Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31245 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Garaxxijiet

Question

B'referenza għas-sitwazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jirrimedja għat-talba tagħha cioe li tingħata l-garaxxijiet indikati fil-pjanta annessa li jinsabu vojta u li ilhom vojta għall-dawn l-aħħar snin? Peress li din il-kumpanija toffri 7000 servizz lill-persuni differenti u timpjega 12-il ħaddiem, jista' l-Ministru jara li talba għall-użu ta' dawn il-garaxxijiet tiġi milgqugħa u jinforma lill-persuni konċernati dwar il-proċeduri li jirrikjedu sabiex jindirizzaw il-kriterji meħtieġa skond in-normi tal-MDC? Jekk fl-affermattiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li parti mill-propjeta' indikata fuq il-pjanta sottomessa mill-Onorevoli Interpellant hija privata. Il-parti l-oħra indikata, hija amministrata mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Izvilupp u dawn il-fabbriki żgħar huma kollha allokati.
Leg 9 PQ #31252 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-Ministru li ftit tal-ġimgħat ilu ntqal li l-Maltin u l-Għawdxin li se jiġu għexieren ta' miljuni ta' liri għall-bdiewa, raħħala, sajjieda u s-settur ta' l-Agro Industrija u issa rriżulta li Malta mhux se tibbenefika minn ħafna mis-sussidju li l-UE tagħti għas-settur tal-Biedja lill-pajjiżi diġa membri, inkuż li l-ftit li pajjiżna jista' jingħata f'sussidji jista jingħata lill-poplu tagħna 10 snin wara li Malta tkun ila membru ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob li l-Onor. Interpellant igħid minn fejn ġab l-informazzjoni jew aħjar il-miżinformazzjoni li hemm fit-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu. M'hux minnu li Malta jkollha tistenna għaxar snin biex tingħata għajnuna finanzjarja skond il-kriterji mħabbra mill-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Rurali u s-Settur Agrikolu.
Leg 9 PQ #31253 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

B'referenza għall-PQ 30674 u għall-fatt li l-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom ma aċċettawx la li jitneħħew il-levies u lanqas l-ammont ta' sussidju li se jagħti l-Gvern, kontra t-tneħħija tal-protezzjoni, kif jispjega l-Ministru li l-bdiewa u raħħala se jegħlbu d-diffikultajiet li toffri din il-kompetizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa' ntenni li l-Gvern għandu fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin. L-għajnuna finanzjarja li se jagħti l-Gvern, flimkien ma' miżuri oħra ppjanati, għandhom jgħinu biex tingħeleb l-isfida ta' suq aktar liberalizzat.
Leg 9 PQ #31185 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kura Barra min Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-12-il sena li ntbgħatu barra għall-kura matul is-sena li għaddiet u l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa jikklassifika bħala "tfal", dawk li huma taħt l-erbatax-il sena (14). Il-figuri mitlulba għal dan il-grupp ta` pazjenti kienu kif ġej:- Sena Numru ta` Tfal Numru ta` Viż iti Barra 1997 69 109 1998 58 83 1999 78 91 2000 110 110 2001 118 176 * In-numru ta` viżiti huwa ikbar għaliex jinkludi tfal li jintbagħtu aktar minn darba f'sena għal kura barra minn Malta.
Leg 9 PQ #31186 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-Gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-ġżejjer tagħha? Jista' l-Gvern jintervjeni sabiex ma tkomplix titgħarraq din is-sitwazzjoni u ma ssirx il-qerda tal-Wied tal-Kalkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li diġa' sar ħafna xogħol b'konnessjoni mal-formulazzjoni tal-pjan għal żvilupp rurali.
Leg 9 PQ #31187 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-Gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-ġżejjer tagħha? Jista' l-Gvern jintervjeni billi jivvota l-flus sabiex din is-sena jitlesta l-proġett ta' Wied Qlejgħa li tħalla abbandunat f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 31186. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li għadhom qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ix-xogħlijiet li fadal isiru b'konnessjoni ma' dan il-proġett u li jiswew eluf kbar ta' liri.

