Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30844 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-basal li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30845 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-bżar kulurit li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30846 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30835 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-patata li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30836 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-pastard li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30837 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-kaboċċi li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30838 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pubblikazzjonijiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Biedja u s-Sajd? Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #30839 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-ħass li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30840 Sitting 705 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pubblikazzjonijiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni? Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #30829 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffikar tad-Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mir-Rabat ta' Malta, l-Mtarfa u l-Mosta li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena? Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:- Persuni mir-Rabat Pussess: 8 - fl-istess lokalita` Traffikar: 2 - fl-istess lokalita` Persuni mill-Imtarfa Pussess: xejn Traffikar: xejn Persuni mill-Mosta Pussess: 11 - fl-istess lokalita` Traffikar: 2 - 1 minn hdejn id-Detox Centre u 1 mill-lokalita` ta` G`Mangia
Leg 9 PQ #30830 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ħsarat li ġew kawżati fil-power stations ta' Delimar matul is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn l-ispejjes tħallsy u kemm għadhom pendenti? Jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal spejjeż ta' manutenzjoni. Dawn l-ispejjeż jinkludu kemm manutenzjoni ipprogrammata kif ukoll dik li jkun hemm bżonn issir minn għal żmien. Ta' min jiftakar li f'kull power station, il-Korporazzjoni Enemalta għandha bosta apparat u units oħra li tista' tiġrilhom ħsara. L-informazzjoni mitluba hija din: POWER STATION POWER STATION SENA TAL-MARSA TA' DELIMARA 1996 Lm1,101,320 Lm335,967 1997 Lm1,224,838 Lm359,990 1998 Lm1,213,480 Lm349,324 1999 Lm 651,900 Lm413,353 2000 Lm1,070,061 Lm359,808 L-ammonti mogħtija, ikopru kemm il-materjal kif ukoll is-servizzi, u jinkludu l-ispejjeż tal-kimiċi li huma debitati lill-istess kont. Ħafna minn dawn l-ispejjeż ikopru spare parts li jkunu diġa' fl-istocks tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #30831 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mil-Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-baħar li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena? Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:- Persuni mill-Mellieħa Pussess: 3 - 1 waqt party fil-Marsa u 2 fl-istess lokalita` Traffikar: xejn - Persuni mill-Imġarr Pussess: 2 - fir-residenza tagħhom Traffikar: xejn Persuni minn San Pawl il-Baħar Pussess: 1 - fir-residenza tiegħu Traffikar: xejn
Leg 9 PQ #30832 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mil-Qawra u Buġibba li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena? Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:- Persuni mill-Qawra Pussess: 5 - 4 fl-istess lokalita` u 1 fiż-Żejtun Traffikar: 3 - fl-istess lokalita` Persuni minn Buġibba Pussess: 7 - 6 fl-istess lokalita` u 1 fl-Imsida Traffikar: 8 - 2 fiċ-Ċirkewwa u 6 fl-istess lokalita`.
Leg 9 PQ #30833 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni min Naxxar u Għargħur li nqabdu bil-pussess u jew jittraffikaw d-droga matul is-sena li għaddiet u din is-sena? Fejn inqabdu u f'liema każini, ħwienet, eċċ nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar 2001 u t-13 ta` Jannar 2002, hu kif ġej:- Persuni minn Naxxar Pussess: 11 - 1 mill-klabb tal-football, 1 minn disco fil-limiti ta` B`Kara, 1 f`Ħal Lija u 8 fl-istess lokalita` Traffikar: 4 - 1 waqt party fil-Marsa u 3 fl-istess lokalita` Persuni mill-Għargħur Pussess: 1 - F`Ħal Lija Traffikar: xejn
Leg 9 PQ #30834 Sitting 704 2002-02-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tat-tadam frisk u proċessat li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30788 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tat-tadam, bastard, kaboċċi, ħass, patata, basal, qarabali, qaqoċċ u spinaċi matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-volum ta’ tadam, b(p)astard, kaboċċi, ħass, patata, basal, qarabali, qaqoċċ u spinaċi li ddaħħal fil-pitkaliji f’Malta u Għawdex fl-2001 u l-prezz medju kien kif jidher hawn taħt: MALTA GĦ AWDEX Tadam kg 2,781,576 Prezz medju 29c97 Tadam kg 241,244 Prezz medju 22c50 Pastard kg 3,630,812 Prezz medju 9c18 Pastard kg 204,569 Prezz medju 12c07 Kaboċċi kg 2,570,725 Prezz medju 8c4 Kaboċċi kg 138,670 Prezz medju 13c44 Ħass kg 2,110,150 Prezz medju 11c40 Ħass kg 72,815 Prezz medju 21c5 Patata kg 3,688,321 Prezz medju 15c8 Patata kg 189,309 Prezz medju 17c38 Basal kg 2,254,669 Prezz medju 40c8 Basal kg 86,192 Prezz medju 15c72 Qarabali kg 2,363,244 Prezz medju 27c Qarabali kg 182,223 Prezz medju 31c12 Qaqoċċkg 884,067 Prezz medju 9c54 Qaqoċċkg 26,638 Prezz medju 16c5 Spinaċi kg 25,662 Prezz medju 30c19 Spinaċi kg 177 Prezz medju 7c96
Leg 9 PQ #30789 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex ta' lumi u frawli matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-volum ta' lumi u frawli li ddaħħal fil-pitkaliji f' Malta u Għawdex fl-2001 u l-prezz medju kienu kif jidher hawn taħt: MALTA GĦAWDEX Frawli kg Prezz Medju 719,133 31c2 Frawli kg Prezz Medju 19,468 73c8 Lumi kg Prezz Medju 22,270 29c9 Lumi kg Prezz Medju 301,763 26c9
Leg 9 PQ #30790 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ħaxix frisk matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-volum ta' ħaxix frisk li ddaħħal fil-pitkaliji ta' Malta u Għawdex u l-prezz medju matul l-2001 kien kif jidher hawn taħt: Ħaxix kgs Prezz Medju Malta 35,431,771 17c10 Għawdex 1,894,258 19c7 Tajjeb li nfakkar li għal skop ta' statistika, id-dulliegħ u l-bettiegħ huma klassifikati mal-ħaxix u mhux mal-frott, l-istess kif isir barra minn Malta.
Leg 9 PQ #30791 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-laħam tal-fenek matul l-2001 separatament? Kemm kien il-prezz medju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30783.
Leg 9 PQ #30792 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'preparazzjoni saret matul dawn l-aħħar tlett snin sabiex isir il-grading fil-Pitkalija Ċentrali tal-Ħxejjex u l-Frott li jiproduċu l-bdiewa tal-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin ħarġet tender u sar ix-xogħol kollu meħtieġ biex saret link permezz ta' fibre optic cable bejn il-Pitkaliji kollha, il-Kooperativa Ċentrali tal-Bdiewa, APS Bank u l-'Main Gates' ma' l-Uffiċċju Ċentrali tal-Pitkalija. Qed isir wkoll xogħol biex jibda l-Grading u l-Bar Coding fil-Pitkaija. Dan ix-xogħol qed isir bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-MITTS. Is-sejħa għal offerti b'konnessjoni ma' dan il-proġett mistennija titfassal dalwaqt.