Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31113 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt l-Ministru li persuni qribv tiegħu għandhom aċċess għaċ-ċwievet ta' shed nru. 3 fil-Pitkalija Ċentrali meta suppost din il-propjeta hija ssiġillata u ma juża ħadd?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li 'shed' 3 hi l-kumpless sħiħ li għandha l-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (F.C.C.S.) fil-Pitkalija Ċentrali. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant li jew jissostanzja l-allegazzjoni li qed jinsinwa f'din il-mistoqsija jew jirtiraha.
Leg 9 PQ #31103 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-apparat ta' sigurta' ghal saħħet il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol li nxtara matul is-sena 2001 mid-diversi Taqsimiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jvarja minn Taqsima għall-oħra skond il-ħtiġiet partikulari. Madankollu, dan l-apparat jinkludi fost ħwejjeġ oħra: helmets, ear muffs (protezzjoni għall-widnejn), safety spectacles/goggles, safety shoes/boots ħwejjeġ protettivi, high visibility clothing, disposable boiler suites, cold room jackets, tabards, safety chain links, safety nets, safety harness, face masks, respiratory masks, ingwanti heavy duty, safety railings, sinjali ta' direzzjoni, u tagħmir kontra l-ħruq. Matul is-sena 2002 jinxtara dak l-apparat u materjal li jkun hemm bżonn skond il-ħtieġa jew sabiex jinbidel ma tagħmir jew materjal ieħor li jkun qdiem jew li jkun ġarrab xi ħsara.
Leg 9 PQ #31103 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Xbieki tat-Tonn

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-purseiners (xbieki tat-tonn) użati mis-sajjieda lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, fil-preżent, l-ebda sajjied Malti ma għandu liċenzja għall-purse seiner tat-tonn. Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-purse seiners nista' nassigura lill-Onor Interpellant li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn biex jiggarantixxi l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.
Leg 9 PQ #31104 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba tidher fil-lista t’hawn taħt: Apparat għ as-sigurta’ li nxtara mid-dipartiment li jaqgħ a taħ t il-Ministeru għ al Għ awdex matul is-sena 2001. Safety Shoes Boiler Suits Helmets Earmuffs Ingwanti Safety Glasses Flourescent Jackets Double Respiration Masks Single Respiration Filter Safety Boots Gas Detection Device Ventilation Equipment Harnesses Leather Gloves Protective Goggles Night flash lamps Disposable whole body suits Filters for masks Apparat għ as-sigurta’ li nxtara jew mistenni li jinxtara matul is-sena 2002 . Maskla tal-Bexx Ingwanti Fire Extinguishers Safety Shoes Safety Boots Boiler Suits Safety Hats Metal Gloves Masks Flourescent Jackets Protective Glasses Earmuffs Helmets Breathing apparatus and ancillary equipment Industrial gloves Harnesses Filters for face Masks Body Suits Apparat ieħor skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #31105 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFCM

