords, kien hemm qtugħ fi tlitt okkażjonijiet minħabba overloading tas-sistema ta' vultaġġ baxx. Biex dan ma jerġax jiġri, diġa sar xogħol ta' balancing. Huwa ppjanat li jsir xogħol ieħor ta' rinfurzar biex jiġi assigurat servizz aħjar.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet f'ċifra ta' flus is-somma ta' kumpens li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħallas għall-każijiet ta' ħaddiema li sfaw vittma ta' xi inċident fuq il-post tax-xogħol matul is-sena li għaddiet? Kemm kien in-numru ta' persuni li bbenefikaw minn dan il-kumpens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30668.
Leg 9 PQ #30671 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Aps Bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar u arbuxelli fil-serer li l-Aps Bank kien sponsorja lis-sezzjoni urban & rural landscaping s-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fis-serer tal-Aps Bank tkabbru 5,190 cuttings u 6,800 xitla minn żerriegħa. Bħalissa hemm miżrugħa madwar 173,000 żerriegħa ta' siġar u arbuxelli.