Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30793 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li filwaqt li progress report ta' l-UE dwar Malta jsostni u jiddikjara li ma sar ebda progress rigward l-organic farming, uffiċjali tad-Dipartiment qed jgħidu lill-bdiewa li f'pajjiżna mhux possibli li niżviluppaw il-produzzjoni agrikola organika? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din id-dikjarazzjoni u r-rapporti li għamel id-Dipartiment sabiex wasal għall-din il-konkluzzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'jinix f' pożizzjoni li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni u r-rapporti li għalihom qed jirriferi l-Onor. Interpellant għas-sempliċi raġuni li din id-dikjarazzjoni u dawn ir-rapporti saru biss fl-immaġinazzjoni ta' l-Onor. Interpellant. Ma teżisti l-ebda dikjarazzjoni jew rapport li "jgħidu lill-bdiewa li f'pajjiżna m'hux possibbli li niżviluppaw il-produzzjoni agrikola organika" kif qed jagħti x'tifhem l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #30782 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-bajd frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-produzzjoni globali ta' bajd frisk f'Malta u Għawdex fl-2001 hi stmata li kienet ta' 71,406,151. Ma nżammux ċifri separati għal Malta u Għawdex. Il-prezz medju kien ta' bejn Lm1.00 u Lm1.20 kull kartuna.
Leg 9 PQ #30783 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-laħam tal-fenek matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba m'hix irregistrata mħabba li l-industrija tal-fniek fil-parti kbira tagħha hi 'cottage industry'. Qed tinġabar informazzjoni biex wieħed jagħti ndikazzjoni tal-produzzjoni matul is-sena 2001.
Leg 9 PQ #30784 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-varjetajiet tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom il-Gvern qed jitlob lill-UE testendi lill-pajjiżna d-dritt ta' supply measure bil-għan li wara sħubija fl-UE pajjiżna jibqa jgawdi l-liberalizazzjoni fil-kummerċ ta' l-ikel li għandu llum meta għadna mhux membru ta' l-UE? Kemm huma l-kwantitajiet f'tunnellaġ li qed jintalbu f'dawn is-supply measures?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fin-Negotiating Position Paper tas-26 ta' Lulju, 2001 li kopja tagħha tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 14 ta' Jannar, 2002. Għar-rigward, tat-tieni parti tal-mistoqsija l-kwantitajiet f'tunnellati jkunu magħrufa meta jkun iffinalizzat u approvat mill-MEUSAC d-dokument dwar l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA).
Leg 9 PQ #30785 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ġbejniet friski matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qatt ma nżammu records tal-produzzjoni attwali ta' ġbejniet friski li normalment jiġu prodotti minn numru kbir ta' raħħala ndividwali li jżommu n-nagħaġ u mogħoż għal dan l-iskop. Iżda miċ-cifri ta' kemm hawn nagħaġ u mogħoż f'Malta u f'Għawdex u ta' kemm hi l-produzzjoni medja ta' ħalib ta' dawn in-nagħaġ u mogħoż hu kkalkulat li l-produzzjoni ta' ġbejniet friski tlaħħaq madwar 2,000 tunnellata f'Malta u madwar 1,000 tunnellata f'Għawdex. Il-prezz tal-ġbejniet friski jvarja bejn 10 ċenteżmi u 15 -il ċenteżmu -l waħda, skond id-daqs.
Leg 9 PQ #30786 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Supply Measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r r-raġunijiet li l-Gvern qed jitlob lill-UE testendilu d-dritt għall-numru ta' supply measures fuq l-importazzjoni tal-prodotti u l-materja prima ta' l-ikel tal-poplu tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fid-dokument magħruf bħala Negotiating Position Paper (N.P.P.) tas-26 ta' Lulju, 2001 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 14 ta' Jannar, 2002.
Leg 9 PQ #30787 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tad-dulliegħ, tuffieħ u frott matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-volum ta' dulliegħ, tuffieħ u frott li ddaħħal fil-pitkaliji f' Malta u Għawdex fl-2001 u l-prezz medju kienu kif jidher hawn taħt: MALTA GĦAWDEX Dulliegħkgs Prezz Medju 474,168 17c43 Dulliegħkgs Prezz Medju 120,544 14c38 Tuffieħkgs Prezz Medju 17,809 11c77 Tuffieħkgs Prezz Medju 5,705 14c02 Frott kgs Prezz Medju 2,330,080 27c35 Frott kgs Prezz Medju 126,617 40c48 Tajjeb li nfakkar li għal skop ta' statistika, id-dulliegħ u l-bettiegħ huma klassifikati mal-ħaxix u mhux mal-frott, l-istess kif isir barra minn Malta.
Leg 9 PQ #30776 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali fir-rigward tal-bejgħ tal-karkassa tal-majjal fis-suq lokali? Fil-fatt din se tibqa timbiegħ sħiħ jew se jibdew jinbiegħu biss partijiet minnha? Fil-kas li tibda timbiegħ bil-partijiet minn se jagħmel tajjeb għat-telf li jsofru l-produtturi tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-istake holders kollha dwar kif, fl-aħjar fl-interess ta' l-industrija, għandu jsir il-marketing tal-majjal.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet il-ġodda li jridu jiġu osservati taħt il-VRT matul din is-sena l-ġdida?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2002 daħlet fis-seħħ it-tieni fażi tal-VRT. Dan ifisser li sabiex vettura tikkwalifika għal ċertifikat tal-VRT, irid ikollha wkoll l-affarijiet hawn taħt imsemmija ċċertifikati tajba għat-triq: Tyres, roti u hubs Windscreen, wipers u l-washers tal-windscreen Horn Is-sistema u l-ħruġ ta' exhaust Ħsejjes.
Leg 9 PQ #30778 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex taċ-ċanga friska matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-produzzjoni taċ-ċanga matul is-sena 2001 kienet kif jidher hawn taħt: Bovini Baqar Malta 2,763 2,552 Għawdex 154 67 Il-prezz medju lill-ħwienet tal-laħam kien ta': Għoġiela (ta' wara) Lm 1.63,8 kull kg (ta' quddiem) Lm 1.38,6 kull kg Baqar (ta' wara) Lm 1.00,0 kull kg (ta' quddiem) Lm 0.88,2 kull kg
Leg 9 PQ #30779 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ħalib frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-produzzjoni f'Malta u f'Għawdex, separatament, tal-ħalib frisk matul l-2001 kienet: Malta: 7,157,666 gallun jew 33,505,488kg. Għawdex: 2,506,938 gallun jew 11,375,136kg. Total: 9,664,604 gallun jew 45,240,624kg. Il-prezz medju tal-ħalib kien Lm 0.73 -il gallun jew Lm0.156 -il kg.
Leg 9 PQ #30780 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-majjal frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-produzzjoni u l-qatla totali ta' majjal f'Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet kienet kif jidher hawn taħt: Rjus f’Malta Piż f’kilos Rjus f’Għawdex Piż f’kilos Rjus f’Biċċerija Privati Piż f’kilos Total ta’ Rjus Total ta’ kilos Piż Medju Totali 110,104 8,832,136 6,249 515,440 6,926 582,685 123,279 9,930,261 80.6
Leg 9 PQ #30781 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tat-tadam tat-tiġieġ matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispjega ruħu aħjar biex tkun tista' tingħata tweġiba.