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhija l-pozizzjoni tal-Gvern Malti fi ħdan il-GFCM dwar l-użu tal-purseiners (xbieki tat-tonn) fil-kosta tas-Sajd Maltija u fir-reġjun tal-Mediterran?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba Parlamentari numru 31103 u nixtieq infakkru li Malta għamlet sforzi kbar biex tingħalaq żona għas-sajd tat-tonn bil-konzijiet. Din il-proposta għandha tkun diskussa waqt laqgħa li se ssir f'Malta f'April 2002 bejn il-Kummissjoni dwar is-Sajd Ġenerali fil-Mediterran u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku.
Leg 9 PQ #31106 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kooperattivi Tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta l-Gvern għamel il-posizzjoni uffiċjali dwar l-użu tal-purseiners lill-kooperattivi tas-Sajd lokali? Jista' jpoġġi kopja tad-dettalji relatati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 31103. Inżid li d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura irċieva numru żgħir ta' talbiet mingħand sajjieda Maltin.
Leg 9 PQ #31107 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet, u anke fis-snin ta' qabel, id-diversi dipartimenti, korporazzjonijiet, uffiċji, awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi xtraw b'mod regolari l-apparat tas-sigurta' meħtieġ għall-ħaddiema skond is-sengħa partikulari. Naturlament matul din is-sena ser jinxtara l-apparat tas-sigurta' biex kemm jista' jkun f'kull żmien ikun hemm stock adegwat għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema.
Leg 9 PQ #31097 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fil-packing station tal-patata? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-apparat li nxtara għal-laboratorji u l-faċilitajiet fit-Taqsima tal-Kwarantina, Ta' Qali, fis-sena 2001 hu dan: Apparat Faċilitajiet F/Freezer Refrigerator Lab. furniture Office Furniture L-ispiża kienet Lm1,546.50.
Leg 9 PQ #31098 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fil-Pixkerija? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pixkerija ma jeżistux laboratorji Madanakollu għandi l-pjaċir ninfurmah li ftit ġimgħat oħra għandu jibda l-proċess li għandu jwassal għal refurbishment komplet tal-Pixkerija.

Imtarfa Home

Question

Peress li l-anzjana li għandha r-referenza 196/2001 pendenti teħtieġ li tidħol fl-Imtarfa Home urġentement, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li s-sitwazzjoni tagħha tiġi rimedjata Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet assessjata f'Lulju 2001 u sarilha l-Medical Report f'Settembru 2001. Kollox indika li hi tajba, li tibqa' tgħix waħedha u ġie ssuġġerit li tapplika għal xi servizzi fil-Komunita'. Biss, ser jerġa' jsirilha assessment soċjali ieħor issa ħalli wieħed jara jekk kienx hemm bidla fil-kundizzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #31100 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-apparat li nxtara għas-sigurta' tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol hu kif jidher hawn taħt: Ministeru: Maskri u ngwanti disposable kif ukoll overalls bçx jintużaw minn dawk l-iskrivani li xogħolhom jinkludi l-ftuħ ta' ittri. Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Safety equipment ġenerali li jinxtara regolarment jikkonsisti f'safety shoes, boots, ingwanti, overalls, first aid boxes, fire extinguishers, fradal u maskri. Ħaddiema li jispezzjonaw il-farms huma provduti b’ilbies protettiv adatt skond il-bżonn. Min jaħdem direttament mal-bhejjem hu obbligat li jagħmel eżami mediku kull sentejn. Ħaddiema li jaħdmu fit-toroq huma provduti b'dak kollu meħtieġ li jinkludi first aid boxes, traffic cones u tabards. Barra minn hekk il-ħwienet tax-xogħol qed jiġu mgħammra b'apparat li jikkonforma mal-liġijiet preżenti. Matul is-sena hu ppjanat li jinxtara safety equipment skond il-bżonn. Taqsima tas-Saħħa tal-Pjanti : Lab. coats, ilbies protettiv, xugamani, check fire extinguishers, fire extinguishers, key guards. Apparat li mistenni jinxtara matul din is-sena jinkludi : ilbies protettiv, fire extinguisher, lab. coats u xugamani. Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji : Ammonia masks, face masks for spray, safety shoes, safety boots, safety helmets for butchers, chain gloves for butchers, ear muffler, disposable masks, elbow chain gloves, raincoats for cleaners u goggles plastic.
Leg 9 PQ #31101 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Knisja tal-Kunċizzjoni