Telefon

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi t-telefon li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament qed jikkawża inkonvenjent kbir lill-anzjana in kwistjoni; għax qed jċemplu fuqu matul il-lejl, jista' d-dipartiment konċernat jinvestiga l-każ u jżomm lill-anzjana mgħarrfa bil-miżuri li tista' tieħu sabiex tirrimedja għall-dan l-inkonvenjent?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta — Triq iċ-Ċinju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq iċ-Ċinju l-Mosta li r-road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Mosta — Triq l-Alwetta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq l-Alwetta l-Mosta li r-road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238 li tapplika wkoll f'dan il-każ.
Leg 9 PQ #31114 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset special safeguards li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.
Leg 9 PQ #31115 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset dazji, tariffi tat-Taric li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.
Leg 9 PQ #31116 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset export refunds li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31112 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 723.

Ħamrun — Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li quddiem l-istitut ta' Cini l-Ħamrun il-bankina ilha maqlugħa aktar minn 3 ġimgħat? Peress li f'dan l-istitut hemm residenti anzjani, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ix-xogħolijiet meħtieġa jsiru mmedjatament u bla aktar telf ta' ħin u ta' nkonvejnjent għall-pedestrians? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #31171 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkonfermat li mhux se jsir ebda żvilupp fejn hemm l-art agrikola fl-Għarmier fejn se jiġu żviluppati l-beach houses, jista' jassigurani li se jkun sostnut bis-serjeta u ċioe li jassigurani li fejn hemm art agrikola din ma tiġiex meqruda imma tibda tinħadem mill-bdiewa ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar taqbel bis-sħiħ mal-politika li tipprotegi r-raba saqwi li hemm fl-inhawi tal-Pjan ta` Azzjoni tal-Marfa. L-iżvilupp tal-art agrikola, in ġenerali, huwa ikkontrollat bil-'policies' tal-pjani lokali u tal-Pjan ta` Struttura. L-Awtorita` ma tidħolx fil-kwistjoni għandhiex titkompla tinħadem mill-bdiewa tal-lokal jew ta` lokalijiet oħra.
Leg 9 PQ #31180 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MEUSAC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġunijiet li fil-laqgħat tal-MEUSAC ir-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda ma qablux mat-42 proposta għall-arrangamenti speċjali dwar is-settur tal-biedja lokali li l-Gvern se jinnegozja ma' l-UE? Għaliex il-Gvern ma rrispettax il-pozizzjoni ta' dawn ir-rappreżentanti tal-bdiewa u estenda aktar id-diskussjoni fil-pajjiż?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ngħid lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix korretta. Qabel il-laqgħa tal-MEUSAC, kienu saru żewġ turni ta' taħdidiet formali mar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala dwar proposti li kien fassal il-Gvern għal arranġamenti speċjali fil-qasam tal-biedja. Dawn iż-żewġ turni saru oltre taħdidiet oħrajn mhux uffiċċjali li nżammu ma' uffiċċjali tal-Gvern. Wara dawn it-taħdidiet saret il-laqgħa tal-MEUSAC li għaliha kienu mistiedna r-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala, korpi kostitwiti, organiżżazzjonijiet mhux governattivi u rappreżentanti tal-Gvern. Il-laqgħa ħadet il-ħin tagħha u sar qbil dwar numru ta' tibdiliet għall-pożizzjoni li ġew miftiehma u aċċettati. Il-pożizzjoni ta' Malta li kienet tirrifletti t-tibdiliet kollha ssuġġeriti waqt il-laqgħa tal-MEUSAC, ġiet aċċettata mill-Kumitat tal-Kabinett tal-Ministri u ppreżentata lil-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-kummenti tagħha. Il-pożizzjoni ta' Malta li ġiet diskussa fil-MEUSAC ma kinietx tinkludi dik il-parti li tirrigwardja it-tneħħija tal-levies u l-programm li jrid jipprepara l-Gvern biex itaffi l-impatt ta' l-arranġamenti ġodda, filwaqt li jagħti ċans lill-bdiewa u raħħala sabiex iwettqu r-ristrutturazzjonijiet meħtieġa. Peress li dan id-dokument kien għadu mhux lest f'dak l-istadju, ir-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala ma xtaqux li jikkonkludu l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-biedja mingħajr ma jkun sar qbil fuq il-parti li tirrigwardja l-levies. Ix-xewqa tar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala kienet li l-qbil għandu jkun fuq il-pakkett kollu, cioe' kemm fuq il-pożizzjoni miftiehma kif ukoll fuq il-proposti li kien għad iridu jiġu mressqa. Sar ftehim, pero', li f'każ ta' qbil fuq id-dokument li għad irid jiġi diskuss dwar il-levies, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jerġa jiġi diskuss mill-ġdid l-ewwel dokument, cioe' dak li kien tressaq quddiem il-MEUSAC. Għalhekk il-Gvern altru milli rrispetta il-pożizzjoni ta' dawn ir-rappreżentanti tal-bdiew u raħħala.
Leg 9 PQ #31108 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Purseiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' sajjieda u jew kumpaniji lokali li sottomettew talba lid-Dipartiment tas-Sajd sabiex ikolhom liċenzja għall-użu tax-xibka magħrufa bħala purseiners? Meta saru u meta ġew approvati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 31106.

