Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31086 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Protezzjoni mill-EU

Question

B'referenza għad-diskors li l-Ministru għamel lill-bdiewa fiż-Żebbiegħ nhar it-18 ta' Jannar 2002 dwar it-tneħħija tal-protezzjoni tal-levies tal-Biedja kif jispjega l-fatt li filwaqt li qal li l-protezzjoni tal-levy trid tispiċċa, nidħlu fl-EU jew ma nidħlux, il-Gvern Nazzjonalista jrid jinnegozja ma' l-UE sabiex testendilu d-dritt li Malta tibqa timporta bla protezzjoni li timponi l-UE lill-pajjiżi membri tagħha? Fil-fatt jikkonferma li l-UE għada sallum tiproteġġi l-Biedja tagħha b'dazji, tariffi u kwoti?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jagħmel sew jekk jiddistingwi bejn il-protezzjoni tal-levies fuq prodotti mkabbra mill-biedja lokali u l-ispecial supply arrangements. Il-levies jew taxxi fuq prodotti mpurtati mill-Unjoni Ewropea jridu jispiċċaw nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern, kif wiegħed fl-aħħar budget se jgħin lis-settur tal-biedja u r-raħħala billi jikkumpensa lill-bdiewa u lir-raħħala għall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet ta’ prodotti lokali u dawk impurtati. Mhux biss, permezz tal-pjan għall-iżvilupp rurali mfassal fuq linji gwida ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern se jgħin lis-settur tal-biedja jsir aktar multifunzjonali u kompetittiv. L-ispecial supply arrangements li semmejt qabel huma ntiżi għall-prodotti mpurtati bħal zokkor u qmuħ. S’issa prodotti bħal dawn inxtraw minn swieq internazzjonali, u mhux neċessarjament mill-Unjoni Ewropea. Għalhekk it-talba tal-Gvern Malti għal dan l-arranġament. Ta’ min ifakkar, iżda, li d-W.T.O. qed timxi fuq pjan li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet bejn pajjiżi jew bejn blokok ta’ pajjiżi jitneħħew fuq perjodu ta’ żmien bl-iskop li jkun hawn prezz internazzjonali wieħed għal kull prodott.
Leg 9 PQ #31087 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

B'riferenza għad-diskors tal-Ministru lill-bdiewa fiż-Żebbiegħ li sar nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Jannar 2002, kif jispjega l-fatt il-Ministru li l-UE tista' tiproteġġi l-Biedja tal-pajjiżi membri bi kwoti, dazji u tariffi u tkun konformi mad-WTO u Malta skond il-Gvern Nazzjonalista, ma tistgħax tiproteġġi l-biedja tagħha?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Unjoni Ewropea qiegħda f'diskussjonijiet mad-W.T.O. biex hi wkoll tibda tnaqqas il-protezzjoni fis-settur agrikolu, per eżempju export refunds. Dan jgħodd għall-142 pajjiż msieħba fid-W.T.O., inkluż Malta. Minn naħa tagħna, Malta se tneħħi gradwalment il-protezzjoni tagħha biex tiġi konformi mal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni bl-iskop li tintegra ruħha fl-Unjoni Ewropea. Ovjament, eventwalment titneħħa l-protezzjoni fil-pajjiżi kollha tad-W.T.O. bl-iskop li l-operat ta' dan is-suq isir iżjed ġust għal kulħadd.
Leg 9 PQ #31088 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fil-farm esperimentali f'Tal Kmand? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-apparatt li nxtara għal-laboratorji u l-faċilitajiet fil-Farm Sperimentali (Għammieri) fis-sena 2001 hu dan: Apparat Faċilitajiet Microscope Office Furniture GPS model Garmin Work Permit KTG Kjeldatherm Plans Vegetable Cutter Photocopier Measuring Wheel L-ispiża laħqet is-somma ta' Lm2,774.61.
Leg 9 PQ #31089 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Għala darba l-Gvern Nazzjonalista wara sħubija ta' Malta fl-UE se jdaħħal kwoti, tariffi u dazju fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta l-ikel u tal-materja prima ta' l-ikel, kif qed ikun spjegat lill-poplu Malti u Għawdxi li l-protezzjoni tal-Biedja se tispicca?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-protezzjoni bil-mod trid tonqos. Id-dinja tal-lum hi dinja ta' liberalizzazzjoni. Quddiem din ir-realta' gvern għaqli jħares 'il quddiem. Għaldaqstant, il-Gvern qed jaħdem b'impenn kbir biex joħloq dawk il-mekkaniżmi u strutturi ta' għajnuna lill-bdiewa biex ma tkunx minsusa l-vijabbilta' tal-mestjier u tas-settur. Bi sħubija ma' l-Unjoni Europea Malta tadotta l-politika esterna tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea kif tkun innegozjata mad-WTO. F'dan l-ambitu wkoll Malta qed tinnegozja special measures għal xi prodotti kif jidher fil-Position Paper li kopja tagħha tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31090 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża ntefqet matul is-sena 2001 biex ikunu mmodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura laħqet Lm 2,377. Din kienet tikkonsisti f' xiri ta' dan l-apparat: 2 x Heating Mantles Carbolite Furnace Regulator Filter Unit Conductivity Meter Histological Equipment Magnetic Stirrers
Leg 9 PQ #31078 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera li tħallset mill-Ministeru, Dipartimenti, u Korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji. ENTITA' AMMONT TA' KERA Ministeru Lm 1,088 Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika Lm 1,000 Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp Lm 55,000 Korporazzjoni Enemalta Lm 5,178