Question

B'referenza għall-estensjoni li saret snin ilu fil-Knisja tal-Kunċizzjoni l/o Rabat sabiex jiġu akkomodati taħt saqaf 50 persuna li jassistu għall-servizz ta' quddiesa f'din il-parti tar-Rabat, jista' jikkunsidra mill-ġdid il-posizzjoni li ttieħdet mill-PA? Jista' jinvestiga jekk huwiex possibli li bħal ma ġie akkomodat il-kuntattur li bena bla permess u ħassar l-estetika ta' l-irdum sensittiv tat-tafal ta' l-Imtarfa bil-blokki tal-konkos li kkawżaw diżastru fl-ekoloġija u l-hydroloġija ta' dan l-irdum, jsir arranġamenti sabiex l-aluminium li sar fl-estensjoni tal-knisja ma jkunx daqstant ta' nkonvenjent għall-PA?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministru ma għandux poteri li huwa jikkonsidra deċiżjonijiet dwar infurzar li tkun ħadet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ninsab infurmat illi dwar il-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, il-każ ġie nvestigat mill-Enforcement Officer inkarigat mill-area wara li saru rapporti. Din l-istruttura ilha mwaħħla għal dawn l-aħħar tmien snin u ser titneħħa mill-Knisja stess.

Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet? U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Apparat li nxtara fl-2001 Apparat li mistenni jinxtara din is-sena safety shoes gas monitors safety gloves apparat ta' "breathing apparatus" safety boots hard hats gloves - chemical resistant gloves - chemical resistant industrial leather gloves organic vapour respirators mask filters ear plugs industrial gloves ear muffs fire extinguishers safety shoes ear muffs protective industrial gloves protective clear goggles wetsuits dust masks safety ankle boots welding screen safety goggles wet suits (PVC) safety spectacles safety helmets safety helmets disposable overalls boilersuits respirator masks first aid boxes rubber boots hi-vis vests lycron gloves disposable gloves aprons boilersuits waistcoats welding gloves water jackets
Leg 9 PQ #31091 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fin-nursury ta' Wied Inċita? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-apparat li nxtara s-sena l-oħra għall-faċilitajiet fin-nursery ta' Wied Inċita kienu dawn: a) fis-serra l-kbira tal-APS inbidel il-plastik tas-saqaf, inħadem propagation bench tul din is-serra u kienu provduti 500 seed trays; b) fis-serra ż-żgħira ta' l-injam inbidel is-saqaf, twaħħal plastik ġdid għas-saqaf u tranġaw l-ħġieġ u aċċessorji oħra; c) tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' shade house bir- reċinzjoni tagħha; d) kienet konvertita ċinta għas-siġar standard; u e) tfassal kanċell ġdid. L-ispiża totali kienet tammonta għal Lm1,800. Għandi ngħid ukoll li m'hemmx laboratorju f'Wied Inċita.
Leg 9 PQ #31092 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

B'referenza għall-diskors tal-Ministru lill-bdiewa fil-laqgħa li kellu fis-Sala tal-Kooperattiva taż-Żebbiegħ, fejn qal li nidħlu u ma nidħlux fl-UE xorta nridu ineħħu levies ta' protezzjoni tal-Biedja, minħabba l-WTO, jista' jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista se jdaħħal 87 kundizzjoni ta' kwoti u tariffi (tariff quotas) fuq il-prodotti u l-materja prima ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE wara li pajjiżna jsir membru ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant għandu bżonn jifhem dak li ntqal diversi drabi f' din il-Kamra. Illum il-protezzjoni hi rregolata mid-WTO u trid tonqos u mistennija tibqa' tonqos fil-futur. Għalhekk hu ta' importanza dak li jrid jagħmel il-Gvern għas-settur tal-biedja, jiġifieri li l-biedja tagħna tibda tibbenefika taħt numru ta' mekkaniżmi u strutturi ta' għajnuna diretta. Dan ikun aktar possibbli taħt l-iskemi li għandha l-UE, li ovjament fil-preżent għandha 87 tariff quota biex tipproteġi s-settur agrikolu.
Leg 9 PQ #31093 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vultaġġ Baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li diversi residenti fil-Baħrija bħal dawk ta' Triq il-Marga u ta' Triq Tumas Xerri qed ikollhom vultaġġ baxx f'xi ħinijiet tal-jum tanti illi lanqas jinxtel tubu tad-dawl u TV? Jista' jara li jitranġa dan l-inkonvenjent? Jista' jikkunsidra li matul din is-sena tissaħaħ aktar is-substation tad-dawl tal-Baħrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.