Djar tal-Anzjani — Prodotti ta' l-Ikel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda lista tal-varjetajiet u l-kwantitajiet tal-prodotti ta' l-ikel li nxtraw fid-djar tal-anzjani ta' l-istat matul is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar id-Djar ta' l-Anzjani tal-Furjana u l-Imtarfa. It-tlett idjar l-oħra ta' l-Anzjani huma mmexxija minn kuntrattur privat.
Leg 9 PQ #31110 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Purseiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet ta' l-Ambjent lokali li ġew ikkunsiltati dwar l-użu tax-xbieki purseiners fil-kosta ta' Malta u fir-reġjun tal-Mediterran? X'inhija l-posizzjoni tagħhom u x'passi ħa l-Gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura għandu l-konsulenti tiegħu mpjegati fi ħdan id-Dipartiment biex jagħtu l-pariri f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #31111 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farms

Question

Fid-dawl taż-żona ta' konservazzjoni tas-sajd li l-Gvern irid jiżviluppa fil-kosta tas-sajd Maltija, jista' jinfurmani x'se tkun il-posizzjoni tal-fish farms ta' tuna pennings ta' madwar il-kosta li żviluppaw f'dawn l-aħħar snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żona ta' konservazzjoni tinvolvi kontroll fuq l-isforz tas-sajd u l-qbid ta' ħut. Fish farming u tuna penning m'humiex parti mill-konsiderazzjonijiet li ttieħdu biex tkun iffissata z-zona.
Leg 9 PQ #31112 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WTO — UE

Question

B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset supply measures u tariffs quotas li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-Biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-laqgħa tal-World Trade Organisation, li nżammet f'Doha matul Novembru li għadda, qatt ma kienet intiża biex il-pajjiżi jinnegozjaw individwalment xi dettal partikulari mill-obbligi u drittijiet tagħhom taht it-trattati preċedenti ta' l-istess Organiżazzjoni. Il-laqgħa kienet intiża sabiex il-pajjiżi membri fl-Organiżazzjoni jaqblu lkoll fuq il-bidu ta' sensiela (round) ġdida ta' diskussjonijiet bil-għan li titkattar il-liberaliżazzjoni fil-kummerċ dinji, inkluż dak fil-qasam agrikolu. Fil-fatt hekk ġara u l-istqarrija maqbula mill-pajjiżi kollha u maħruġa fi tmiem il-laqgħa ta' Doha tikkonferma dan b'mod l-aktar ċar.