Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Fortizza l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati b'overdose, xorb eċċessiv, avvelinament ta' l-ikel matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar 3 snin sena b'sena separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analyses jirriżulta li minn Jannar sa Ottubru 2001 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 180 każ ta' "overdose", 47 każ ta' xorb eċċessiv u kien hemm 372 każ ta' avvelenament ta' ikel rapurtati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul 2001. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt: (Il-figuri għall-aħħar tlett snin jidhru ma' ġenbhom)
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament incidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850-E858, ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 codes E950.0-E950.5, ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvenelament kienx inċidentali jew premeditat (ICD 9 codes E980.0-E980.5, ICD-10 codes Y10-Y14)
Kategorija
Jan-Ott 2001
2000
1999
1998
A
33
31
35
26
B
0
0
1
0
C
147
175
209
195
Total
180
206
245
221
It-tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Dawn jitqassmu f'żewġ kategoriji:
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol jew problemi ohra mentali minħabba l-użu eċċessiv ta' l-alkoħol (ICD-9 codes 303,3050 u 291, ICD-10 codes F10.0-F10.9)
Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
Kategorija
Jan-Ott 2001
2000
1999
1998
A
39
54
83
103
B
8
8
17
27
Total
47
62
100
130
Il-każijiet ta' avvelenement ta' ikel irrappurtati lit-Taqsima Tharis tal-Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt:
Sena
Numru totali ta' ka]ijiet irrappurtati
2001
372
2000
370
1999
539
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fi Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa ser jinbena service duct bħala parti mix-xogħol li għaddej fil-lokalita' u l-asfalt isir wara li x-xogħol tat-tqegħied ta' servizzi jkun sar b'mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Garzella l-Mellieħa tħalliet abbadunata?
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?
Jekk fl-afftermattiv meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat li saru mill-Gvern Malti fil-pajjiżi Għarab, Afrikani u Asjatiċi matul is-sena li għaddiet? Liema kienu l-pajjiżi u xi żviluppi ġew milħuqa?
Response (BORG, JOE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi sew għal żjarat Ministerjali u wkoll għal żjarat minn uffiċċjali pubbliċi li jirrapreżentaw il-Gvern.
F'dan ir-rigward iż-żjarat li saru minni u minn uffiċċjali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fis-sena 2001 huwa kif ġej:
15 - 16 ta' Jannar
Tunis, Tunesija
Laqgħa Preparatorja għall-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Grupp 5 + 5 (Western Mediterranean Forum)
22 - 23 ta' Jannar
Rabat, Marokk
Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju
2 - 8 ta' Marzu
Cape Town, l-Afrika t'Isfel
Laqgħa tal-Commonwealth IT Group biex jipprepara rapport dwar "Bridging of the digital Divide within the Commonwealth"
8 - 9 ta' Marzu
Rabat, Marokk
Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju
9 - 12 ta' Mejju
Tangier, Marokk
Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju
Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Forum Mediterranju
6 - 12 ta' Lulju
Singapore
Laqgħa Konklussiva tal-High Level Review Group tal-Commonwealth fejn fiha ġie ffinaliżżat ir-rapport tal-High Level Review Group dwar "The Commonwealth in the 21st Century"
Lulju
Ċina
Jien akkumpanjajt l-E.T. Prof. Guido de Marco, President tar-Repubblika, fiż-żjara statali tiegħu fiċ-Ċina. F'din l-okkażjoni ġew iffirmati dawn il-ftehim:
- Ftehim ta' koperazzjoni bejn l-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi ta' Malta u l-Kulleġġ ta' L-Affarijiet Barranin taċ-Ċina;
- Memorandum of Understanding dwar konsultazzjoni bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta u ċ-Ċina;
- Ftehim dwar għotja ta' RMB 3 miljuni lill-Gvern Malti
F'din l-okkażjoni wkoll infetħet uffiċċjalment l-Ambaxxata l-ġdida ta' Malta li ġiet traslokata f'Beijing
Lulju
Tuneż, Tuneżija
Taħdidiet dwar il-Ftehim fuq it-Twaqqif ta' Żona Kummerċjali Ħielsa bejn Malta u t-Tuneżija
9 - 13 ta' Settembru
Ouagadougou, Burkina Faso
Inter Parliamentary Union (IPU) / CSCM Meeting
Uffiċċjali mill-Ministeru teigħi akkumpanjaw iż-żewġ Membri Parlamentari li ħadu sehem f'din il-laqgħa
25 - 26 ta' Ottubru
Agadir, Marokk
Laqgħa Straordinarja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Forum Mediterranju dwar it-Terroriżmu
9 - 13 ta' Novembru
Doha, Qatar
Uffiċċjal mill-Missjoni Permanenti ta' Malta f'Ġinevra, fforma parti mid-Delegazzjoni Maltija, mmexxija mill-Onorevoli Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, li ħadet sehem fir-raba Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali ta' l-Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
27 ta' Diċembru
Kajr, l-Eġittu
Laqgħa fuq livell tekniku mas-Segratarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, Amr Moussa
Fir-rigward ta' Ministeri oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel l-istess domandi lill-Ministri l-oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (BORG, JOE)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni ddettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul is-sena li għaddiet? Kemm użaw iċ-Ċentru tar-Rabat, Malta, B'Kara, Qormi u ta' Bormal matul l-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa konċernati matul is-snin mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakem ma ningħatax raġuni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Tezor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ntbgħatu barra minn Malta għall-kura matul is-sena 2001? Fejn intbgħatu u kemm minnhom kienu tfal, nisa u rġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta (kollha l-Ingilterra) matul is-sena 2001 kienet kif ġej:-
Adulti Rġiel
76
Adulti nisa
54
Tfal
115
TOTAL
245
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettalajata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
B'referenza għall-mistoqsijiet tiegħi dwar il-flus dovuti lill-ex-ħaddiema tal-lukanda Verdala tar-Rabat u l-arrangamenti verbali li kienu saru sabiex wara li tinbiegħ din il-lukanda l-ħaddiema jitħalsu u għall-fatt li l-GWU ġabret mill-ġdid tiswijiet u l-ammonti ta' flus dovuti lill-ħaddiema wara l-Ministru infurmani li jekk ikun hemm talba mill-GWU f'dan ir-rigward jikkunsidra li jħallas il-pagamenti pendenti, jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn informazzjoni li għandi jirriżultali li sa llum il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ma irċeviet ebda dokumentazzjoni dwar din il-materja.
Tajjeb ngħid li anke jekk tali dokumentazzjoni tiġi sottomessa, wieħed ma jistax jaqbad u jieħu azzjoni biex isir il-ħlas li qed jingħad li huwa dovut. Qabel isir dan, irid ikun żgurat li kell azzjoni li tittieħed tkun konformi mal-liġi, anke in vista tal-fatt li f'dan il-każ ikun irid isir użu ta' fondi pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sakemm ma ningħatax raġuni l'għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT, NINU)

Response (GALEA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.