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont ta` kera li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Ma hemm ebda kumpaniji jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita` Ammont ta` Kera Ministeru (Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti) LM1,000.02 Dipartiment (tal-Kunsilli Lokali) LM5,500 Oħrajn NIL

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont ta' kera li tħallset mill-Ministeru, mid-Dipartimenti u Korporazzjonijiet huwa hekk: Entita' Ammont ta' Kera Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili Propjeta tal-Gvern Direttorat għall-Liċenzji u Testijiet Propjeta tal-Gvern Direttorat għat-Toroq Propjeta tal-Gvern Dipartiment tat-Telegrafija Propjeta tal-Gvern mingħajr Fili Awtorita' Marittima ta' Malta Propjeta tal-Gvern Ministeru għat-Trasport u Propjeta tal-Gvern Komunikazzjoni Direttorat għat-Trasport Pubbliku LM6,000 (Jannar - Ġunju, 2001- minn dak iż-żmien trasferita fi propjeta tal-Gvern) Awtorita' ta' Malta dwar Komunikazzjoni Lm13,200 Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Lm12,101 u Uffiċju tar-Review
Leg 9 PQ #31082 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kera li tħallset lill-privat mill-Uffiċċju tiegħi u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hu kif muri fit-tabella. Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji. Entita` Ammont ta’ Kera Uffiċċju tal-Prim Ministru LM 240 Kummissjoni dwar l-Impjiegi LM2,620
Leg 9 PQ #31084 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena sabiex ġie immodernizzat il-kulleġġ tal-Biedja? Kemm kienet l-ispiża nvoluta?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31069 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Qieghed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita` Ammont ta' Kera Segretarjat Parlamentari Lm 150.00 Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni Lm7,464.16 MCST Lm1,336.67 Universita` ta' Malta Lm5,515.00
Leg 9 PQ #31071 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta` l-ammont ta` kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti u Entitajiet varji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita` Ammont ta` Kera (Lm) Ministeru 200 Dipartiment 56,948 Entitajiet varji 17,980

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. ENTITA' AMMONT TA' KERA Ministeru Lm 450. Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart Lm 14. B.I.C.C. Lm7875.
Leg 9 PQ #31073 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is­sena li għaddiet l­ammont ta' Lm4649.01 tħallas bħala kera lill­privat mid­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Ghawdex.
Leg 9 PQ #31075 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qieghed nagħti hawn taht l-informazzjoni mitluba ghar-rigward ta’ l-ammont ta’ kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartiment u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita’ Ammont ta’ Kera Ministeru Xejn Dipartiment Xejn Awtorita’ tat-Turiżmu Lm16,950* *Ufficcju f’Triq Melita Lm7,700 Store fl-Imriehel Lm7,500 Store fl-Imsida Lm1,750
Leg 9 PQ #31076 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera lill-privat li tħallset mill-ambaxxati u residenzi uffiċċjali ta' membri tal-Korp Diplomatiku barra minn Malta matul is-sena 2001: Entita Ammont ta' Kera Ambaxxati u residenzi uffiċċjali tal-korp diplomatiku LM 719,495.66 Apparti dawn, il-Ministeru m'għandux proprjeta oħra mikrija mingħand il-privat.
Leg 9 PQ #31050 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x’jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta’ Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #31051 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x’jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta’ Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #31053 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema destinazzjonijiet tad-dinja ġew importati l-prodotti ta' l-ikel bħal ħxejjex, frott, priservijiet, laħam, abjad u aħmar materja prima ta' l-ikel, qmuħ u cereali, zokkor eċċ f'Malta matul it-tlett snin li għaddew?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fil-pubblikazzjoni Trade Statistics li l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jippubblika kull sena. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar is-sena li għaddiet, jiena nfurmat li din għadha qed tiġi kompilata.