Baħrija — Triq Tumas Xerri

Question

Peress li n-numru ta' residenti mill-Baħrija jilmentaw li l-pressa ta' l-ilma hija baxxa ħafna fosthom dawk ta' Triq Tumas Xerri, jista' l-Ministru jara li titranġa s-sitwazzjoni mmedjatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31095 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modernizzar — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fiċ-Ċentru tal-Micropropogazzjoni f'Ħal Lija? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-apparat li nxtara għal-laboratorji u l-faċilitajiet f'Tal-Kmand Ħal Lija fis-sena 2001 hu dan: Apparat Faċilitajiet Marble for laboratory benches Fax machine 2 section push up ladder Office furniture Trolleys Glasshouse office Two drawer filing cabinet Drill with stand Nikon Camera L-ispiża ammontat għal Lm3,988.82

Baħrija — Fosos

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tat-tħammil tal-fosos tal-Baħrija, jista' l-Ministru jara li jiġi investigat jekk dawn il-fosos humiex mimlija ħama tad-drenaġġ u għaldaqstant qed ikun kawżat il-fawran tagħhom matul il-jum għad-detriment ta' saħħiet ir-residenti u tal-Ambjent rurali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-fossa tal-Baħrija ma jirriżultax illi hemm ħama. Id-Dipartiment m'għandux rapporti illi qiegħed isir fawran peress illi l-bowsers qegħdin jintbagħtu regolarment inkluż fil-weekends.
Leg 9 PQ #31085 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-talbiet pendenti li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp tat-tuna penning fl-ibħra tal-kosta tas-sajd Maltija? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonjiet u x'kienet ir-raġuni li ġew approvati applikazzjonijiet oħrajn li saru wara dawn it-talbiet? Meta fil-fatt l-Awtorita' se titratta dawn l-applikazzjoniijiet tat-tuna penning pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 7 applikazzjonijiet għall-iżvilupp tat-tuna penning li qegħdin quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tnejn minnhom għadhom mhux validati. Iż-żmien illi ddum applikazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwarha hu rregolat mill-Att dwar l-Ippjanar; dan ivarja skond iċ-ċirkustanzi tal-każ, u ta` kemm idum l-applikant sakemm jgħati l-informazzjoni kollha meħtiega. Għalhekk, l-Awtorita` mhix marbuta illi tikkunsidra l-applikazzjonijiet skond id-data ta` meta ntefgħet l-applikazzjoni, jew id-data illi ntefgħet xi applikazzjoni oħra, imma tieħu d-deċizjoni meta l-informazzjoni (li tkun aċċetabbli) tingħata lill-Awtorita` u wara li l-konsultazzjonijiet meħtieġa jkunu saru. Irid jingħad li fit-3 ta` Mejju 2001, wara konsultazzjoni ma` dipartimenti u agenziji oħra, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar iddeċidiet li ma jiġux deċiżi applikazzjonijiet ġodda, li jidħlu wara dik id-data, għal siti anqas minn 1 mil nautiku jew f`sit fejn il-fond tal-baħar ikun anqas minn 50m, sakemm tkun ifformulata Policy Nazzjonali dwar l-Akwakultura, flimkien ma` l-Awtorita` Marittima, id-Dipartiment tas-Sajd, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Akwakultura, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent u l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. Din il-policy hija mistennija li titlesta fl-aħħar ta` dan ix-xahar. L-Awtorita` qed tkompli bl-ipproċessar ta` dawn l-applikazzjonijiet li jrid jingħad li jikkonformaw mal-kundizzjoni deċiża. Sadanittant l-applikazzjoni PA 6330/99 tal-Mediterranean Tuna Ltd. ser tiġi diskussa mill-Bord tal-Awtorita` fis-seduta tad-19 ta`April 2002, wara li tlesta r-rapport tad-Direttorat a bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-applikant u l-aġenziji kkonsultati.