Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq ta' Masrija l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar? Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tlett snin li għaddew? Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, il-Gvern ta' llum, għall-ewwel darba beda jieħu l-passi biex it-toroq ta' l-inħawi jkunu jistgħu jiġu mogħtija l-wiċċ li jixirqilhom. Fil-fatt, matul is-sena 2000 sar xogħol ta' qtugħ ta' blat biex it-toroq ta' l-inħawi jkunu jistgħu jinfetħu. Dan ix-xogħol sewa Lm19,650 u wara dan, ħarġet tender biex fil-bankini kollha ta' l-inħawi jsiru l-culverts għas-servizzi u l-istess bankini. Din it-tender ħarġet fit-23 ta' Jannar 2001 u xogħol fuqhom bħalissa jinsab għaddej f'xi partijiet mill-inħawi. L-istima ta' dan ix-xogħol hija Lm187,298.
Sadanittant, id-Direttorat tat-Toroq qed jieħu l-passi biex tiġi ppubblikata t-tender għall-asphalting ta' l-istess toroq. Dan juri li l-Gvern preżenti, kuntrarju għal dak ta' qablu ħa u qiegħed ikompli jieħu passi biex l-area kollha jkollha toroq ġodda mingħajr ma jonfoq il-flus f'xogħol doppju.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Gargir il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat?
Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq Ħal-iċ-Ċawl il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat?
Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Burmarrad u San Pawl il-Baħar kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Burmarrad u San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' Burmarrad u San Pawl il-Baħar huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Mezez il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat?
Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt is-Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Mtaħleb, Kunċizzjoni, Landrijiet l/o Rabat kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mtaħleb, Kunċizzjoni, Landrijiet l/o Rabat, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' l-Imtaħleb, il-Kunċizzjoni u l-Landrijiet l/o Rabat huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Selmun, Manikata u Mellieħa kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Selmun, Manikata u Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' Selmun, il-Manikata u l-Mellieħa huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fl-Mġarr u Binġemma kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Mġarr u Binġemma, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet ta' l-Imġarr u Binġemma huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Wardija u l-Bidnija kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Wardija u l-Bidnija, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalitajiet tal-Wardija u l-Bidnija huma wħud mill-inħawi li għandhom bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq ta' Masrija l-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat?
Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba sabiex it-triq imsemmija tiġi mdawwla aħjar, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq ir-Rattam il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat?
Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt din l-istess Seduta tapplika g[al din il-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġ tal-cargo li ġarret l-Airmalta bejn Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minħabba li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti fiċ-ċirkostanzi attwali li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' studenti mill-pajjiżi Għarab u Afrikani li tħarrġu fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura f'San Luċjan matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 29992 li kienet identika għal din il-mistoqsija. Inżid ngħid li f'San Lucjan ma jeżisti l-ebda Ċentru Nazzjonali ta' l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' studenti li bdew kors fil-qasam tal-biedja fl-istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta matul is-sena li għaddiet u f'liema qasam?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 23 student bdew korsijiet (Diploma in Agriculture) fl-Istitut ta' l-Agrikultura f'Ottubru li għadda.
Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba fil-Miżieb kull ma jmur qed jiggarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il-karatteristika tal-Miżieb, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jibda dawn mmedjatament matul din is-sena? Jista' jgħid għaliex fit-tlett snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalliex abbandunat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni u riabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament. Il-lokalita' tal-Miżieb hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol. Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet. Matul dawn l-aħħar tlett snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.
It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija l-istess bħal dik mogħtija għall-mistoqsija identika u cioe' il-Mistoqsija Parlamentari numru 30340 li ġiet imwieġba fit-12 ta' Diċembru 2001 f'seduta 669, u cioe’, biex inġeddu l-memorja ta’ kullħadd, ir-risposta kienet kif ġej:
“Preżentement qed isiru diskussjonijiet mall-partijiet konċernati fir-rigward ta' l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture li qed jitħejja għas-settur agrikolu. It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.”