Mellieħa — Triq San Mikiel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin parti mit-Triq il-San Mikiel il-Mellieħa tħalliet abbadunata? Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament? Jekk fl-afftermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.

Mellieħa — Triq il-Bebuma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tlett snin Triq il-Bebuma l-Mellieħa tħalliet abbadunata? Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament? Jekk fl-afftermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 30721.
Leg 9 PQ #30772 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet globalment lil poplu Malti u Għawdxi l-Ambaxxata Maltija fl-Londra matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward ta' l-ambaxxata ta' Franza, l-Italja, l-Germanja, l-Belgium, r-Russja, l-Libja separatament?

Response (BORG, JOE)

L-ispiża globali ta' l-ambaxxati msemmija matul l-2001 kienet kif ser jingħad: Berlin - LM 208,518 Brussell - LM 526,090 Londra - LM 494,293 Moska - LM 98,726 Pariġi - LM 242,486 Ruma - LM 300,931 Tripli - LM 140,465 Nixtieq inżid ngħid li dawn l-ammonti huma proviżorji għax il-kontijiet għas-sena 2001 għad iridu finaliżżati.
Leg 9 PQ #30773 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Deportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati matul is-sena li għaddiet? X'nazzjonalita u x'etajiet kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, ġew deportati 735 persuna li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u 59 sena. In-nazzjonalita` tagħhom kienet kif ġej: Mic-Chad, mir-Repubblika Ċeka, Filippina, Tuneżina, Marokkina, Pakistana, Eġizzjana, Libjana, Ingliża, Rumena, Russa, Ukrajina, Bulgara, Sirjana, Jugoslava, Torka, minn Bangladesh, Bosnijaka, Ciniża, Ġermaniża, Ġordaniża, Lebaniża, Palestinjana, Peruvjana, Sudaniża, Franċiża, mill-Latvia, Niġerjana, Portugiża, minn Sierra Leone, Somala, mis-Sri Lanka.
Leg 9 PQ #30774 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Kwota

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl-UE? Il-kwota fil-fatt se titneħħa? Jekk huwa l-każ meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'hix l-intenzjoni tal-Gvern li jneħħi l-kwota tal-majjal anki wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #30775 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi — Kwota

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl-UE? Il-kwota fil-fatt se titneħħa? Jekk huwa l-każ meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija tkun magħrufa wara li jkunu konklużi n-negozjati bejn Malta u l-UE dwar Kapitlu 7. Skond in-National Position Paper li Malta bagħtet lill-Konferenza Dwar id-Dħul ta' Malta fl-UE, Malta qed titlob kwota nazzjonali ta' 60,000 tunnellata ta' ħalib.
Leg 9 PQ #30764 Sitting 699 2002-02-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw is-section ta' l-Emergenza f'Isptar San Luqa matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni li użaw is-section ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa kien:- Year Numru ta` persuni li uż aw is-section ta` l-Emerġ enza 1996 100,448 1997 97,425 1998 101,328 1999 106,676 2000 105,569 2001 109,875